mt - data.consilium.eu

146
9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 1 DG B 1B MT Kunsill tal-Unjoni Ewropea Brussell, 18 ta’ Ġunju 2015 (OR. en) 9750/1/15 REV 1 AGRILEG 126 CODEC 856 Fajl Interistituzzjonali: 2014/0100 (COD) NOTA minn: Presidenza lil: Kunsill Nru. dok. preċ.: 14760/14, 6792/15, 6975/1/15 REV1, 7212/15, 8322/15+COR1, 8576/15, 8830/15 Nru dok. Cion: 7956/14 +ADD1 Suġġett: Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL- KUNSILL dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi, li jemenda r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill [Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali] u li jħassar r-Regolament tal- Kunsill (KE) Nru 834/2007 - Approċċ ġenerali tal-Kunsill Id-delegazzjonijiet isibu mehmuż it-test finali tal-approċċ ġenerali li ntlaħaq fil-laqgħa tal-Kunsill “Agrikoltura u Sajd” tas-16 ta’ Ġunju 2015. It-test jinkorpora l-modifiki għall-Artikoli 26b, 26e u 26f introdotti mid-dokument tas-seduta ċċirkolat matul il-laqgħa tal-Kunsill.

Upload: others

Post on 01-Oct-2021

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 1 DG B 1B MT

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Brussell, 18 ta’ Ġunju 2015 (OR. en) 9750/1/15 REV 1 AGRILEG 126 CODEC 856

Fajl Interistituzzjonali: 2014/0100 (COD)

NOTA minn: Presidenza lil: Kunsill Nru. dok. preċ.: 14760/14, 6792/15, 6975/1/15 REV1, 7212/15, 8322/15+COR1, 8576/15,

8830/15 Nru dok. Cion: 7956/14 +ADD1 Suġġett: Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-

KUNSILL dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi, li jemenda r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali] u li jħassar r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 - Approċċ ġenerali tal-Kunsill

Id-delegazzjonijiet isibu mehmuż it-test finali tal-approċċ ġenerali li ntlaħaq fil-laqgħa tal-Kunsill

“Agrikoltura u Sajd” tas-16 ta’ Ġunju 2015.

It-test jinkorpora l-modifiki għall-Artikoli 26b, 26e u 26f introdotti mid-dokument tas-seduta

ċċirkolat matul il-laqgħa tal-Kunsill.

Page 2: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 2 ANNESS DG B 1B MT

ANNESS

2014/0100 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi li jħassar r-Regolament tal-

Kunsill (KE) Nru 834/2007E

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-

Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew1,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni2,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

1 ĠU C , , p. . 2 ĠU C , , p. .

Page 3: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 3 ANNESS DG B 1B MT

(1) Il-produzzjoni organika hija sistema globali ta’ ġestjoni tal-ażjendi agrikoli u l-produzzjoni

tal-ikel, li tikkombina l-aħjar prattiki ambjentali u tal-azzjonijiet klimatiċi, livell għoli ta’

bijodiversità, il-preservazzjoni ta’ riżorsi naturali, l-applikazzjoni ta’ standards għoljin ta’

trattament xieraq tal-annimali u standards ta’ produzzjoni f’konformità mad-domanda

dejjem tikber minn għadd ta’ konsumaturi għal prodotti magħmula minn sustanzi u proċessi

naturali . Għaldaqstant, il-produzzjoni organika għandha rwol soċjetali doppju, li min-naħa

waħda tipprovdi għal suq speċifiku li jirreaġixxi għad-domanda tal-konsumaturi għal

prodotti organiċi u min-naħa l-oħra, twassal prodotti disponibbli pubblikament li

jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-benessri tal-annimali, kif ukoll għall-

iżvilupp rurali.

(2) L-osservanza ta' standards għoljin tas-saħħa, tal-ambjent u tal-benessri tal-annimali fil-

produzzjoni ta’ prodotti organiċi hija intrinsika għall-kwalità għolja ta’ dawk il-prodotti. Kif

enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rigward il-politika dwar

il-kwalità tal-prodotti agrikoli3, il-produzzjoni organika tifforma parti mill-iskemi tal-

kwalità tal-Unjoni tal-prodotti agrikoli flimkien mal-indikazzjonijiet ġeografiċi, l-

ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u prodotti mill-iktar reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni,

kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4 u r-

Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5, rispettivament.

F’dan ir-rigward, il-produzzjoni organika ssegwi l-istess objettivi inklużi fil-politika

agrikola komuni (‘PAK’) li huma inerenti għall-iskemi kollha tal-kwalità tal-prodotti

agrikoli tal-Unjoni.

3 COM (2009) 234 final. 4 Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’

Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

5 Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p.23).

Page 4: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 4 ANNESS DG B 1B MT

(3) B’mod partikolari, l-objettivi tal-politika tal-produzzjoni organika huma integrati fl-objettivi

tal-PAK billi jiżguraw li l-bdiewa jirċievu redditu xieraq għall-konformità tagħhom mar-

regoli dwar il-produzzjoni organika. Barra minn hekk, id-domanda li qed tikber tal-

konsumaturi għall-prodotti organiċi toħloq kondizzjonijiet għal żvilupp ulterjuri u

espansjoni tas-suq f’dawk il-prodotti u għaldaqstant għal żieda fir-redditu tal-bdiewa

involuti fil-produzzjoni organika.

(4) Barra minn hekk, il-produzzjoni organika hija sistema li tikkontribwixxi għall-integrazzjoni

tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali fil-PAK u tippromwovi produzzjoni agrikola

sostenibbli. Għal din ir-raġuni, ġew introdotti fil-PAK miżuri li jappoġġaw finanzjarjament

il-produzzjoni organika, l-iktar reċenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-

Parlament Ewropew u tal-Kunsill6, u b’mod partikolari msaħħin fir-riforma reċenti tal-qafas

ġuridiku tal-politika għall-iżvilupp rurali kif stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill7.

6 Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru

2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p.608).

7 Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

Page 5: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 5 ANNESS DG B 1B MT

(5) Il-produzzjoni organika tikkontribwixxi wkoll għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika ambjentali

tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk tal-Istrateġija dwar il-Bijodiversità 20208, il-

Komunikazzjoni dwar l-Infrastruttura Ekoloġika9, l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija10 u

l-leġislazzjoni ambjentali bħad-Direttivi dwar l-Għasafar11 u l-Ħabitats12, id-Direttiva dwar

in-Nitrati13, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma14, id-Direttiva dwar il-Limiti Nazzjonali tal-

Emissjonijiet15 u d-Direttiva dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi16.

(6) Fid-dawl tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika, il-qafas legali

stabbilit għall-implimentazzjoni ta’ dik il-politika għandu jkollu l-għan li jiżgura

kompetizzjoni ġusta u funzjonament tajjeb tas-suq intern fil-prodotti organiċi, u li jżomm u

jiġġustifika l-fiduċja tal-konsumatur fil-prodotti bit-tikketta organika. Għandu jkollu l-għan

ulterjuri li jipprovdi kondizzjonijiet li taħthom il-politika tista’ tagħmel progress

f’konformità mal-iżviluppi tal-produzzjoni u tas-suq.

8 COM(2011) 244 final, ‘L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-

UE għall-bijodiversità sal-2020’. 9 SWD(2013) 155 final, ‘L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) – Insaħħu l-Kapital Naturali tal-

Ewropa’. 10 COM(2006) 231 final, ‘Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija’. 11 Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar

il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p.7). 12 Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat

naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p.7). 13 Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma

kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p.1). 14 Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li

tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p.1).

15 Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).

16 Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71)

Page 6: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 6 ANNESS DG B 1B MT

(7) Il-prijoritajiet politiċi tal-istrateġija Ewropa 2020 kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-

Kummissjoni bit-titlu 'Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u

inklużiv'17 jinkludu l-għanijiet tal-kisba ta’ ekonomija kompetittiva msejsa fuq l-għarfien u

l-innovazzjoni, it-trawwim ta’ ekonomija b’livell għoli ta’ impjieg li twassal għal koeżjoni

soċjali u territorjali u li tappoġġa l-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi b'livell

baxx ta’ karbonju. Għaldaqstant, il-politika tal-produzzjoni organika għandha tipprovdi lill-

operaturi bl-għodod xierqa sabiex jidentifikaw u jippromwovu aħjar il-prodotti tagħhom

filwaqt li tipproteġihom kontra prattiki inġusti.

(8) Minħabba l-evoluzzjoni dinamika tas-settur organiku, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru

834/200718 identifika l-ħtieġa ta' eżami futur tar-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni

organika, b’kont meħud tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli. Ir-

riżultati ta’ dak l-eżami mwettaq mill-Kummissjoni juru li l-qafas legali tal-Unjoni li

jirregola l-produzzjoni organika għandu jiġi mtejjeb biex jiġu previsti r-regoli li

jikkorrispondu għall-aspettattivi għoljin tal-konsumaturi u li jiggarantixxu ċarezza

suffiċjenti għal dawk li huma indirizzati lejhom. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru

834/2007 għandu jitħassar u jiġi sostitwit b’Regolament ġdid.

17 COM (2010)2020 final. 18 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni

organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

Page 7: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 7 ANNESS DG B 1B MT

(9) Dan ir-Regolament il-ġdid għandu jkopri l-prodotti agrikoli, inklużi prodotti tal-

akkwakultura, elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(‘it-Trattat’). Barra minn hekk, għandu jkopri l-prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala

ikel jew għalf minħabba li t-tqegħid fis-suq ta’ tali prodotti bħala prodotti organiċi jipprovdi

suq disponibbli kbir għall-prodotti agrikoli u jiżgura viżibbiltà għall-konsumaturi tan-natura

organika tal-prodotti agrikoli li minnhom huma pproċessati. Bl-istess mod, dan ir-

Regolament għandu jkopri ċerti prodotti oħrajn li huma marbuta mill-qrib mal-prodotti

agrikoli b’mod simili bħala prodotti agrikoli pproċessati minħabba li dawk il-prodotti l-

oħrajn jew jikkostitwixxu suq disponibbli kbir għall-prodotti agrikoli jew jiffurmaw parti

integrali tal-proċess ta’ produzzjoni. Fl-aħħar nett, il-melħ għandu jiġi inkluż fil-kamp ta’

applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament minħabba li jiġi prodott billi jiġu applikati tekniki ta’

produzzjoni naturali u l-produzzjoni tiegħu tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ żoni rurali, u

għaldaqstant jaqa’ fi ħdan l-objettivi ta’ dan ir-Regolament

(10) Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-

Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi

ddelegata lill-Kummissjoni. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq

konsultazzjonijiet adatta matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-

Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja,

f'waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(11) Sabiex jittieħed kont ta' metodi ġodda ta’ produzzjoni jew impenji materjali jew

internazzjonali, is-setgħa tal-adozzjoni ta' ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni

bil-ħsieb li tiġi ssupplimentata l-lista ta’ prodotti oħrajn li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni

ta’ dan ir-Regolament. Il-prodotti biss li huma marbuta mill-qrib mal-prodotti agrikoli

għandhom ikunu eliġibbli għall-inklużjoni f’dik il-lista.

Page 8: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 8 ANNESS DG B 1B MT

(12) Minħabba n-natura lokali tal-operazzjonijiet ta’ forniment tal-ikel għall-massa, il-miżuri li

jittieħdu mill-Istati Membri u l-iskemi privati f’dan il-qasam huma meqjusa adegwati sabiex

jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq uniku. Għalhekk, l-ikel ippreparat minn fornituri tal-ikel

għall-massa fil-bini tagħhom ma għandux ikun soġġett għal dan ir-Regolament u

għaldaqstant ma għandux jiġi ttikkettat jew reklamat bil-logo tal-produzzjoni organika tal-

Unjoni Ewropea. Prodotti tal-kaċċa u s-sajd ta’ annimali selvaġġi ma għandhomx jiġu

meqjusa bħala prodotti organiċi minħabba li l-proċess ta’ produzzjoni ma jistax jiġi

kkontrollat b’mod sħiħ.

(13) Proġetti ta’ riċerka wrew li l-fiduċja tal-konsumatur hija kruċjali fis-suq tal-ikel organiku.

Fuq perijodu ta’ żmien twil, ir-regoli li mhumiex affidabbli jistgħu jipperikolaw il-fiduċja

pubblika u jwasslu għall-falliment tas-suq. Għaldaqstant l-iżvilupp sostenibbli tal-

produzzjoni organika fl-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq regoli ta’ produzzjoni sodi li huma

armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawk ir-regoli ta’ produzzjoni għandhom

jissodisfaw l-aspettattivi tal-operaturi u tal-konsumaturi rigward il-kwalità tal-prodotti

organiċi u l-konformità mal-prinċipji u r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(14) Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni relatata, bħal

fil-qasam tas-sikurezza tal-katina alimentari, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-

pjanti, il-materjal riproduttiv tal-pjanti, it-tikkettar u l-ambjent. B’mod iktar speċifiku, fir-

rigward tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti u s-sustanzi li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’

prodotti organiċi, importanti li jiġi enfasizzat li t-tali prodotti u sustanzi l-ewwel jridu jiġu

awtorizzati fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr

preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn tal-Unjoni relatati mal-awtorizzazzjoni u

t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti u sustanzi.

(15) Fil-prinċipju, ir-regoli ġenerali ta’ produzzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu

projbizzjoni fuq l-użu ta’ radjazzjoni jonizzanti, klonazzjoni tal-annimali u fuq l-organiżmi

modifikati ġenetikament (OĠM) u prodotti magħmula mill-OĠM. L-operaturi organiċi

għandhom jieħdu miżuri preventivi xierqa fl-istadji kollha tal-produzzjoni, il-preparazzjoni

u d-distribuzzjoni sabiex tiġi żgurata l-prevenzjoni u l-kontroll tal-pesti u l-ħaxix ħażin u

b'mod partikolari biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni ma' prodotti u sustanzi li ma humiex

awtorizzati fil-produzzjoni organika.

Page 9: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 9 ANNESS DG B 1B MT

(16) L-operaturi kollha li għandhom l-għan li jsiru organiċi għandhom jiġġestjonaw l-azjenda

agrikola tagħhom kollha kemm hi f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni

organika. Madankollu, biex jiġi ffaċilitat id-dħul fl-iskema organika u jiġi promoss l-

iżvilupp ta’ prassi ambjentali fl-agrikoltura, azjenda agrikola tista’ tkun maqsuma f’unitajiet

distinti li mhux kollha jkunu ġestiti skont dan ir-Regolament.

(16a) Il-konverżjoni għall-metodu ta' produzzjoni organika teħtieġ ċerti perijodi ta' adattament.

Għandhom jiġu stabbiliti perijodi ta' żmien speċifiċi għad-diversi setturi ta' produzzjoni. L-

azjendi agrikoli u tal-akkwakultura organiċi għandhom jgħaddu mill-istess perijodi ta’

konverżjoni fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha. Biex jiġi ffaċilitat id-dħul fl-iskema

organika u jiġi ffavorit l-iżvilupp ta’ prassi ambjentali fl-agrikoltura, taħt ċerti

kondizzjonijiet, perijodi preċedenti jistgħu jiġu rikonoxxuti b’mod retroattiv bħala parti mill-

perijodu ta’ konverżjoni.

(16b) Prodotti magħmula matul il-perijodi ta' konverżjoni rilevanti ma jistgħux jiġu

kkummerċjalizzati bħala organiċi. Prodotti li joriġinaw mill-pjanti u li jkun fihom ingredjent

wieħed biss tal-għelejjel li jkun ta’ oriġini agrikola jistgħu jiġu kkummerċjalizzati bħala

prodotti fil-fażi ta' konverżjoni u jistgħu jiġu permessi fil-produzzjoni organika taħt il-

kondizzjoni li jkun ġie rispettat perijodu ta' konverżjoni ta' 12-il xahar, minħabba li dawn il-

prodotti jistgħu jikkontribwixxu b’mod utli biex il-bhejjem jingħataw għalf mir-razzett jew

mir-reġjun u huma permessi li jintużaw fil-produzzjoni organika. Madankollu, prodotti li

ma joriġinawx mill-pjanti jew prodotti li joriġinaw mill-pjanti li jkun fihom aktar minn

ingredjent wieħed tal-għelejjel li jkunu ta’ oriġini agrikola jew li ġew maħsuda qabel il-

perijodu ta’ konverżjoni ta' 12-il xahar, ma għandhomx jiġu kkummerċjalizzati bħala

prodotti fil-fażi ta' konverżjoni peress li prodotti bħal dawn jistgħu joħolqu konfużjoni fis-

suq tal-prodotti organiċi.

(17) Għandhom jiġu stabbiliti regoli ta’ produzzjoni fir-rigward tal-produzzjoni tal-pjanti, il-

bhejjem u l-akkwakultura, inklużi regoli għall-ġbir tal-pjanti selvaġġi u l-alga, u fir-rigward

tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf ipproċessat, kif ukoll tal-inbid u tal-ħmira biex jiġu żgurati

l-armonizzazzjoni u r-rispett tal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika.

Page 10: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 10 ANNESS DG B 1B MT

(18) Peress li l-produzzjoni organika tal-pjanti hija bbażata fuq in-nutrizzjoni tal-pjanti , li jikbru

b'mod naturali fil-ħamrija, primarjament permezz tal-ekosistema tal-ħamrija, il-produzzjoni

idroponika ma għandhiex titħalla tintuża. Barra minn hekk, il-produzzjoni organika tal-

pjanti għandha tinvolvi l-użu ta’ tekniki ta’ produzzjoni li jipprevjenu jew jimminimizzaw

kwalunkwe kontribuzzjoni għall-kontaminazzjoni tal-ambjent.

(19) Rigward il-ġestjoni u l-fertilizzazzjoni tal-ħamrija, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet

għall-użu ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni permessi fil-produzzjoni organika tal-pjanti u għall-

użu ta’ fertilizzanti u tejjieba tal-ħamrija.

(20) L-użu ta' pestiċidi għandu jkun ristrett b'mod sinifikanti. Għandha tingħata preferenza għall-

applikazzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu kwalunkwe ħsara minn pesti u minn ħaxix ħażin

permezz ta’ tekniki li ma jinvolvux l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti bħan-newba

tal-għelejjel. Il-preżenza ta’ pestiċidi u ħaxix ħażin għandha tkun issorveljata biex jiġi deċiż

jekk hemmx raġuni ekonomika jew ekoloġika għal xi intervent. L-użu ta’ ċerti prodotti

għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jiġi awtorizzat jekk tali tekniki ma jipprovdux

protezzjoni adegwata u biss jekk dawk il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ikunu ġew

awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-

Kunsill19, wara li jkunu ġew ivvalutati bħala kompatibbli mal-objettivi u l-prinċipji tal-

produzzjoni organika, inkluż mal-kondizzjonijiet restrittivi tal-użu, u konsegwentement

awtorizzati skont dan ir-Regolament.

(22) Peress li l-produzzjoni tal-bhejjem naturalment tinvolvi l-ġestjoni ta’ art agrikola, fejn id-

demel jintuża bħala nutrijent għall-produzzjoni tal-għelejjel, il-produzzjoni tal-bhejjem meta

ma hemmx art agrikola għandha tiġi pprojbita. L-għażla tar-razez għandha tieħu kont tal-

kapaċità tagħhom li jadattaw għall-kondizzjonijiet lokali, il-vitalità tagħhom u r-reżistenza

tagħhom għall-mard u għandha tiġi mħeġġa diversità bijoloġika wiesgħa.

19 Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta Ottubru

2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

Page 11: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 11 ANNESS DG B 1B MT

(23) L-abitazzjonijiet li jintużaw għall-produzzjoni tal-bhejjem u l-akkwakultura organiċi, inkluż fejn rilevanti l-ambjent akkwatiku, għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-imġiba tal-annimali. Kondizzjonijiet tal-abitazzjonijiet u prattiċi tat-trobbija speċifiċi għandhom jiżguraw livell għoli ta' trattament xieraq tal-annimali, li f'ċerti aspetti għandu jmur lil hinn mill-istandards ta' trattament xieraq tal-annimali applikabbli għall-produzzjoni tal-bhejjem inġenerali.

(24) Biex jiġi evitat it-tniġġis ambjentali ta' riżorsi naturali bħall-ħamrija u l-ilma min-nutrijenti, għandu jiġi stabbilit limitu massimu għad-demel li jintuża f'kull ettaru u għall-għadd ta' bhejjem li jinżammu f'kull ettaru. Dak il-limitu għandu jkun relatat mal-kontenut tan-nitroġenu li fih id-demel.

(25) Il-mutilazzjonijiet għandhom ikunu pprojbiti. Madankollu, il-qtugħ tad-denb, it-tirqim tal-munqar, it-tneħħija tal-qrun inkluż it-tneħħija tal-qrun u l-kastrazzjoni tal-qżieqeż jistgħu jiġu permessi biss fuq bażi ta’ każ b’każ u taħt ċerti kondizzjonijiet, meta dawn itejbu s-saħħa, il-benessri jew l-iġene tal-bhejjem jew meta s-sikurezza tal-ħaddiema tkun kompromessa. Dawn l-operazzjonijiet għandhom jiġu awtorizzati minn awtorità kompetenti u mwettqa minn persunal kwalifikat u bl-applikazzjoni ta' anestesija u/jew analġesija adegwata sabiex jitnaqqas għall-minimu kwalunkwe tbatija għall-annimali.

(26) Il-bhejjem għandhom jingħataw materjali tal-għalf li jkun ġie prodott skont ir-regoli tal-produzzjoni organika, u preferibbilment li ġejjin mill-istess azjenda, b’kont meħud tal-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tagħhom. Madankollu, minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ ċerti materjali tal-għalf organiċi fis-suq tal-UE, f’ċerti każijiet, materjali tal-għalf mhux organiċi jistgħu jintużaw fit-tagħlif ta’ annimali organiċi u fl-ipproċessar tal-għalf organiku. Barra minn hekk, biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti bażiċi ta’ nutrizzjoni tal-bhejjem jista’ jkun meħtieġ li f'kondizzjonijiet iddefiniti b'mod ċar jintużaw ċerti minerali, mikroelementi u vitamini.

(27) Il-ġestjoni tas-saħħa tal-annimali għandha tkun primarjament ibbażata fuq il-prevenzjoni tal-mard. Barra minn hekk għandhom jiġu applikati miżuri addizzjonali speċifiċi ta' tindif u diżinfezzjoni. L-użu preventiv ta’ prodotti mediċinali allopatiċi kimikament sintesizzati ma għandhomx jiġu awtorizzati fil-produzzjoni organika, ħlief fil-każ ta' mard jew korriment ta' annimal li jkunu jirrikjedu trattament immedjat u għandu jkun limitat għall-minimu meħtieġ biex jerġa’ jiġi stabbilit il-benessri tal-annimal. F’dawn il-każijiet, sabiex tiġi garantita l-integrità tal-produzzjoni organika għall-konsumaturi, għandu jkun possibbli li jittieħdu miżuri restrittivi bħall-irduppjar tal-perijodu tal-irtirar uffiċjali wara l-użu ta’ tali prodotti mediċinali kif speċifikat fil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Page 12: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 12 ANNESS DG B 1B MT

(29) Dan ir-Regolament jirrifletti l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd il-ġdida rigward l-

akkwakultura, li għandha rwol ewlieni fl-iżgurar tas-sigurtà alimentari sostenibbli u fit-tul

kif ukoll tat-tkabbir u l-impjieg filwaqt li titnaqqas il-pressjoni fuq l-istokkijiet tal-ħut

salvaġġ f’kuntest ta’ domanda globali dejjem tikber għall-ikel akkwatiku. Il-

Komunikazzjoni tal-2013 tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Linji

Gwida Strateġiċi għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea20 tenfasizza l-isfidi

ewlenin li tiffaċċja l-akkwakultura tal-Unjoni u l-potenzjal tagħha għal tkabbir. Hija

tidentifika l-akkwakultura organika bħala settur partikolarment promettenti, u tenfasizza l-

vantaġġi kompetittivi li jiġu miċ-ċertifikazzjoni organika.

(30) L-akkwakultura organika hija qasam tal-produzzjoni organika pjuttost ġdid meta mqabbel

mal-agrikultura organika, fejn teżisti esperjenza twila fuq il-livell tal-irziezet. Minħabba l-

interess dejjem jikber tal-konsumaturi fil-prodotti organiċi tal-akkwakultura, x’aktarx li ser

tiżdied iktar il-konverżjoni tal-unitajiet tal-akkwakultura għall-produzzjoni organika. Dan

qed iwassal għal iktar esperjenza, għarfien tekniku u żvilupp, b’titjib fl-akkwakultura

organika li għandu jiġi rifless fir-regoli tal-produzzjoni.

(32) Sabiex jiġu żgurati l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament u l-

adattament għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata

lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' regoli li jemendaw jew li jissupplimentaw

ir-regoli speċifiċi għall-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura fir-rigward tal-

prevenzjoni tal-mard u l-kura veterinarja b'mod partikolari.

(33) L-operaturi li jipproduċu ikel jew għalf organiku għandhom isegwu proċeduri xierqa bbażati

fuq l-identifikazzjoni sistematika tal-passi kritiċi ta’ pproċessar sabiex jiġi żgurat li l-

prodotti pproċessati jikkonformaw mar-regoli tal-produzzjoni organika. Il-prodotti organiċi

pproċessati għandhom isiru permezz ta' metodi ta’ pproċessar li jiggarantixxu li l-integrità

organika u l-kwalitajiet vitali tal-prodotti jinżammu fl-istadji kollha tal-produzzjoni

organika.

20 COM(2013) 229 tad-29.4.2013.

Page 13: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 13 ANNESS DG B 1B MT

(34) Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-ikel organiku

pproċessat. B’mod partikolari, dan l-ikel għandu jkun magħmul prinċipalment minn

ingredjenti agrikoli li huma organiċi b’possibbiltà limitata li jintużaw ċerti ingredjenti

agrikoli mhux organiċi speċifikati f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, ċerti sustanzi biss

li huma awtorizzati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu awtorizzati biex jintużaw fil-

produzzjoni ta’ ikel organiku pproċessat.

(36) Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-għalf organiku

pproċessat u l-użu ta’ ċerti sustanzi u tekniki fil-produzzjoni ta’ dak l-għalf.

(37) Sabiex jiġu żgurati l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament u l-

adattament għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata

lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' regoli li jemendaw jew li jissupplimentaw

ir-regoli għall-ikel ipproċessat rigward tat-tip, il-kompożizzjoni u l-kundizzjoni tal-użu ta'

prodotti u sustanzi li jistgħu jintużaw fl-ikel ipproċessat u li jissupplimentaw ir-regoli tal-

produzzjoni għall-għalf ipproċessat.

(38) L-inbid organiku għandu jkun magħmul kollu kemm hu minn materjal organiku mhux

ipproċessat u ċerti sustanzi awtorizzati skont dan ir-Regolament biss għandhom jiġu

awtorizzati li jinżiedu miegħu. Ċerti prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi għandhom jiġu

pprojbiti fil-produzzjoni tal-inbid organiku. Prattiki, proċessi u trattamenti oħrajn għandhom

jiġu awtorizzati taħt kondizzjonijiet iddefiniti b'mod ċar.

Page 14: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 14 ANNESS DG B 1B MT

(40) Għall-bidu, il-ħmira ma kinitx meqjusa bħala ingredjent agrikolu skont ir-Regolament (KE)

Nru 834/2007 u għaldaqstant ma kinitx tgħodd għall-kompożizzjoni agrikola ta’ prodotti

organiċi. Madankollu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/200821 introduċa l-

kalkolu obbligatorju tal-ħmira u l-prodotti tal-ħmira bħala ingredjenti agrikoli għall-finijiet

tal-produzzjoni organika sa mill-31 ta’ Diċembru 2013. Għaldaqstant, għandhom jintużaw

biss sottostrati prodotti organikament fil-produzzjoni tal-ħmira organika u ċerti sustanzi biss

għandhom jiġu awtorizzati biex jintużaw fil-produzzjoni, il-konfezzjoni u l-formulazzjoni

tagħha. Barra minn hekk, il-ħmira organika ma għandhiex tkun preżenti fl-ikel jew fl-għalf

organiku flimkien ma' ħmira mhux organika. Madankollu, sabiex tiġi żgurata transizzjoni

bla xkiel għar-regoli l-ġodda tal-produzzjoni, huwa meħtieġ li jiġi permess, għal perijodu

limitat ta’ żmien, l-użu ta’ perċentwali limitat ta’ estratt tal-ħmira li mhux organiku għall-

produzzjoni tal-ħmira organika.

(41) Sabiex jiġu żgurati l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament u l-

adattament għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata

lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' regoli li jissupplimentaw ir-regoli ta'

produzzjoni speċifiċi għall-ħmira organika fir-rigward tal-ipproċessar u s-sottostrati użati fil-

produzzjoni tagħha.

21 Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi

regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku ( ĠU L 250, 18.9.2008, p.1).

Page 15: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 15 ANNESS DG B 1B MT

(42) Dan ir-Regolament ikopri firxa kbira ta' prodotti u jistabbilixxi regoli ta' produzzjoni għal

kategoriji differenti ta' prodotti: pjanti, bhejjem, alga u annimali tal-akkwakultura, kif ukoll

ikel ipproċessat, inkluż inbid, għalf ipproċessat u ħmira li tintuża bħala ikel u għalf. Fil-

każijiet fejn ma hemm stabbilita l-ebda regola ta’ produzzjoni speċifika għal pjanti jew

prodotti mill-pjanti, bhejjem, alga jew annimali tal-akkwakultura, għandu jiġi ċċarat li

prodotti kkummerċjalizzati bħala organiċi għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’

produzzjoni stabbiliti għall-kategorija rilevanti ta’ prodotti, mar-regoli ġenerali ta’

produzzjoni u mal-prinċipji tal-produzzjoni organika. Fin-nuqqas ta' regoli ta' produzzjoni

speċifiċi stabbiliti f'att ta' implimentazzjoni għal pjanti speċifiċi, prodotti mill-pjanti jew

sistemi ta' produzzjoni tal-pjanti u atti ta' implimentazzjoni għal speċijiet ta' bhejjem li

mhumiex bovini, ovini, kaprini, ekwini, porċini, tjur u naħal, l-Istati Membri jistgħu

japplikaw ir-regoli nazzjonali għal dawk il-prodotti. Madankollu, l-armonizzazzjoni

miksuba permezz ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-moviment liberu ta’ prodotti li

jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu pperikolati. Għaldaqstant ir-

regoli nazzjonali għandhom jirrispettaw il-prinċipji u r-regoli ta’ dan ir-Regolament u

għandhom japplikaw biss għal prodotti magħmula fl-Istati Membri li jistabbilixxu regoli

nazzjonali. Dawn ma għandhomx japplikaw għal prodotti li huma magħmula f’konformità

ma’ dan ir-Regolament fi Stati Membri oħra

Page 16: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 16 ANNESS DG B 1B MT

(42a) Fil-każijiet fejn il-prodotti huma koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, iżda

ma jaqgħux taħt waħda mill-kategoriji ta' prodotti msemmija qabel (pjanti, bhejjem, alga u

annimali tal-akkwakultura, kif ukoll ikel ipproċessat, inkluż l-inbid, l-għalf ipproċessat u l-

ħmira li jintużaw bħala ikel u għalf), għandu jiġi ċċarat li, sakemm jiġu adottati regoli ta'

produzzjoni għal tali prodotti, dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli ġenerali ta'

produzzjoni u mal-prinċipji tal-produzzjoni organika sabiex ikunu jistgħu jiġu

kkummerċjalizzati bħala organiċi. Sabiex tkun tista' titqies kwalunkwe ħtieġa futura fis-suq

intern li jkun hemm regoli ta’ produzzjoni għal tali prodotti, is-setgħa li jiġu adottati ċerti

atti għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli ta’

produzzjoni għal tali prodotti. Fin-nuqqas ta’ dawn ir-regoli ta’ produzzjoni stabbiliti f’att

delegat, l-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali għal tali prodotti. Madankollu, l-

armonizzazzjoni miksuba permezz ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-moviment

liberu ta’ prodotti li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu pperikolati.

Għaldaqstant ir-regoli nazzjonali għandhom jirrispettaw ir-regoli ta’ dan ir-Regolament u

għandhom japplikaw biss għal prodotti magħmula fl-Istat Membru li jistabbilixxi regoli

nazzjonali. Dawn ma għandhomx japplikaw għal prodotti li huma magħmula f’konformità

ma’ dan ir-Regolament fi Stati Membri oħra.

(43) Regolament (KE) Nru 834/2007 ippreveda eċċezzjonijiet differenti mir-regoli tal-

produzzjoni organika. L-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni diversa ta' dawk id-

dispożizzjonijiet uriet li tali eċċezzjonijiet għandhom impatt negattiv fuq il-produzzjoni

organika, b'mod partikolari, il-ġestjoni u l-kontroll tal-eċċezzjonijiet jinvolvu piż

amministrattiv konsiderevoli, kemm għall-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll għall-

operaturi. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ eċċezzjonijiet ħolqot kondizzjonijiet għal

distorsjoni tal-kompetizzjoni u heddet li ddgħajjef il-fiduċja tal-konsumatur. Għaldaqstant,

fejn jeħtieġ li jinżammu l-eċċezzjonijiet, dawn għandhom jiġu applikati b'mod armonizzat

għall-operaturi kollha fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha.

(45) Taħt ċerti kondizzjonijiet, il-prodotti organiċi u dawk mhux organiċi jistgħu jinġabru u jiġu

trasportati fl-istess ħin. Sabiex tiġi żgurata s-separazzjoni dovuta bejn il-prodotti organiċi u

dawk mhux organiċi waqt it-trattament tagħhom u jiġi evitat it-taħlit, għandhom jiġu

stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi.

Page 17: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 17 ANNESS DG B 1B MT

(46) Sabiex jiġu żgurati l-integrità tal-produzzjoni organika u l-adattament għall-iżviluppi

tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-

rigward tal-istabbiliment ta’ regoli li jemendaw jew jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi dwar

it-trasport ta’ prodotti organiċi.

(47) L-użu fil-produzzjoni organika ta’ prodotti u sustanzi bħal prodotti għall-protezzjoni tal-

pjanti, fertilizzanti, kondizzjonaturi tal-ħamrija, nutrijenti, komponenti tan-nutrizzjoni tal-

annimali, addittivi tal-ikel jew tal-għalf, għajnuniet tal-ipproċessar u prodotti għat-tindif u d-

diżinfettazzjoni għandhom jiġu limitati għall-minimu u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi

stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għandu jiġi segwit l-istess approċċ rigward l-użu tal-prodotti

u s-sustanzi bħala addittivi tal-ikel u għajnuniet tal-ipproċessar fil-produzzjoni ta’ ikel

organiku ipproċessat. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet biex jiġi

ddefinit kull użu possibbli ta’ prodotti u sustanzi bħal dawn fil-produzzjoni organika b’mod

ġenerali u fil-produzzjoni ta’ ikel organiku pproċessat b’mod partikolari, suġġett għall-

prinċipji stabbiliti f’dan ir-Regolament u għal ċerti kriterji.

(48) Sabiex jiġu żgurati l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament fir-

rigward tal-produzzjoni organika b’mod ġenerali u l-produzzjoni tal-ikel organiku

pproċessat b’mod partikolari, u l-adattament għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati

ċerti aspetti għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tipprevedi kriterji addizzjonali

għall-awtorizzazzjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ prodotti u sustanzi għall-użu fil-

produzzjoni organika ġenerali u fil-produzzjoni ta’ ikel organiku pproċessat b’mod

partikolari, u rekwiżiti oħrajn għall-użu ta’ tali prodotti u sustanzi awtorizzati.

Page 18: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 18 ANNESS DG B 1B MT

(52) It-tikkettar ta’ prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel għandu jkun soġġett għar-regoli ġenerali

stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, u

b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet immirati biex jipprevjenu t-tikkettar li jista’ jfixkel lil

jew iqarraq bil-konsumaturi. Barra minn hekk, dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mat-

tikkettar ta’ prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi ta' konverżjoni li joriġinaw mill-pjanti

għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Huma għandhom jipproteġu kemm l-interessi

tal-operaturi li jkollhom il-prodotti tagħhom fis-suq identifikati b'mod ċar u korrett u li

jgawdu minn kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusti, kif ukoll dawk tal-konsumaturi li

jippermettulhom li jagħmlu għażliet infurmati.

(53) Għaldaqstant, it-termini użati biex jindikaw prodotti organiċi għandhom ikunu protetti milli

jintużaw fit-tikkettar ta' prodotti mhux organiċi fl-Unjoni kollha u indipendentement mil-

lingwa użata. Il-protezzjoni għandha tapplika wkoll għad-derivattivi jew id-diminuttivi ta'

dawk it-termini, sew jekk jintużaw weħidhom kif ukoll jekk jintużaw flimkien.

(53a) L-ikel ipproċessat għandu jkun ittikkettat bħala organiku biss fejn l-ingredjenti kollha jew

kważi kollha ta' oriġini agrikola jkunu organiċi. Sabiex jiġi inkoraġġut l-użu ta’ ingredjenti

organiċi, għandu wkoll ikun possibbli li jsir riferiment għall-produzzjoni organika fil-lista

ta’ ingredjenti ta’ ikel ipproċessat mhux organiku, taħt ċerti kondizzjonijiet, b’mod

partikolari li l-ikel inkwistjoni ikun konformi ma’ ċerti regoli ta’ produzzjoni ta’ dan ir-

Regolament. Dispożizzjonijiet speċjali ta' tikkettar għandhom jiġu wkoll stabbiliti biex l-

operaturi jingħataw il-possibbiltà li jidentifikaw ingredjenti organiċi użati fit-tikkettar ta’

prodotti tal-kaċċa u tas-sajd.

(53b) L-ikel ipproċessat għandu jkun ittikkettat bħala organiku biss fejn l-ingredjenti kollha jew

kważi kollha ta' oriġini agrikola jkunu organiċi.

22 Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru

2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p.18).

Page 19: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 19 ANNESS DG B 1B MT

(54) Sabiex ikun hemm ċarezza għall-konsumaturi fis-suq kollu tal-Unjoni, l-użu tal-logo tal-

produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea għandu jsir obbligatorju għall-ikel organiku kollu

ppakkjat minn qabel prodott fl-Unjoni. Minbarra dan, għandu jkun possibbli li jintuża dak il-

logo fuq bażi volontarja fil-każ ta’ prodotti organiċi mhux ippakkjati minn qabel prodotti fl-

Unjoni, u fil-każ ta' kwalunkwe prodott organiku importat minn pajjiżi terzi. Il-mudell tal-

logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi stabbilit f’dan ir-Regolament.

(55) Madankollu, sabiex il-konsumaturi ma jitqarrqux dwar l-għamla organika tal-prodott sħiħ,

huwa kkunsidrat adatt li l-użu ta’ dak il-logo jiġi limitat għall-prodotti li jinkludu biss, jew

kważi biss, ingredjenti organiċi. Għaldaqstant, l-użu tiegħu fl-ittikkettar ta’ prodotti fil-fażi

ta' konverżjoni, jew ta' prodotti pproċessati li jkun fihom anqas minn 95 % tal-ingredjenti

tagħhom ta’ oriġini agrikola li jkunu organiċi, ma għandux ikun permess.

(56) Sabiex tiġi evitata kull konfużjoni possibbli fost il-konsumaturi dwar jekk il-prodotti

joriġinawx mill-Unjoni jew le, kull meta jintuża l-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni

Ewropea, il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati dwar il-post fejn ġew ikkultivati l-

materjali agrikoli mhux ipproċessati li minnhom huwa magħmul il-prodott. F’dan il-kuntest,

għandu jkun permess li ssir referenza għall-akkwakultura fuq it-tikketta ta’ prodotti minn

akkwakultura organika minflok ma ssir referenza għall-agrikoltura.

(57) Sabiex tingħata ċarezza għall-konsumaturi u jiġi żgurat li tingħatalhom l-informazzjoni

adatta, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tkun delegat lill-Kummissjoni fir-rigward

tal-adattament tal-lista ta' termini li jirreferu għall-produzzjoni organika li tinsab f'dan ir-

Regolament u l-emenda tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea u r-regoli

relatata magħhom.

Page 20: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 20 ANNESS DG B 1B MT

(58) Il-produzzjoni organika hija kredibbli biss jekk tkun akkumpanjata minn verifika u kontrolli

effettivi fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. Il-produzzjoni

organika għandha tkun soġġetta għal kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra li

jitwettqu b’konformità mar-Regolament (UE) Nru (XXX/XXXX) tal-Parlament Ewropew u

tal-Kunsill23 biex tiġi verifikata l-konformità mar-regoli dwar il-produzzjoni organika u t-

tikkettar tal-prodotti organiċi. Flimkien mar-regoli tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX

(Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali), għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-

kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn b'rabta mal-produzzjoni organika u t-tikkettar

tal-prodotti organiċi għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

23 Ir-Regolament (UE) Nru XX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar il-

kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, tar-regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, u r-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, […]/2013[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa relatata mal-katina tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali u li huma relatati mas-saħħa tal-pjanti u materjal riproduttiv tal-pjanti], u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (ir-Regolament dwar Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …).

Page 21: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 21 ANNESS DG B 1B MT

(59) Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi biex tkun żgurata l-konformità mar-regoli li

huma speċifiċi għall-produzzjoni organika. B'mod partikolari, għandhom isiru

dispożizzjonijiet għal sistema ta' ċertifikazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti

jidentifikaw lill-operaturi jew l-gruppi ta' operaturi li l-attivitajiet tagħhom jirrelataw mal-

produzzjoni organika sabiex dawn l-awtoritajiet jew, kif adatt, l-awtoritajiet ta' kontroll jew

il-korpi ta' kontroll jivverifikaw il-konformità tagħhom mar-regoli li jirregolaw il-

produzzjoni organika u t-tikkettar tal-produzzjoni organika. Sabiex jiġu evitati piż u spejjeż

sproporzjonati, din in-notifika u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni m'għandhomx japplikaw għall-

operaturi bl-imnut li jbigħu prodotti direttament lill-konsumaturi jew l-utenti finali u li ma

jipproduċux, ma jippreparawx jew ma jaħżnux prodotti organiċi ħlief mill-punt tal-bejgħ, ma

jimportawx prodotti organiċi u ma jkunux ikkuntrattaw dawk l-attivitajiet lil partijiet terzi.

Sottokuntratturi tal-operaturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' notifika u ta'

ċertifikazzjoni sakemm l-attivitajiet tas-sottokuntrattur ikunu koperti miċ-ċertifikazzjoni

organika tal-operaturi kkonċernati. Għandha tkun żgurata t-trasparenza tas-sistema ta’

ċertifikazzjoni billi l-Istati Membri jintalbu jippubblikaw il-lista tal-operaturi li nnotifikaw l-

attivitajiet tagħhom u kull tariffa li tista’ tinġabar b’rabta mal-kontrolli għall-verifika tal-

konformità mar-regoli tal-produzzjoni organika.

(59a) Is-sistema ta’ ċertifikazzjoni għandha tinkludi l-għoti ta’ ċertifikat organiku li, minħabba li

hija ċertifikazzjoni uffiċjali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru (XXX/XXXX) tal-

Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Regolament dwar Kontrolli Uffiċjali), tiċċertifika l-

konformità tal-attività notifikata b’dan ir-Regolament, u għandu jippermetti l-

identifikazzjoni tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi, il-kategoriji ta’ prodotti li huma

ċertifikati, kif ukoll it-tul tal-validità tagħha.

(60) Il-bdiewa ta' skala żgħira u l-operaturi li jipproduċu alga jew annimali tal-akkwakultura fl-

Unjoni jaffaċċjaw, individwalment, spejjeż ta’ spezzjoni relattivament għoljin u piż

amministrattiv marbut maċ-ċertifikazzjoni organika. Għandha tiġi awtorizzata sistema ta’

ċertifikazzjoni ta’ grupp bl-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ spezzjoni u ċertifikazzjoni u l-piż

amministrattiv assoċjat, bl-għan li jissaħħu n-netwerks lokali, li jikkontribwixxu għal swieq

disponibbli aħjar u li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi ma’ operaturi f’pajjiżi terzi. Għal dik

ir-raġuni, il-kunċett ta’ ‘grupp ta’ operaturi’ għandu jiġi introdott u definit.

Page 22: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 22 ANNESS DG B 1B MT

(62a) Għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament dispożizzjonijiet speċifiċi addizzjonali biex

jiddefinixxu l-aspetti li għandhom jiġu inklużi bħala parti mill-verifika tal-konformità, fir-

rigward tal-elementi essenzjali għall-approċċ ibbażat fuq ir-riskju li huma s-sisien tal-

prestazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, il-frekwenza minima tal-verifika tal-konformità għall-

operaturi organiċi jew gruppi kollha tal-operaturi, il-kondizzjonijiet speċifiċi għad-delega

tal-kompiti ta’ kontroll uffiċjali, inkluż fir-rigward tal-approvazzjoni, is-superviżjoni, u s-

sospensjoni jew l-irtirar ta’ korpi delegati, u l-miżuri f'każ ta' nonkonformità.

(62b) Fir-rigward tal-miżuri li jridu jittieħdu meta jkun hemm sustanzi jew prodotti mhux

awtorizzati preżenti fi prodotti organiċi, ġew żviluppati u implimentati approċċi differenti fl-

Unjoni kollha. Din is-sitwazzjoni toħloq inċertezzi għall-operaturi, l-awtoritajiet u l-korpi

tal-kontroll. Tista' teħtieġ ukoll trattament differenti bejn operatur u ieħor fl-Unjoni u

taffettwa l-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti organiċi. Għalhekk hu adatt li jiġu stabbiliti

dispożizzjonijiet ċari u uniformi li jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jew, fejn adatt, l-

awtoritajiet ta' kontroll jew korpi ta' kontroll jagħmlu investigazzjoni sabiex jiddeterminaw

is-sors u l-kawża tal-preżenza ta' tali sustanzi jew prodotti fil-prodotti organiċi u biex

jikkonkludu jekk tali prodotti jistgħux jitqiegħdu fis-suq bħala organiċi. Huwa adatt ukoll li,

abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri dwar il-każijiet fejn ikunu ġew

identifikati prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati, il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-

Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-2021. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi

għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta'

implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-metodoloġija li għandha tintuża għall-

identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-preżenza ta' prodotti jew sustanzi li ma ġewx

awtorizzati u l-proċeduri relatati.

(63) L-esperjenza mal-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni skont ir-

Regolament (KE) Nru 834/2007, l-esperjenza wriet li hemm bżonn li jiġu riveduti dawk l-

arranġamenti sabiex ikun hemm reazzjoni għall-aspettattivi tal-konsumaturi li l-prodotti

organiċi importanti jissodisfaw ir-regoli stretti tal-Unjoni, kif ukoll biex ikun żgurat aħjar l-

aċċess tal-prodotti organiċi tal-Unjoni għas-suq internazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ li

jkun hemm ċarezza rigward ir-regoli applikabbli għall-esportazzjoni ta’ prodotti organiċi,

b’mod partikolari billi jiġi stabbilit ċertifikat ta’ esportazzjoni u li jiġu stabbiliti

dispożizzjonijiet dwar l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi rikonoxxuti għall-finijiet ta’

ekwivalenza skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Page 23: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 23 ANNESS DG B 1B MT

(63a) L-arranġamenti għall-importazzjoni ta' prodotti organiċi fl-Unjoni għandhom isiru fil-qafas

tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, u b'mod partikolari bl-għan ta'

koerenza sħiħa mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, f'konformità ma' direttivi ta' negozjati

eżistenti jew futuri u filwaqt li tingħata attenzjoni lill-istandards reġjonali kif stabbilit fl-

Artikolu 21(2)(d) u (e) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(64) Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti li jikkonformaw mar-regoli tal-

Unjoni dwar il-produzzjoni u t-tikkettar u li fir-rigward tagħhom l-operaturi ġew suġġetti

għall-kontrolli tal-awtoritajiet u l-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala

kompetenti biex iwettqu kontrolli u ċertifikazzjoni fil-qasam tal-produzzjoni organika

f’pajjiżi terzi, għandhom jiġu rinfurzati ulterjorment. B'mod partikolari, għandhom jiġu

stabbiliti mill-Kummissjoni r-rekwiżiti li jikkonċernaw lill-korpi ta’ akkreditazzjoni li

jakkreditaw korpi ta’ kontroll għall-finijiet ta’ importazzjoni ta’ prodotti organiċi

konformanti fl-Unjoni, bl-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għas-superviżjoni tal-

korpi ta’ kontroll mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà li

l-Kummissjoni tikkuntattja direttament lill-korpi ta’ akkreditazzjoni u lill-awtoritajiet

kompetenti f’pajjiżi terzi, biex is-superviżjoni tal-awtoritajiet u l-korpi ta’ kontroll

rispettivament ikunu aktar effiċjenti.

(65) Għandha tinżamm il-possibbiltà li l-prodotti organiċi jiksbu aċċess għas-suq tal-Unjoni meta

dawn il-prodotti ma jikkonformawx mar-regoli tal-produzzjoni organika tal-Unjoni, iżda

jiġu minn pajjiżi terzi li l-produzzjoni organika u s-sistemi ta’ kontroll tagħhom huma

rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk tal-Unjoni. Madankollu, ir-rikonoxximent tal-

ekwivalenza ta’ pajjiżi terzi, kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, għandha

tingħata biss permezz ta’ ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi terzi, fejn ir-

rikonoxximent reċiproku ta’ ekwivalenza jiġi segwit ukoll favur l-Unjoni.

Page 24: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 24 ANNESS DG B 1B MT

(66) Il-pajjiżi terzi rikonoxxuti għall-finijiet ta' ekwivalenza skont ir-Regolament (KE)

Nru 834/2007 għandhom jibqgħu rikonoxxuti bħala tali skont dan ir-Regolament, għal

perijodu limitat ta’ żmien neċessarju biex tiġi żgurata transizzjoni bla intoppi għall-iskema

ta’ rikonoxximent permezz ta’ ftehim internazzjonali, sakemm huma jkomplu jiżguraw l-

ekwivalenza tal-produzzjoni organika tagħhom u r-regoli ta’ kontroll mar-regoli tal-Unjoni

rilevanti li huma fis-seħħ u li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha marbutin mas-

superviżjoni tar-rikonoxximent tagħhom mill-Kummissjoni. Dik is-superviżjoni għandha

tiġi bbażata b’mod partikolari fuq ir-rapporti annwali li l-pajjiżi terzi jibagħtu lill-

Kummissjoni.

(67) L-esperjenza bl-iskema tal-awtoritajiet u l-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti bħala kompetenti li

jwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-finijiet tal-importazzjoni ta’

prodotti li jipprovdu garanziji ekwivalenti, turi li r-regoli applikati minn dawk l-awtoritajiet

u korpi huma differenti u jistgħu jkunu diffiċli biex jitqiesu bħala ekwivalenti għar-regoli

rispettivi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-multiplikazzjoni tal-istandards tal-awtoritajiet u l-

korpi ta’ kontroll ixxekkel is-superviżjoni adegwata mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, dik l-

iskema ta’ rikonoxximent tal-ekwivalenza għandha titneħħa. Madankollu, għandu jingħata

żmien biżżejjed lil dawk l-awtoritajiet u korpi ta’ kontroll biex ikunu jistgħu jippreparaw

ruħhom għall-kisba tar-rikonoxximent għall-finijiet tal-importazzjoni ta’ prodotti li

jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni.

(68) It-tqegħid fis-suq bħala prodott organiku ta’ kwalunkwe prodott organiku impurtat fl-

Unjoni, skont kwalunkwe ftehim tal-importazzjoni previst f’dan ir-Regolament, għandu jkun

suġġett għad-disponibbiltà tal-informazzjoni neċessarja sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-

prodott fil-katina tal-ikel.

Page 25: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 25 ANNESS DG B 1B MT

(69) Biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta fost l-operaturi, it-traċċabbiltà tal-prodotti impurtati

maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni bħala organiċi, it-trasparenza tal-proċedura

ta’ rikonoxximent u superviżjoni għall-awtoritajiet u l-korpi ta’ kontroll fil-kuntest tal-

importazzjoni ta’ prodotti organiċi konformi, l-effikaċja, l-effiċjenza u t-trasparenza tal-

kontrolli ta' prodotti importati u l-ġestjoni tal-lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti għall-finijiet

tal-ekwivalenza skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-Kummissjoni għandha tingħata

s-setgħa li tadotta ċerti atti rigward il-kriterji addizzjonali għar-rikonoxximent jew l-irtirar ta'

awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll fil-kuntest tal-importazzjoni ta' prodotti organiċi

konformi, fir-rigward tal-eżerċizzju u s-superviżjoni ta' dawk l-awtoritajiet u l-korpi ta'

kontroll mill-Kummissjoni, inkluż permezz ta' eżami fuq il-post, fir-rigward tal-kontrolli u

azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll

rikonoxxuti għall-importazzjoni ta' prodotti organiċi konformi, u fir-rigward tal-

informazzjoni li għandha tintbagħat mill-pajjiżi terzi rikonoxxuti skont ir-Regolament

meħtieġ għas-superviżjoni tar-rikonoxximent tagħhom i l-eżerċizzju ta' dik is-superviżjoni

mill-Kummissjoni, inkluż l-eżami fuq il-post.

(70) Għandha ssir dispożizzjoni li tiżgura li l-moviment tal-prodotti organiċi li kienu soġġetti

għall-kontroll fi Stat Membru wieħed u li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament ma jistax

jiġi ristrett fi Stat Membru ieħor.

(71) Għall-fini li tinkiseb l-informazzjoni affidabbli meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-

Regolament, l-Istati Membri għandhom annwalment jipprovdu lill-Kummissjoni l-

informazzjoni meħtieġa, inkluża d-data rilevanti tal-istatistika li għandha tiġi definita fil-

kuntest tal-Programm Ewropew tal-Istatistika. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u trasparenza, l-

Istati Membri għandhom iżommu listi aġġornati tal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’

kontroll u l-korpi ta’ kontroll. Il-listi tal-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll, u

kwalunkwe bidla fihom, għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, li

għandha regolarment tippubblikahom.

Page 26: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 26 ANNESS DG B 1B MT

(73) Barra minn hekk, għandha tiġi stabbilita data għall-iskadenza tar-rikonoxximent tal-

awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll għall-finijiet tal-ekwivalenza, u għandhom jiġu

stabbiliti dispożizzjonijiet li jindirizzaw is-sitwazzjoni sal-iskadenza tar-rikonoxximent

tagħhom. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet rigward applikazzjonijiet minn

pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ ekwivalenza li ġew ippreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru

834/2007 u li huma pendenti fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(74) Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll

rikonoxxuti għall-finijiet ta’ ekwivalenza skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u biex

tkun iffaċilitata t-tlestija tal-eżami tal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza

minn pajjiżi terzi li jkunu pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-

Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-informazzjoni li

għandha tintbagħat minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll jew mill-korpi ta’ kontroll, li hija

neċessarja għas-superviżjoni ta’ dan ir-rikonoxximent u fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ dik is-

superviżjoni mill-Kummissjoni, kif ukoll fir-rigward ta’ kull regola proċedurali għall-eżami

tal-applikazzjonijiet pendenti minn pajjiżi terzi.

(75) Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament,

il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' dan li ġej: is-

separazzjoni tal-unitajiet organiċi u mhux organiċi ta' impriża; id-dokumenti li għandhom

jiġu forniti bil-ħsieb tar-rikonoxximent retroattiv ta' perijodu preċedenti bħala parti mill-

proċess ta' konverżjoni; ir-rekwiżiti għal pjanti speċifiċi, prodotti mill-pjanti jew sistemi ta'

produzzjoni mill-pjanti, id-dettalji tekniċi għall-istabbiliment ta' bażi tad-data għall-elenkar

tal-varjetajiet u l-popolazzjonijiet li għalihom ikun disponibbli materjal riproduttiv, esklużi

n-nibbieta, miksuba bil-metodu ta' produzzjoni organika disponibbli, u l-kondizzjonijiet

għall-użu ta' materjal riproduttiv mill-pjanti mhux organiku; regoli speċifiċi għall-annimali

bovini, ovini, karini, ekwini, porċini, tjur, naħal, u speċijiet ta' bhejjem oħra; l-użu ta'

annimali mhux organiċi għall-finijiet ta' tgħammir; regoli speċifiċi għall-kultivazzjoni tal-

algae u t-tagħlil tal-algae selvaġġa; regoli speċifiċi għal speċijiet differenti ta' annimali tal-

akkwakultura;

Page 27: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 27 ANNESS DG B 1B MT

l-użu ta' ħut li għadu qiegħed jikber tal-akkwakultura mhux organiku; regoli speċifiċi dwar l-

metodi ta' produzzjoni u t-tekniki awtorizzati fl-ipproċessar ta' prodotti speċifiċi tal-ikel jew

l-għalf; l-identifikazzjoni ta' prattiki, proċessi u trattamenti oenoloġiċi projbiti u ristretti fil-

produzzjoni ta' inbid organiku; regoli speċifiċi dwar kif jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi

katastrofiċi, eċċezzjonijiet possibbli li għandhom jiġu applikati f'tali każijiet għal perijodu

limitat ta' żmien u rekwiżiti ta' monitoraġġ u rappurtar; l-awtorizzazzjoni jew l-irtirar tal-

awtorizzazzjoni tal-prodotti u sustanzi li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni organika ta; ikel

organiku proċessat b'mod partikolari, inklużi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-

awtorizzazzjoni u l-listi ta' dawk il-prodotti u sustanzi u, fejn adatt, id-deskrizzjoni tagħhom,

ir-rekwiżit kompożizzjonali u l-kondizzjonijiet għall-użu; regoli speċifiċi ta' tikkettar għall-

prodotti fi proċess ta' konverżjoni ta' oriġini mill-pjanti; il-modalitajiet speċifiċi u prattiċi

rigward l-użu, il-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni u d-daqs tal-indikazzjonijiet li jirreferu

għan-numri tal- kodiċi tal-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll u tal-indikazzjoni tal-

post fejn kien ikkultivat il-materjal prim agrikolu u l-assenjar ta' numri tal-kodiċi lill-

awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll; ir-rekwiżiti għall-kontenut, il-forma u l-mod

tan-notifika li għandha ssir mill-operaturi jew gruppi ta' operaturi, iż-żamma ta' rekords mill-

operaturi jew gruppi ta' operaturi, il-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-lista ta' operaturi

jew gruppi ta' operaturi, ir-rekwiżiti dwar il-forma u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati

għall-pubblikazzjoni tal-imposti li jistgħu jinġabru f'rabta mal-kontrolli għall-verifika ta'

konformità mar-regoli ta' produzzjoni organika u għas-superviżjoni mill-awtoritajiet

kompetenti tal-applikazzjoni ta' dawk l-imposti; il-kontenut u l-forma taċ-ċertifikat

organiku; il-kompożizzjoni u d-dimensjoni tal-grupp ta' operaturi, il-kriterji għall-prossimità

ġeografika tal-membri tiegħu, l-istabbiliment u l-funzjonament tas-sistema tal-grupp għall-

kontrolli interni, inkluż l-ambitu, il-kontenut u l-frekwenza tal-kontrolli li għandhom

jitwettqu, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-membri tal-grupp, l-iskambju ta' informazzjoni

bejn il-grupp u l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll kif

ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

Page 28: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 28 ANNESS DG B 1B MT

il-kompiti speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti, iż-żmien f'waqtu, il-metodi u t-tekniki għall-

kontrolli li għandhom jitwettqu, il-modalitajiet għat-teħid ta' xempji fir-rigward b'mod

partikolari tal-firxa ta' xempji li għandhom jittieħdu u l-istadju ta' produzzjoni, proċessar u

distribuzzjoni fejn għandhom jittieħdu xempji, il-modalitajiet għall-istabbiliment tal-

probabbiltà ta' nonkonformità u l-frekwenza tat-teħid ta' xempji, l-obbligi ta' rappurtar għall-

awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll, l-obbligi, l-

arranġamenti u l-kompiti speċifiċi mill-operaturi, il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti

għandhom jieħdu liema azzjonijiet u miżuri fil-każ ta' nonkonformità, -iskambju ta'

informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll

rigward każijiet ta' nonkonformità biex jiġu adattati l-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur ta'

produzzjoni organika; id-dokumenti maħsuba għall-awtoritajiet doganali f'pajjiżi terzi,

b'mod partikolari ċertifikat organiku ta' esportazzjoni, f'forma elettronika kulfejn possibbli;

il-kontenut taċ-ċertifikati li jikkonfermaw li l-operaturi jew l-gruppi ta' operaturi kollha

huma konformi ma' dan ir-Regolament u ċ-ċertifikati tal-ispezzjoni u l-proċedura li għandha

tiġi segwita għall-ħruġ u l-verifika tagħhom; ir-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta' kontroll u l-

korpi ta' kontroll li huma kompetenti li jwettqu kontrolli f'pajjiżi terzi u l-istabbiliment tal-

lista ta' dawk l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll; il-proċeduri għar-rikonoxximent

jew l-irtirar ta' dawk l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll, inkluż il-kontenut tad-

dossier tekniku li għandu jiġi preżentat, u r-regoli li jiżguraw l-applikazzjoni tal-miżuri fir-

rigward każijiet ta' nonkonformità, jew is-suspett ta' dan, li jaffetwaw l-integrità tal-prodotti

organiċi importati; l-istabbiliment ta' lista ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2)

tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u l-emenda ta' dik il-lista kif ukoll r-regoli li jiżgura l-

applikazzjoni ta' miżuri fir-rigward ta' każijiet ta' nonkonformità, jew is-suspett ta' dan.li

jaffettwaw l-integrità tal-prodotti organiċi importati minn dawk il-pajjiżi; is-sistema li

għandha tintuża biex tintbagħat l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-

monitoraġġ ta' dan ir-Regolament, u fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista tal-awtoritajiet ta'

kontroll u l-korpi ta' kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru

834/2007 u l-emenda ta' dik il-lista.

Page 29: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 29 ANNESS DG B 1B MT

Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 182/2011

tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24.

(76) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu

applikabbli minnufih meta, f’każijiet ġustifikati relatati mal-protezzjoni kontra prattiki

inġusti jew prattiki li huma inkompatibbli mal-prinċipji u r-regoli dwar il-produzzjoni

organika, jew relatati mal-protezzjoni tal-fiduċja tal-konsumaturi jew mal-protezzjoni tal-

kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi, ikun hemm raġunijiet importanti ferm ta’ urġenza li

jirrikjedu hekk biex jiżguraw l-applikazzjoni ta’ miżuri b’rabta mal-każijiet ta’ nuqqas ta’

konformità, jew is-suspett tiegħu, li jaffettwaw l-integrità ta’ prodotti organiċi importati jew

li tiddeċiedi dwar l-irtirar tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’

kontroll.

(78) Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-sitwazzjoni tad-disponibbiltà ta’ materjal organiku

tar-riproduzzjoni tal-pjanti, tal-annimali ħajjin għal finijiet ta’ tgħammir u tal-ġidd tal-

annimali tal-akkwakultura u tippreżenta rapport għal dan l-għan lill-Parlament Ewropew u

lill-Kunsill fl-2024.

(79) Għandha ssir dispożizzjoni biex ikun permess l-użu sħiħ tal-istokkijiet ta’ prodotti li ġew

prodotti skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 qabel ma jibda japplika dan ir-

Regolament. Dik id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għal dawk il-prodotti li jirrikjedu

perijodu ta' raffinar jew ta' maturazzjoni f'każ li dan il-perijodu jkun diġà beda fid-data tal-

applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

24 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p.13).

Page 30: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 30 ANNESS DG B 1B MT

(81) Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-kompetizzjoni ġusta u t-

tħaddim tajjeb tas-suq intern tal-prodotti organiċi, kif ukoll l-iżgurar tal-fiduċja tal-

konsumatur f’dawk il-prodotti u fil-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea, ma

jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minħabba l-

armonizzazzjoni tar-regoli meħtieġa dwar il-produzzjoni organika, jistgħu jinkisbu aħjar fil-

livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

kif jinsab fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-

proporzjonalità, kif jinsab f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li

huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi.

(82) Hu adatt li tingħata data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tagħti l-possibbiltà lill-

operaturi li jaddattaw għar-rekwiżiti l-ġodda.

Page 31: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 31 ANNESS DG B 1B MT

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji tal-produzzjoni organika u jistabbilixxi r-regoli li

jikkonċernaw il-produzzjoni organika, iċ-ċertifikazzjoni u l-kontrolli, u l-użu ta’ indikazzjonijiet li

jirreferu għaliha fit-tikkettar u r-reklamar.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti li ġejjin elenkati fl-Anness I għat-TFUE

jew li joriġinaw minn tali prodotti, fejn issir il-produzzjoni tagħhom, jiġu ppreparati,

distribwiti, jitqiegħdu fis-suq, jiġu importati jew esportati jew huma intenzjonati li

ssirilhom il-produzzjoni, jiġu ppreparati, distribwiti, jitqiegħdu fis-suq, jiġu importati jew

esportati:

(a) prodotti agrikoli ħajjin jew mhux ipproċessati;

(b) prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel;

(c) għalf;

(d) materjal riproduttiv tal-pjanti.

Page 32: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 32 ANNESS DG B 1B MT

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-prodotti l-oħra elenkati fl-Anness I għal

dan ir-Regolament fejn issir il-produzzjoni ta' tali prodotti, jiġu ppreparati, distribwiti,

jitqiegħdu fis-suq, jiġu importati jew esportati jew huma intenzjonati li ssirilhom il-

produzzjoni, jiġu ppreparati, distribwiti, jitqiegħdu fis-suq, jiġu importati jew esportati.

Il-prodotti tal-kaċċa u tas-sajd ta’ annimali selvaġġi ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala

prodotti organiċi.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull operatur involut fl-attivitajiet, fi kwalunkwe

stadju ta' produzzjoni, preparazzjoni u distribuzzjoni, marbutin mal-prodotti msemmija fil-

paragrafu 1.

L-operazzjonijiet ta’ forniment tal-ikel tal-massa mwettqa minn fornitur tal-ikel tal-massa

kif iddefinit fil-punt (d) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-

Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 ma għandhomx ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali jew, fin-nuqqas tagħhom, standards

privati dwar il-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll ta’ prodotti li joriġinaw minn

operazzjonijiet ta’ forniment tal-ikel tal-massa. Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni

Ewropea m'għandux jintuża fit-tikkettar, fil-preżentazzjoni u fir-reklamar ta’ dawn il-

prodotti jew biex jiġi rriklamat il-fornitur tal-ikel tal-massa.

3. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għal-leġislazzjoni tal-Unjoni relatata,

b'mod partikolari fl-oqsma tas-sikurezza tal-katina alimentari, is-saħħa u t-trattament

xieraq tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-materjal riproduttiv tal-pjanti.

25 Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru

2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p.18).

Page 33: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 33 ANNESS DG B 1B MT

4. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn

tal-Unjoni relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti, b’mod partikolari, għar-Regolament

(UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26, u r-Regolament (UE) Nru

1169/2011.

5. Sabiex tiġi kkunsidrata informazzjoni ġdida dwar metodi ta’ produzzjoni jew materjali jew

impenji internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati

f'konformità mal-Artikolu 36 li jissuplimentaw il-lista ta’ prodotti stabbilita fl-Anness I. Il-

prodotti li huma marbuta mill-qrib ma’ prodotti agrikoli biss għandhom ikunu eliġibbli

għall-inklużjoni f’dik il-lista.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) ‘produzzjoni organika’ tfisser l-użu ta’ metodi ta’ produzzjoni li jikkonformaw ma’ dan ir-

Regolament, fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-preparazzjoni u tad-distribuzzjoni;

(3) ‘materja prima agrikola’ tfisser prodott agrikolu li ma ġie suġġett għal ebda operazzjoni ta’

preservazzjoni jew ipproċessar;

(4) ‘miżuri ta' prevenzjoni’ tfisser miżuri li għandhom jittieħdu biex jiżguraw il-kwalità tal-

ħamrija kif ukoll il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara u ħaxix ħażin għall-

pjanti, il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard tal-annimali, kif ukoll biex b'mod partikolari

jipprevjenu l-kontaminazzjoni ma' prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati skont dan

ir-Regolament fl-istadji kollha tal-produzzjoni, il-preparazzjoni u d-distribuzzjoni;

26 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’

Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p.671).

Page 34: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 34 ANNESS DG B 1B MT

(5) 'konverżjoni' tfisser it-transizzjoni minn biedja mhux organika għal biedja organika

f’perijodu ta’ żmien li matulu ġew applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar

il-produzzjoni organika;

(5a) 'prodotti fil-fażi ta' konverżjoni' tfisser prodotti li jiġu prodotti f'konformità mal-Artikolu 8

waqt il-perijodu ta' konverżjoni;

(6) ‘operatur’ tfisser il-persuna naturali jew ġuridika responsabbli biex tiżgura l-konformità

ma’ dan ir-Regolament fl-istadji kollha tal-produzzjoni, il-preparazzjoni u d-distribuzzjoni

taħt il-kontroll tagħhom;

(6a) ‘azjenda’ tfisser l-unitajiet kollha tal-produzzjoni li joperaw taħt ġestjoni waħda għall-fini

tal-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1);

(6b) ‘unità tal-produzzjoni’ tfisser l-assi kollha li għandhom jintużaw għal settur tal-produzzjoni

bħal post tal-produzzjoni primarja, biċċiet ta' artijiet agrikoli, mergħat, spazji fil-miftuħ,

bini għall-bhejjem, doqqajs, vaski tal-ħut, sistemi jew siti għaż-żamma tal-alga jew

annimali tal-akkwakultura, unitajiet tat-trobbija, konċessjonijiet ta’ max-xatt jew ta’ qiegħ

il-baħar, post għall-ħażna tal-għelejjel, prodotti tar-raba', prodotti tal-alga, prodotti tal-

annimali, materja prima u kwalunkwe input ieħor rilevanti għal dan is-settur speċifiku tal-

produzzjoni;

(6c) 'materjal riproduttiv tal-pjanti' tfisser pjanta/i kif ukoll il-forom kollha ta' pjanta/i fi

kwalunkwe stadju tat-tkabbir inklużi żrieragħ, li jistgħu, u li huma intenzjonati għall-

produzzjoni ta' pjanti sħaħ;

(7) 'grupp ta' operaturi' tfisser grupp li fih kull membru huwa bidwi jew operatur li jipproduċi

l-alga jew l-annimali tal-akkwakultura li barra minn hekk jista' jkun involut fl-ipproċessar

tal-ikel jew tal-għalf u li d-dħul tiegħu huwa inqas minn EUR 25,000 fis-sena jew l-output

standard huwa inqas minn EUR 15,000 fis-sena jew li għandu azjenda sa ħames ettari;

(8) ‘bidwi’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi,

indipendentement mill-istatus ġuridiku mogħti lit-tali grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi

nazzjonali, li jeżerċita attività agrikola;

(9) ‘żona agrikola’ tfisser żona agrikola kif iddefinita fil-punt (e) tal-Artikolu 4(1) tar-

Regolament (UE) Nru 1307/2013;

Page 35: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 35 ANNESS DG B 1B MT

(9a) 'popolazzjonijiet' tfisser gruppi ta' pjanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati f'esperimenti

temporanji permessi taħt l-Artikolu 13a tad-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u

66/402/KEE, l-Artikolu 14a tad-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE, l-Artikolu 19 tad-

Direttivi tal-Kunsill 2002/54/KE u 2002/56/KE, l-Artikolu 33 tad-Direttiva tal-Kunsill

2002/55/KE u l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE;

(10) ‘pjanti’ tfisser pjanti kif iddefiniti fil-punt 5 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru

1107/2009;

(11) ‘produzzjoni tal-pjanti’ tfisser il-produzzjoni ta' prodotti tar-raba' agrikoli u tinkludi l-ħsad

ta' prodotti mill-pjanti slavaġ għal finijiet kummerċjali;

(12) ‘prodotti mill-pjanti’ tfisser prodotti mill-pjanti kif iddefiniti fil-punt 6 tal-Artikolu 3 tar-

Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(13) ‘pest’ tfisser pest kif iddefinit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX

(miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti);

(14) ‘prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti’ tfisser prodotti msemmija fl-Artikolu 2 tar-

Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(15) ‘produzzjoni tal-bhejjem’ tfisser il-produzzjoni ta' annimali terrestri domestiċi jew

iddomestikati, inklużi l-insetti;

(16) ‘veranda’ tfisser parti addizzjonali ma' bini għall-bhejjem li tkun imsaqqfa, mhux insulata

u fuq barra, li l-itwal parti tagħha ġeneralment tkun mgħammra b’ċint tal-wajer jew tan-

nett bil-klima ta’ barra, b’dawl naturali u artifiċjali u art b’mifrex (demel u tiben) ta’ taħt

il-bhejjem;

(17) ‘akkwakultura’ tfisser akkwakultura kif iddefinita fil-punt (25) tal-Artikolu 4(1) tar-

Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27;

27 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’

Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

Page 36: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 36 ANNESS DG B 1B MT

(17a) ‘faċilità magħluqa taċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-akkwakultura’ tfisser faċilità li fiha l-

akkwakultura sseħħ f’ambjent magħluq fuq l-art jew fuq bastiment u li tinvolvi ċ-

ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-ilma, u li tiddependi minn kontribut permanenti estern tal-

enerġija sabiex ikun stabbilizzat l-ambjent tal-annimali tal-akkwakultura;

(17b) ‘enerġija minn sorsi rinnovabbli’ tfisser sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li mhumiex fossili

bħar-riħ, ix-xemx, il-mewġ ġeotermali, il-marea, l-idroenerġija, il-gass mill-miżbla, il-gass

mill-impjanti li jittrattaw id-drenaġġ u l-bijogassijiet;

(17c) 'mafqas' fil-qafas tal-akkwakultura u l-produzzjoni tal-alga tfisser post għat-tgħammir, it-

tifqis u t-trobbija matul l-ewwel stadji tal-ħajja tal-annimali tal-akkwakultura, b’mod

partikolari tal-ħut bil-pinen u tal-frott tal-baħar;

(17d) 'vaska għat-trobbija' fil-qafas tal-akkwakultura u l-produzzjoni tal-alga tfisser post fejn

tintuża sistema ta' produzzjoni intermedja bejn il-mafqas u l-farm fejn jinżammu l-adulti.

L-istadju fil-vaska għat-trobbija jitlesta fl-ewwel terz taċ-ċiklu tal-produzzjoni ħlief għall-

ispeċijiet li jkunu qed jgħaddu mill-proċess tal-adattament tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma

baħar (smoltification);

(17e) 'tniġġis' fil-qafas tal-akkwakultura u l-produzzjoni tal-alga tfisser l-introduzzjoni ta’

sustanzi jew ta’ enerġija, b’mod dirett jew indirett, fl-ambjent akkwatiku kif imfisser fid-

Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28 u fid-Direttiva 2008/56/KE

tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, fl-ilmijiet fejn japplikaw rispettivament dawn id-

Direttivi;

(17f) 'polikultura' fil-qafas tal-akkwakultura u l-produzzjoni tal-alga tfisser it-trobbija ta’ żewġ

speċijiet jew iktar, li normalment ikunu minn livelli trofiċi differenti, fl-istess unità ta’

kultura;

28 Id-Direttiva Nru 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li

tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

29 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

Page 37: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 37 ANNESS DG B 1B MT

(17g) 'ċiklu tal-produzzjoni' fil-qafas tal-akkwakultura u l-produzzjoni tal-alga tfisser it-tul tal-

ħajja ta' annimal tal-akkwakultura jew ta' alga mill-aktar stadju bikri tal-ħajja (fil-każ tal-

annimali tal-akkwakultura dan ifisser il-bajd iffertilizzat) sal-ħsad;

(17h) 'speċijiet imrobbijin lokalment' fil-qafas tal-akkwakultura u l-produzzjoni tal-alga tfisser

speċijiet li la huma aljeni u lanqas mhuma speċijiet li ma jinstabux lokalment, skont ir-

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/200730, kif ukoll l-ispeċijiet elenkati fl-Anness IV

għal dan ir-Regolament;

(17i) ‘densità ta' ħażna’ fil-qafas tal-akkwakultura u l-produzzjoni tal-alga tfisser il-piż tal-

annimali tal-akkwakultura ħajjin għal kull metru kubu ta’ ilma fi kwalunkwe ħin matul il-

fażi tat-tkabbir għad-daqs tas-suq u fil-każ tal-pixxiċatt u l-gambli, il-piż għal kull metru

kwadru tal-wiċċ;

(18) ‘trattament veterinarju’ tfisser il-korsijiet kollha ta' trattament ta' kura jew ta' prevenzjoni

kontra okkorrenza waħda ta' marda speċifika;

(19) 'prodotti mediċinali veterinarji' tfisser prodotti mediċinali veterinarji kif definiti fil-punt 1

tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru XX/XXX (prodotti mediċinali veterinarji)31;

(20) ‘preparazzjoni’ tfisser l-operazzjonijiet ta’ preservazzjoni jew l-ipproċessar ta’ prodotti

organiċi, inklużi l-qtil u t-tqattigħ ta' prodotti tal-bhejjem, l-ippakkjar, it-tikkettar jew l-

alterazzjonijiet li jsiru fit-tikkettar relatat mal-produzzjoni organika;

(21) ‘ikel’ tfisser ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-

Parlament Ewropew u tal-Kunsill32;

(22) ‘għalf’ tfisser għalf kif iddefinit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

30 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007 dwar l-użu ta’ speċi

aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (ĠU L 168, 28.6.2007, p. 1). 31 Ir-Regolament (UE) Nru XX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill […] dwar prodotti

mediċinali veterinarji (ĠU L...) 32 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-

28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31 1.2.2002, p. 1).

Page 38: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 38 ANNESS DG B 1B MT

(23) ‘materjal tal-għalf’ tfisser materjal tal-għalf kif iddefinit fil-punt (g) tal-Artikolu 3(2) tar-

Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33;

(25) ‘tqegħid fis-suq’ tfisser tqegħid fis-suq kif iddefinit fil-punt 8 tal-Artikolu 3 tar-

Regolament (KE) Nru 178/2002;

(26) ‘traċċabbiltà’ tfisser traċċabbiltà kif iddefinita fil-punt 15 tal-Artikolu 3 tar-Regolament

(KE) Nru 178/2002;

(27) ‘stadji ta' produzzjoni, preparazzjoni u distribuzzjoni’ tfisser kull stadju li jinkludi u jibda

mill-produzzjoni primarja ta' prodott organiku sal-ħażna, l-ipproċessar, it-trasport, il-bejgħ

jew il-forniment inklużi, lill-konsumatur aħħari, u fejn rilevanti, l-attivitajiet tat-tikkettar,

ir-reklamar, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u s-sottokuntrattar;

(29) ‘ingredjent’ tfisser ingredjent kif iddefinit fil-punt (f) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament

(UE) Nru 1169/2011;

(30) 'tikkettar' tfisser kwalunkwe kelma, dettalji, marki kummerċjali, isem tad-ditta, materjal bl-

istampi jew simbolu li jirrigwarda prodott u mqiegħed fuq kwalunkwe ippakkjar,

dokument, avviż, tikketta, ċurkett jew kullar li jakkumpanja jew jirreferi għal tali prodott;

(31) ‘reklamar’ tfisser kull preżentazzjoni ta’ prodotti organiċi għall-pubbliku, bi kwalunkwe

mezz minbarra tikketta, li hija maħsuba biex tinfluwenza jew x'aktarx tinfluwenza u

tifforma attitudni, twemmin u mġiba sabiex jiġi promoss direttament jew indirettament il-

bejgħ ta’ prodotti organiċi;

(32) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif iddefiniti fil-punt 5 tal-

Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX [ir-Regolament dwar il-Kontrolli

Uffiċjali];

33 Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju

2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).

Page 39: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 39 ANNESS DG B 1B MT

(33) ‘awtorità ta’ kontroll’ tfisser awtorità ta’ kontroll tal-produzzjoni organika u tat-tikkettar

ta’ prodotti organiċi kif iddefinit fil-punt 39 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru

XXX/XXXX [ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali];

(34) ‘korp ta’ kontroll’ tfisser korp delegat kif iddefinit fil-punt 38 tal-Artikolu 2 tar-

Regolament (UE) Nru XXX/XXXX [ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali], kif ukoll

korp rikonoxxut mill-Kummissjoni jew minn pajjiż terz li jkun rikonoxxut mill-

Kummissjoni biex iwettaq kontrolli f’pajjiżi terzi fuq l-importazzjoni ta’ prodotti organiċi

fl-Unjoni;

(35) ‘nonkonformità’ tfisser nonkonformità ma’ dan ir-Regolament;

(36) ‘organiżmu ġenetikament modifikat’ tfisser organiżmu ġenetikament modifikat kif

iddefinit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-

Kunsill34 li ma jinkisibx permezz ta’ tekniki ta’ modifikazzjonijiet ġenetiċi elenkati fl-

Anness I.B ta’ dik id-Direttiva, minn hawn ’il quddiem msemmija bħala ‘OĠM’;

(37) ‘magħmul minn OĠM’ tfisser idderivat kollu jew parti minnu minn OĠM iżda li ma

jinkludix jew ma jikkonsistix f’OĠM;

(38) ‘magħmul b’OĠM’ tfisser idderivat bl-użu ta’ OĠM bħala l-aħħar organiżmu ħaj fil-

proċess tal-produzzjoni, iżda li ma fihx jew li ma jikkonsistix minn OĠM u lanqas ma

huwa prodott minn OĠM;

(39) ‘addittiv tal-ikel’ tfisser addittiv kif iddefinit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament

(KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35;

(40) ‘addittiv tal-għalf’ tfisser addittiv tal-għalf kif iddefinit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2) tar-

Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36;

34 Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-

rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p.1).

35 Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

36 Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p.29).

Page 40: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 40 ANNESS DG B 1B MT

(41) ‘ekwivalenza’ tfisser l-ilħuq tal-istess objettivi u prinċipji bl-applikazzjoni ta’ regoli li

jiżguraw l-istess livell ta’ garanzija ta’ konformità;

(41a) ‘għajnuna għall-ipproċessar’ tfisser għajnuna għall-ipproċessar kif iddefinita fil-punt (b)

tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008;

(42) ‘enzima tal-ikel’ tfisser enzima tal-ikel kif iddefinita fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-

Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37;

(43) ‘radjazzjoni jonizzanti’ tfisser radjazzjoni jonizzanti kif iddefinita fl-Artikolu 1 tad-

Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom38.

(43a) ‘ikel ippakkjat minn qabel’ tfisser ikel ippakkjat minn qabel kif iddefinit fl-Artikolu 2(2)(e)

tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

37 Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’

Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7)

38 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p.1).

Page 41: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 41 ANNESS DG B 1B MT

Kapitolu II

Prinċipji tal-produzzjoni organika

Artikolu 4

Prinċipji ġenerali

Il-produzzjoni organika hija sistema ta’ ġestjoni sostenibbli li hija bbażata fuq il-prinċipji ġenerali li

ġejjin:

(a) ir-rispett għas-sistemi u ċ-ċikli tan-natura u s-sosteniment u t-titjib tal-kundizzjoni tal-

ħamrija, tal-ilma u tal-arja, tas-saħħa tal-pjanti u tal-annimali u tal-bilanċ bejniethom;

(b) kontribut għal livell għoli ta’ bijodiversità;

(c) l-użu responsabbli tal-enerġija u r-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija, il-materja

organika u l-arja;

(d) l-osservazzjoni ta’ standards għoljin tat-trattament xieraq tal-annimali u, b’mod partikolari,

l-issodisfar tal-ħtiġijiet speċifiċi għall-ispeċijiet tal-imġiba tal-annimali;

(e) it-tfassil u l-ġestjoni xierqa ta' proċessi bijoloġiċi bbażati fuq sistemi ekoloġiċi bl-użu ta'

riżorsi naturali li huma interni fis-sistema b'metodi li:

(i) jużaw organiżmi ħajjin u metodi mekkaniċi ta’ produzzjoni;

(ii) jipprattikaw il-kultivazzjoni tal-għelejjel u l-produzzjoni tal-bhejjem relatati mal-art

jew jipprattikaw l-akkwakultura li tikkonforma mal-prinċipju ta’ esplojtazzjoni

sostenibbli ta' riżorsi akwatiċi;

(iii) jeskludu l-użu ta’ OĠM u prodotti magħmula minn OĠM jew magħmula b'OĠM

bl-eċċezzjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji;

Page 42: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 42 ANNESS DG B 1B MT

(iv) huma bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju, u l-użu ta’ miżuri ta’ prekawzjoni u ta’

prevenzjoni, meta xieraq;

(f) ir-restrizzjoni tal-użu ta' inputs esterni. Meta jkunu meħtieġa inputs esterni jew meta l-

prattiki u l-metodi xierqa ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (e) ma jkunux jeżistu, dawn

għandhom jiġu limitati għal:

(i) inputs minn produzzjoni organika;

(ii) sustanzi naturali jew sustanzi dderivati b’mod naturali;

(iii) fertilizzanti minerali b’solubilità baxxa;

(g) l-adattament, fejn meħtieġ, u fi ħdan il-qafas ta’ dan ir-Regolament, tal-proċess ta’

produzzjoni b’kont meħud tal-istatus sanitarju, id-differenzi reġjonali fil-bilanċ ekoloġiku,

il-klima u l-kondizzjonijiet lokali, l-istadji ta’ żvilupp u l-prattiki speċifiċi tat-trobbija tal-

bhejjem;

(ga) esklużjoni ta' klonazzjoni ta’ annimali, trobbija ta' annimali polyploid maħluqa

artifiċjalment u radjazzjoni jonizzanti mill-katina alimentari organika sħiħa;

(gb) produzzjoni ta' varjetà kbira ta’ ikel u prodotti agrikoli oħrajn li jwieġbu għad-domanda

tal-konsumaturi għal oġġetti prodotti bl-użu ta’ proċessi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent,

lis-saħħa tal-bniedem, lis-saħħa tal-pjanti jew lis-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali;

(gc) tiġi żgurata l-integrità tal-produzzjoni organika fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-

ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel u l-għalf.

Page 43: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 43 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 5

Prinċipji speċifiċi applikabbli għall-attivitajiet agrikoli u l-akkwakultura

Fil-qafas tal-attivitajiet agrikoli u tal-akkwakultura, il-produzzjoni organika għandha tkun b’mod

partikolari bbażata fuq il-prinċipji speċifiċi li ġejjin:

(a) iż-żamma u t-titjib tal-ħajja tal-ħamrija u l-fertilità naturali tal-ħamrija, l-istabbiltà tal-

ħamrija u ż-żamma tal-ilma mill-ħamrija u l-bijodiversità tal-ħamrija, il-prevenzjoni u l-

ġlieda kontra t-telf ta’ materja organika fil-ħamrija, il-kompressjoni u l-erożjoni tal-

ħamrija, u l-kisba tan-nutriment tal-pjanti primarjament permezz tal-ekosistema tal-

ħamrija;

(b) il-limitazzjoni tal-użu ta’ riżorsi mhux rinnovabbli u l-inputs esterni f'livell minimu

possibbli;

(c) ir-riċiklaġġ tal-iskart u tal-prodotti sekondarji li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali bħala

input għall-produzzjoni tal-pjanti u tal-bhejjem;

(d) iż-żamma tas-saħħa tal-pjanti permezz ta’ miżuri ta' prevenzjoni, b’mod partikolari l-

għażla ta’ speċijiet, varjetajiet jew popolazzjonijiet reżistenti għall-pesti jew għall-mard,

newbat xierqa tal-għelejjel, metodi mekkaniċi u fiżiċi u l-protezzjoni tal-għedewwa

naturali tal-pesti;

(e) l-għażla ta’ razez b’kont meħud tal-kapaċità tal-annimali biex jadattaw għal kondizzjonijiet

lokali, il-vitalità tagħhom u r-reżistenza tagħhom għall-mard u l-problemi tas-saħħa; il-

prattika tal-produzzjoni tal-bhejjem adattati skont il-lokalità u relatati mal-art, l-

applikazzjoni tal-prattiki tat-trobbija tal-annimali li jtejbu s-sistema immunitarja u li jsaħħu

d-difiża naturali kontra l-mard, inkluż, b’mod partikolari, l-eżerċizzju regolari u l-aċċess

għal spazji fil-miftuħ u mergħat, fejn xieraq;

(f) l-osservanza ta' livell għoli ta' trattament xieraq tal-annimali filwaqt li jiġu rrispettati l-

ħtiġijiet speċifiċi tal-ispeċijiet;

(g) l-għalf tal-bhejjem magħmul minn għalf organiku kompost minn ingredjenti agrikoli minn

produzzjoni organika u minn sustanzi naturali mhux agrikoli;

Page 44: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 44 ANNESS DG B 1B MT

(i) is-saħħa kontinwa tal-ambjent akkwatiku u l-kwalità tal-ekosistemi akkwatiċi u terrestri

tal-madwar;

(j) l-għalf tal-organiżmi akkwatiċi b’għalf minn esplojtazzjoni sostenibbli tas-sajd skont ir-

Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew b’għalf organiku kompost minn ingredjenti agrikoli

minn produzzjoni organika, inkluża l-akkwakultura organika, u minn sustanzi naturali

mhux agrikoli.

Artikolu 6

Prinċipji speċifiċi applikabbli għall-ipproċessar tal-ikel u l-għalf organiċi

Il-produzzjoni tal-ikel u l-għalf organiċi pproċessati għandha b’mod partikolari tkun ibbażata fuq il-

prinċipji speċifiċi li ġejjin:

(a) il-produzzjoni tal-ikel organiku minn ingredjenti agrikoli organiċi;

(b) il-produzzjoni tal-għalf organiku minn materjali ta’ għalf organiku;

(c) il-limitazzjoni tal-użu ta’ addittivi tal-ikel, ta' ingredjenti mhux organiċi b’funzjonijiet

partikolarment teknoloġiċi u sensorji u ta’ mikronutrijenti u għajnuniet għall-ipproċessar,

sabiex dawn jintużaw għal limitu minimu u f’każijiet biss ta’ bżonn teknoloġiku essenzjali

jew għal finijiet nutrittivi partikolari;

(d) il-limitazzjoni tal-użu ta’ addittivi tal-għalf u għajnuniet għall-ipproċessar sa limitu

minimu u f’każijiet ta’ ħtiġijiet teknoloġiċi jew żootekniċi essenzjali jew għal finijiet

nutrittivi partikolari biss;

(e) l-esklużjoni ta' sustanzi u metodi ta' pproċessar li jistgħu jqarrqu fir-rigward tan-natura

vera tal-prodott;

(f) l-ipproċessar għaqli tal-ikel jew tal-għalf, preferibbilment bl-użu ta’ metodi bijoloġiċi,

mekkaniċi u fiżiċi.

Page 45: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 45 ANNESS DG B 1B MT

Kapitolu III

Regoli dwar il-produzzjoni

Artikolu 7

Regoli ġenerali dwar il-produzzjoni

1. L-operaturi għandhom jikkonformaw mar-regoli ġenerali dwar il-produzzjoni li ġejjin:

(a) l-azjenda agrikola kollha jew tal-akkwakultura għandha tiġi ġestita f'konformità

mar-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni organika.

(b) għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 19 u fil-punt 2.2 tal-Parti IV u l-punt 1.3 tal-

Parti VI tal-Anness II, huma biss prodotti u sustanzi awtorizzati skont dawn id-

dispożizzjonijiet li jistgħu jintużaw fl-agrikoltura u fl-akkwakultura organiċi,

sakemm il-prodott jew is-sustanza inkwistjoni jkunu ġew awtorizzati għall-użu fl-

agrikoltura u l-akkwakultura skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni

u, fejn hemm bżonn, fl-Istati Membri kkonċernati, skont id-dispożizzjonijiet

nazzjonali bbażati fuq id-dritt tal-Unjoni; l-użu tal-prodotti u s-sustanzi użati għal

finijiet oħrajn li mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 19 u l-punt 2.2 tal-Parti IV u

l-punt 1.3 tal-Parti VI tal-Anness II huma permessi dment li l-użu tagħhom jimxi

mal-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu II.

(c) l-użu tar-radjazzjoni jonizzanti għat-trattament tal-ikel jew tal-għalf organiku, jew

ta’ materja prima użata fl-ikel jew fl-għalf organiku għandu jiġi pprojbit;

(ca) l-użu ta' klonazzjoni tal-annimali u t-trobbija ta' annimali polyploid maħluqa

artifiċjalment huma pprojbiti;

(cb) il-miżuri ta' prevenzjoni għandhom jittieħdu kif adatt fl-istadji kollha ta'

produzzjoni, preparazzjoni u distribuzzjoni

Page 46: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 46 ANNESS DG B 1B MT

1a. B'deroga mill-paragrafu 1 (a), azjenda tista' tinqasam f'unitajiet separati b'mod ċar u

effettiv jew f'siti ta' produzzjoni tal-akkwakultura li mhumiex kollha ġestiti skont il-

produzzjoni organika, dment li:

(i) fir-rigward tal-bhejjem, għandhom jiġu involuti speċijiet differenti;

(ii) fir-rigward tal-pjanti, għandhom jiġu involuti varjetajiet differenti li jkunu jistgħu

jiġu differenzjati faċilment.

Fir-rigward tal-akkwakultura, jistgħu jiġu involuti l-istess speċijiet, dment li jkun hemm

separazzjoni ċara u effettiva bejn is-siti ta’ produzzjoni.

Fil-każ ta' riċerka u ċentri edukattivi, għadajjar tat-trobbija, multiplikaturi taż-żerriegħa,

imfaqas fil-qafas tal-produzzjoni tal-akkwakultura u tal-alga u tal-operazzjonijiet tat-

tgħammir, ir-rekwiżiti dwar l-ispeċijiet u l-varjetajiet differenti msemmijin fil-punti (i) u

(ii) m’għandhomx japplikaw.

1b. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1a, l-operatur għandu jżomm il-produzzjoni organika u l-

prodotti użati għal din il-produzzjoni organika separati mill-produzzjoni mhux organika u

l-prodotti użati għall-produzzjoni mhux organika. L-operatur għandu jżomm rekords

adegwati biex juri s-separazzjoni effettiva.

2. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni għandha tistabbilixxi aktar regoli

speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1a u 1b.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Page 47: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 47 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 8

Konverżjoni

1. Il-bdiewa u l-operaturi li jipproduċu l-alga jew l-annimali tal-akkwakultura għandhom

josservaw perijodu ta’ konverżjoni. Matul il-perijodu kollu ta' konverżjoni huma

għandhom japplikaw ir-regoli dwar il-produzzjoni organika stabbilita f’dan ir-Regolament

u, b’mod partikolari, ir-regoli rilevanti dwar il-konverżjoni stabbiliti fl-Anness II.

2. Il-perijodu ta' konverżjoni ma jistax jibda qabel ma l-bidwi jew l-operatur li jipproduċi l-

alga jew l-annimali tal-akkwakultura jkun innotifika lill-awtoritajiet kompetenti kif

imsemmi fl-Artikolu 24(1) u l-azjenda agrikola tiegħu tkun sottomessa għas-sistema ta'

ċertifikazzjoni u kontroll organiċi.

3. L-ebda perijodu retroattiv preċedenti ma jista' jkun parti minn perijodu ta' konverżjoni,

ħlief fejn:

(a) il-biċċiet ta' artijiet agrikoli kienu soġġetti għal miżuri definiti fi programm

implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 dment li dawn il-miżuri

jiżguraw li prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati għal produzzjoni organika ma

kinux intużaw f'dawk il-biċċiet ta' artijiet agrikoli; jew

(b) tingħata prova mill-operatur li l-biċċiet ta' artijiet agrikoli kienu zoni naturali jew

agrikoli li ma kinux ittrattati bi prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati għal

produzzjoni organika għal perijodu ta' mill-inqas tliet snin.

3a. L-operatur għandu jżomm il-prodotti organiċi separati mill-prodotti fil-fażi ta' konverżjoni

u għandu jżomm rekords biżżejjed li juru s-separazzjoni effettiva.

Page 48: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 48 ANNESS DG B 1B MT

4. Il-prodotti magħmula matul il-perijodu ta' konverżjoni ma għandhomx jiġu

kkummerċjalizzati bħala prodotti organiċi.

Prodotti li joriġinaw mill-pjanti magħmulin matul il-perijodu ta' konverżjoni u f'konformità

mal-paragrafu 1 jistgħu jiġu kkumerċjalizzati bħala prodotti fil-fażi ta' konverżjoni dment

li jkun hemm konformità mal-perijodu ta' konverżjoni ta' mill-inqas tnax-il xahar qabel ma

jkun sar il-ħsad u l-prodott ikun fih ingredjent wieħed biss tar-raba' ta' oriġini agrikola.

Il-Kummissjoni, fejn adatt, għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli

speċifiċi rigward id-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti fid-dawl tar-rikonoxximent tal-

perijodu retroattiv preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 8.3 (a) u (b).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 9

Projbizzjoni tal-użu tal-OĠM

1. L-OĠM u l-prodotti magħmula mill-OĠM ma għandhomx jintużaw fl-ikel jew fl-għalf jew

bħala ikel, għalf jew għajnuniet għall-ipproċessar, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti,

fertilizzanti, tejjieba tal-ħamrija, materjal riproduttiv tal-pjanti, mikroorganiżmi u annimali

fil-produzzjoni organika.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-OĠM jew prodotti magħmula mill-OĠM

għall-ikel u l-għalf, l-operaturi jistgħu jiddependu fuq it-tikketti ta’ prodott jew kwalunkwe

dokument ieħor ta’ akkumpanjament, mehmuż jew ipprovdut skont id-Direttiva

2001/18/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39

jew ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40.

39 Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’

Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p.1). 40 Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’

Settembru 2003 dwar it-traċċabbiltà u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabbiltà ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p.24).

Page 49: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 49 ANNESS DG B 1B MT

3. L-operaturi jistgħu jassumu li ebda OĠM jew prodotti magħmula mill-OĠM ma ntużaw

fil-manifattura tal-ikel u tal-għalf mixtrija meta tali prodotti ma tkunx saritilhom tikketta,

jew ikunu akkumpanjati minn dokument, skont ir-Regolamenti msemmija fil-paragrafu 2,

sakemm ma jkunux kisbu informazzjoni oħra li tindika li t-tikkettar tal-prodotti

kkonċernati mhuwiex konformi ma’ dawk ir-Regolamenti.

3a. Għall-fini tal-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 rigward prodotti li mhumiex ikel jew

għalf, jew fir-rigward ta' prodotti magħmulin minn OĠM, l-operaturi li jużaw tali prodotti

mhux organiċi mixtrija minn partijiet terzi għandhom jitolbu lill-bejjiegħ jikkonferma li l-

prodotti fornuti ma sarux minn jew permezz ta’ OĠM.

Artikolu 10

Regoli dwar il-produzzjoni tal-pjanti

1. L-operaturi li jipproduċu l-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti għandhom b’mod partikolari

jikkonformaw mar-regoli ta' produzzjoni stabbiliti fil-Parti I tal-Anness II u mar-regoli

speċifiċi stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 4 (a) u (c).

2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li tiġi stabbilita bażi ta’ data kompjuterizzata għall-

elenkar tal-varjetajiet u l-popolazzjonijiet, li għalihom huma disponibbli fit-territorju

tiegħu materjal riproduttiv tal-pjanti, minbarra n-nebbieta, miksub mill-metodu ta’

produzzjoni organika.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu:

(a) ir-rekwiżiti għal pjanti speċifiċi, prodotti mill-pjanti jew sistemi ta' produzzjoni tal-

pjanti;

(b) id-dettalji tekniċi għall-istabbiliment tal-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 2;

Page 50: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 50 ANNESS DG B 1B MT

(c) il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-punt 1.4.2 tal-Parti. I tal-Anness II,

inkluża l-lista ta' varjetajiet jew speċi li għalihom ma jistax jiġi applikat il-punt

1.4.2.1.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 11

Regoli dwar il-produzzjoni tal-bhejjem

1. L-operaturi tal-bhejjem b'mod partikolari għandhom ikunu konformi mar-regoli dwar il-

produzzjoni li jinsabu fil-Parti II tal-Anness II u mar-regoli speċifiċi stabbiliti f'konformità

mal-paragrafi 2a, 2b u 2c.

2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli speċifiċi

dwar rekwiżiti ta' nutrizzjoni, kondizzjonijiet ta' akkomodazzjoni, densità ta' ħażna,

prevenzjoni mill-mard, trattamenti veterinarji, trattament xieraq tal-annimali u prattiki tat-

trobbija għall-ispeċijiet ta' bhejjem speċifiċi li ġejjin:

(a) annimali bovini, ovini u kaprini;

(b) annimali ekwini;

(c) annimali porċini;

(d) tjur;

(e) naħal;

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Page 51: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 51 ANNESS DG B 1B MT

2b. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar

rekwiżiti ta' nutrizzjoni, kondizzjonijiet ta' akkomodazzjoni, densità ta' ħażna, prevenzjoni

mill-mard, trattamenti veterinarji, trattament xieraq tal-annimali, prattiki tat-trobbija u

perijodi ta' konverżjoni għal speċijiet ta' bhejjem għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2a.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

2c. Il-Kummissjoni, fejn adatt għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli

speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-punt 1.3.5. tal-Parti II tal-Anness II.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 12

Ir-regoli tal-produzzjoni għall-alga u l-annimali tal-akkwakultura

1. L-operaturi li jipproduċu l-alga u l-annimali tal-akkwakultura għandhom b’mod partikolari

jikkonformaw mar-regoli dwar il-produzzjoni stabbiliti fil-Parti III tal-Anness II u mar-

regoli speċifiċi stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 3a.

3. Sabiex jiġu żgurati l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament fir-

rigward tal-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u l-adattament għall-

iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-

Artikolu 36 biex tissupplimenta r-regoli dwar il-produzzjoni għall-annimali tal-

akkwakultura fir-rigward tal-prevenzjoni tal-mard u l-kura veterinarja kif imsemmi fil-

punti 4.1.4.1 u 4.1.4.2 tal-Parti III tal-Anness II.

3a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar:

(a) il-kultivazzjoni tal-alga u l-ħsad sostenibbli tal-alga selvaġġa;

Page 52: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 52 ANNESS DG B 1B MT

(b) l-oriġini taż-żerriegħa, ir-rekwiżiti tan-nutrizzjoni, il-kondizzjonijiet tal-

akkomodazzjoni, id-densità ta' ħażna, il-prevenzjoni mill-mard, it-trattamenti

veterinarji, it-trattament xieraq tal-annimali u l-prattiki tat-trobbija għal speċijiet

differenti tal-annimali tal-akkwakultura.

(c)il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-punt 4.1.2.1 (db) tal-Parti III tal-Anness II.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 13

Regoli dwar il-produzzjoni għall-ikel u l-għalf ipproċessati

1. L-operaturi li jipproduċu l-ikel u l-għalf ipproċessati għandhom b’mod partikolari

jikkonformaw mar-regoli dwar il-produzzjoni stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness II.

2. Sabiex jiġu żgurati l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament fir-

rigward tal-produzzjoni ta' ikel ipproċessat u l-adattament għall-iżviluppi tekniċi, il-

Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu

36 li jemendaw jew jissupplimentaw ir-regoli dwar il-produzzjoni għall-ikel ipproċessat

fir-rigward tat-tip, l-għamla u l-kondizzjonijiet tal-użu ta' prodotti u sustanzi permessi

għall-użu f'ikel ipproċessat kif jinsab fil-punti 2.2.2 tal-Parti IV tal-Anness II.

2a. Sabiex jiġu żgurati l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament fir-

rigward tal-produzzjoni organika tal-għalf ipproċessat u l-adattament għall-iżviluppi

tekniċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-

Artikolu 36 biex tissupplimenta r-regoli dwar il-produzzjoni għall-għalf ipproċessat fir-

rigward ta’ prodotti għajr dawk imsemmija fil-punti 3.2a u 3.2b tal-Parti IV tal-Anness II.

Page 53: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 53 ANNESS DG B 1B MT

2b. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar

il-metodi ta' produzzjoni u t-tekniki awtorizzati fl-ipproċessar ta' ikel jew prodotti tal-għalf

speċifiċi.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 14

Regoli dwar il-produzzjoni tal-inbid

1. L-operaturi li jipproduċu prodotti fis-settur tal-inbid għandhom b’mod partikolari

jikkonformaw mar-regoli dwar il-produzzjoni stabbiliti fil-Parti V tal-Anness II.

2. Fost il-prassi, il-proċessi u t-trattamenti enoloġiċi previsti fir-Regolament (UE) Nru

1308/2013 u 606/2009, il-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni għandha

tidentifika:

- il-prassi, il-proċessi u t-trattamenti enoloġiċi pprojbiti fil-produzzjoni tal-prodotti

tas-settur tal-inbid;

- il-prassi, il-proċessi u t-trattamenti enoloġiċi permessi fil-produzzjoni ta' prodotti

tas-settur tal-inbid, u l-kondizzjonijiet u r-restrizzjonijiet għall-użu tagħhom.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Page 54: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 54 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 15

Regoli dwar il-produzzjoni tal-ħmira użata bħala ikel jew għalf

1. L-operaturi li jipproduċu l-ħmira maħsuba biex tintuża bħala ikel jew għalf għandhom

b’mod partikolari jikkonformaw mar-regoli dwar il-produzzjoni stabbiliti fil-Parti VI tal-

Anness II.

2. Sabiex jiġu żgurati l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament fir-

rigward tal-produzzjoni organika tal-ħmira u l-adattament għall-iżviluppi tekniċi, il-

Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati f'konformità mal-

Artikolu 36 biex tissupplimenta r-regoli dwar il-produzzjoni għall-ħmira fir-rigward tal-

ipproċessar u s-sottostrati użati taħt il-punt 1.3 tal-Parti VI tal-Anness II.

Artikolu 16

In-nuqqas ta' regoli speċifiċi dwar il-produzzjoni

1. Fin-nuqqas ta' regoli speċifiċi dwar il-produzzjoni għall-pjanti, il-bhejjem, l-alga u l-

annimali tal-akkwakultura, l-operaturi għandhom ikunu konformi mal-prinċipji stabbiliti

fl-Artikoli 4 sa 6, mar-regoli ġenerali dwar il-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 9 u

mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Partijiet I sa III tal-Anness II.

Sakemm jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10.4(a), l-Artikolu

11.2b u l-Artikolu 12.3a, l-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali dment li dawn

ir-regoli jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u b'mod partikolari mal-Artikolu 32. B'mod

partikolari, l-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-

kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti organiċi magħmulin barra mit-territorju tal-Istat Membru

kkonċernat.

Page 55: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 55 ANNESS DG B 1B MT

2. Fin-nuqqas ta' regoli dwar il-produzzjoni għall-prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE

jew fl-Anness I għal dan ir-Regolament li ma jaqgħux fil-kategoriji msemmija fl-Artikoli

10 sa 15, l-operaturi għandhom ikunu konformi mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5, u

mutatis mutandis mal-prinċipji fl-Artikolu 6 u mar-regoli ġenerali dwar il-produzzjoni

stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 9.

B'kont meħud tal-ħtieġa fil-futur li jkun hemm regoli speċifiċi dwar il-produzzjoni sabiex

ikun hemm kompetizzjoni ġusta, funzjonament tajjeb tas-suq intern u fiduċja tal-

konsumaturi fil-produzzjoni organika, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta

atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, li jistabbilixxu regoli dwar il-produzzjoni għall-

prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE jew fl-Anness I għal dan ir-Regolament li ma

jaqgħux fil-kategoriji msemmija fl-Artikoli 10 sa 15. Dawk l-atti delegati għandhom ikunu

bbażati fuq il-prinċipji tal-produzzjoni organika stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 6 u għandhom

iqisu r-regoli ġenerali dwar il-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 9 u r-regoli speċifiċi

eżistenti stabbiliti għal prodotti simili. Huma għandhom jistabbilixxu rekwiżiti ġenerali u

speċifiċi, b'mod partikolari dwar trattamenti, prassi, inputs jew konverżjoni permessi jew

ipprojbiti.

Sakemm jiġu adottati dawk l-atti delegati, l-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli

nazzjonali għall-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu, dment li dawn ir-regoli jkunu

konformi ma' dan ir-Regolament u b'mod partikolari mal-Artikolu 32. B'mod partikolari, l-

Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-kummerċjalizzazzjoni ta'

prodotti organiċi magħmulin barra t-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Page 56: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 56 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 17

Adozzjoni ta’ regoli eċċezzjonali dwar il-produzzjoni

1. Biex il-produzzjoni organika tkun tista’ tkompli jew terġa’ tibda fil-każ ta’ ċirkustanzi

katastrofiċi li jirriżultaw minn ‘avvenimenti klimatiċi negattivi’, mard tal-annimali,

‘inċident ambjentali’, ‘diżastru naturali’ jew ‘avveniment katastrofiku’ kif iddefiniti

rispettivament fil-punti (h), (i), (j), (k) u (l) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru

1305/2013 u soġġett għall-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu II, il-Kummissjoni għandha

tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar kif għandhom jiġu

ttrattati tali sitwazzjonijiet, u dwar rekwiżiti ta' monitoraġġ u rapportar. Dawk l-atti ta'

implimentazzjoni għandhom jipprovdu eċċezzjonijiet għar-regoli ta' produzzjoni stabbiliti

f'dan ir-Regolament, għal perijodu limitat ta' żmien.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

2. F'każijiet fejn l-Istat Membru jkun irrikonoxxa formalment avveniment bħala diżastru

naturali kif iddefinit fil-punt (k) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u

minħabba dan l-avveniment ma jkunx possibbli li jiġu rrispettati r-regoli ta' produzzjoni

stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri, soġġett għall-prinċipji

stabbiliti fil-Kapitolu II, li jagħmlu eċċezzjonijiet għal dawn ir-regoli ta' produzzjoni għal

perijodu limitat ta' żmien u sakemm il-produzzjoni organika tkun tista' tiġi stabbilita mill-

ġdid.

Artikolu 18

Ġbir, ippakkjar, trasportazzjoni u ħżin

1. Il-prodotti organiċi għandhom jiġu miġbura, ippakkjati, ittrasportati u maħżuna

f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness III.

Page 57: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 57 ANNESS DG B 1B MT

2. Sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-produzzjoni organika u l-adattament għall-iżviluppi

tekniċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati f'konformità

mal-Artikolu 36 biex temenda u tissupplimenta r-regoli stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4 tal-

Anness III.

Artikolu 19

Awtorizzazzjoni ta’ prodotti u sustanzi użati fil-produzzjoni organika

1. Il-Kummissjoni għandha tawtorizza ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni

organika u tinkludihom fil-listi tal-prodotti u s-sustanzi ristretti, għall-finijiet li ġejjin:

(a) bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

(b) bħala fertilizzanti, tejjieba tal-ħamrija u nutrijenti;

(c) bħala materjali tal-għalf, inkluż materjal tal-għalf mhux organiku li joriġina mill-

pjanti jew mill-annimali, jew materjal tal-għalf li joriġina mill-minerali;

(d) bħala addittivi tal-għalf u aġenti tal-ipproċessar;

(e) bħala prodotti għat-tindif u d-diżinfettar ta' għadajjar, gaġeġ, tankijiet, trejqiet tal-

ġiri, bini u installazzjonijiet li jintużaw għall-produzzjoni tal-annimali;

(f) bħala prodotti għat-tindif u d-diżinfettar ta’ bini u installazzjonijiet użati għall-

produzzjoni tal-pjanti, inkluż il-ħżin f’azjenda agrikola.

1a. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-

produzzjoni ta’ ikel organiku ipproċessat u tal-ħmira użata bħala ikel jew għalf u

tinkludihom f’listi ristretti, għall-finijiet li ġejjin:

(a) bħala addittivi tal-ikel, enzimi tal-ikel u għajnuniet għall-ipproċessar;

Page 58: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 58 ANNESS DG B 1B MT

(aa) bħala ingredjenti agrikoli mhux organiċi li għandhom jintużaw għall-produzzjoni

ta’ ikel organiku pproċessat;

(b) bħala aġenti tal-ipproċessar għall-produzzjoni tal-ħmira u tal-prodotti tal-ħmira.

2. L-awtorizzazzjoni tal-prodotti u s-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 għall-użu fil-

produzzjoni organika għandha tkun soġġetta għall-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu II u

għall-kriterji li ġejjin li għandhom jiġu evalwati bħala totalità:

(a) l-użu tagħhom huwa meħtieġ għall-produzzjoni sostnuta u essenzjali għall-użu

maħsub tagħha;

(b) il-prodotti u s-sustanzi kollha jkunu joriġinaw mill-pjanti, mill-annimali, ta' oriġini

mikrobika jew minerali, ħlief meta prodotti jew sustanzi minn tali sorsi mhumiex

disponibbli fi kwantitajiet jew kwalitajiet suffiċjenti jew jekk ma jkunx hemm

alternattivi disponibbli;

(c) fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li

ġej:

(i) l-użu tagħhom huwa essenzjali għall-kontroll ta’ pest li għalih ma jkunx

hemm disponibbli alternattivi bijoloġiċi, fiżiċi jew ta’ tgħammir jew prattiki

ta’ kultivazzjoni jew prattiki effettivi oħra ta’ ġestjoni;

(ii) jekk il-prodotti ma joriġinawx mill-pjanti, mill-annimali, mill-mikrobi jew

mill-minerali u mhumiex identiċi għall-forma naturali tagħhom, huma jistgħu

jiġu awtorizzati biss jekk il-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom jipprekludu

kull kuntatt dirett mal-partijiet tar-raba' li jistgħu jittieklu;

(d) fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-użu tagħhom huwa

essenzjali għall-kisba jew iż-żamma tal-fertilità tal-ħamrija jew sabiex jiġu

ssodisfati r-rekwiżiti ta’ nutrizzjoni speċifiċi tar-raba', jew għal skopijiet speċifiċi

tal-ikkundizzjonar tal-ħamrija;

Page 59: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 59 ANNESS DG B 1B MT

(e) fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, għandu japplika dan

li ġej:

(i) l-użu tagħhom huwa meħtieġ sabiex jinżammu s-saħħa tal-annimali, it-

trattament xieraq u l-vitalità tal-annimali u biex jikkontribwixxu għal dieta

xierqa li tissodisfa l-bżonnijiet fiżjoloġiċi u ta' mġiba tal-ispeċijiet

ikkonċernati, jew l-użu tagħhom huwa meħtieġ għall-produzzjoni jew il-

preservazzjoni tal-għalf minħabba li l-produzzjoni jew il-preservazzjoni tal-

għalf mhix possibbli mingħajr l-użu ta' dawn is-sustanzi;

(ii) l-għalf ta’ oriġini minerali, il-mikroelementi, il-vitamini jew il-provitamini

għandhom ikunu ta’ oriġini naturali, ħlief meta ma jkunx hemm disponibbli

prodotti jew sustanzi minn tali sorsi fi kwantitajiet suffiċjenti u ta' kwalità

tajba biżżejjed, jew jekk ma jeżistux alternattivi disponibbli;

(iia) l-użu tal-materjal tal-għalf mhux organiku li joriġina mill-pjanti jew mill-

annimali jista' jkun awtorizzat biss meta ma jkunx hemm biżżejjed kwantità

tal-materjal tal-għalf li joriġina mill-pjanti jew mill-annimali disponibbli

magħmul f'konformità mar-regoli dwar il-produzzjoni organika.

2a. L-awtorizzazzjoni tal-prodotti u tas-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1a għall-użu fil-

produzzjoni ta’ ikel organiku pproċessat u ta' ħmira użata bħala ikel jew għalf għandha

tkun soġġetta għall-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu II u għall-kriterji li ġejjin li għandhom

jiġu evalwati bħala totalità:

(a) mhumiex disponibbli alternattivi awtorizzati f'konformità ma' dan l-Artikolu;

(b) ikun impossibbli li jsir jew jiġi ppreservat l-ikel jew li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti

tad-dieta previsti abbażi tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, mingħajr ma jkun hemm bżonn

ta’ dawk il-prodotti u s-sustanzi;

(c) jistgħu jinstabu fin-natura u setgħu jkunu għaddew minn proċessi mekkaniċi, fiżiċi,

bijoloġiċi, enzimatiċi jew mikrobiċi biss, ħlief meta ma jkunx hemm biżżejjed

kwantitajiet disponibbli ta' prodotti u sustanzi minn tali sorsi jew li ma jkunux ta'

kwalità tajba biżżejjed;

Page 60: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 60 ANNESS DG B 1B MT

(ca) ma jkunx hemm biżżejjed kwantità tal-ingredjent organiku.

2b L-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ prodotti jew sustanzi sintetizzati bil-kimika msemmija fil-

paragrafi 1 u 1a għandha tkun limitata strettament għal każijiet fejn l-użu ta’ inputs esterni

msemmija fl-Artikolu 4(f) jikkontribwixxi għal impatti ambjentali mhux aċċettabbli.

3. Sabiex jiġu żgurati l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament fir-

rigward tal-produzzjoni organika b’mod ġenerali u l-produzzjoni ta’ ikel organiku

pproċessat b’mod partikolari, u l-adattament għall-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni

għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati f'konformità mal-Artikolu 36 li

jipprevedi kriterji addizzjonali għal dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 2a għall-

awtorizzazzjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ prodotti u sustanzi msemmija fil-

paragrafi 1 u 1a għall-użu fil-produzzjoni organika b’mod ġenerali u fil-produzzjoni tal-

ikel organiku pproċessat b’mod partikolari.

4. Meta Stat Membru jqis li prodott jew sustanza għandhom jiżdiedu, jew jiġu rtirati mil-listi

ta’ prodotti u sustanzi awtorizzati msemmija fil-paragrafi 1 u 1a, jew li l-

ispeċifikazzjonijiet tal-użu msemmija fir-regoli dwar il-produzzjoni għandhom jiġu

emendati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jintbagħat uffiċjalment lill-

Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, dossier li jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni,

l-irtirar jew l-emendar.

It-talbiet għall-emendar jew għall-irtirar għandhom jiġu ppublikati mill-Kummissjoni.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jawtorizzaw jew li jirtiraw l-

awtorizzazzjoni ta’ prodotti u sustanzi msemmija fil-paragrafi 1 u 1a li jistgħu jintużaw fil-

produzzjoni organika b’mod ġenerali u fil-produzzjoni ta’ ikel organiku pproċessat b’mod

partikolari, u li jistabbilixxu l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-awtorizzazzjoni u

l-listi ta’ dawk il-prodotti u s-sustanzi u, fejn rilevanti, id-deskrizzjoni tagħhom, ir-

rekwiżiti kompożizzjonali u l-kondizzjonijiet għall-użu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni

għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

Page 61: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 61 ANNESS DG B 1B MT

Kapitolu IV

It-tikkettar

Artikolu 21

L-użu ta' termini li jirreferu għall-produzzjoni organika

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, prodott għandu jitqies li jinkludi t-termini li jirreferu għall-produzzjoni organika fejn, fuq it-tikketta, fil-materjal tar-reklamar jew f'dokumenti kummerċjali, tali prodott, l-ingredjenti tiegħu jew il-materjali tal-għalf jiġu deskritti f’termini li jissuġġerixxu lix-xerrej li l-prodott, l-ingredjenti tiegħu jew il-materjali tal-għalf ikunu nkisbu f'konformità ma' dan ir-Regolament. B’mod partikolari, it-termini elenkati fl-Anness IV, id-derivattivi tagħhom jew id-diminuttivi, bħal ‘bio’, u ‘eko’, waħidhom jew ikkombinati, jistgħu jintużaw fl-Unjoni kollha u bi kwalunkwe lingwa elenkata f’dak l-Anness għat-tikkettar u r-reklamar ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

2. Għall-prodotti msemmijin fl-Artikolu 2(1), it-termini msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jintużaw imkien fl-Unjoni, fl-ebda lingwa elenkata fl-Anness IV għat-tikkettar, ir-reklamar u d-dokumenti kummerċjali ta’ prodott li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

Barra minn hekk, kwalunkwe terminu, inklużi termini f’marki kummerċjali, jew ismijiet ta' kumpanniji, jew prattiki użati fit-tikkettar jew fir-reklamar, li jista’ jfixkel lill-konsumatur jew lill-utent billi jissuġġerixxi li prodott jew l-ingredjenti tiegħu jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, ma għandux jintuża.

2a. Prodotti li joriġinaw mill-pjanti, magħmulin matul il-perijodu ta' konverżjoni f'konformità mas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 8(4) jistgħu jiġu ttikkettati bħala prodotti fi proċess ta' konverżjoni.

2b. It-termini msemmija fil-paragrafu 1 u 2a m'għandhomx jintużaw għal prodott li għandu jkun hemm indikat fit-tikkettar jew reklamar li fih OĠM, jikkonsisti minn OĠM jew huwa magħmul minn OĠM skont id-dritt tal-Unjoni.

Page 62: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 62 ANNESS DG B 1B MT

3. Fir-rigward ta' ikel ipproċessat, it-termini msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw:

(a) fid-deskrizzjoni ta' bejgħ u fil-lista ta' ingredjenti dment li:

(i) l-ikel ipproċessat ikun konformi mar-regoli ta' produzzjoni li jinsabu fil-Parti

IV tal-Anness II u mar-regoli speċifiċi stabbiliti f'konformità mal-Artikolu

13(2b);

(ii) tal-anqas 95% f’piż tal-ingredjenti agrikoli tiegħu jkunu organiċi.

(b) biss fil-lista ta' ingredjenti, dment li:

(i) anqas minn 95% fil-piż tal-ingredjenti agrikoli huma organiċi u dment li

dawk l-ingredjenti jikkonformaw mar-regoli tal-produzzjoni li jinsabu f’dan

ir-Regolament;

(ii) l-ikel ipproċessat ikun konformi mar-regoli ta' produzzjoni li jinsabu fil-punti

1.5, 2.1(a), 2.2.1, u 2.1(c) tal-Parti IV tal-Anness II u mar-regoli speċifiċi

stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 13(2b);

(ba) fid-deskrizzjoni ta' bejgħ u fil-lista ta' ingredjenti dment li:

(i) l-ingredjent prinċipali jkun prodott mill-kaċċa jew mis-sajd;

(ii) it-terminu msemmi fil-paragrafu 1 hu relatat b'mod ċar mad-deskrizzjoni ta'

bejgħ għal ingredjent ieħor li jkun organiku u differenti mill-ingredjent

prinċipali;

(iii) l-ingredjenti agrikoli kollha l-oħra jkunu organiċi;

(iv) l-ikel ikun konformi mal-punti 1.5, 2.1(a), 2.1(b), u 2.1(c) tal-Parti IV tal-

Anness II.

Il-lista tal-ingredjenti msemmija fil-punti (a), (b) u (ba) tal-ewwel subparagrafu għandha

tindika liema ingredjenti huma organiċi. Ir-referenzi għall-produzzjoni organika jistgħu

jidhru biss b’rabta mal-ingredjenti organiċi.

Page 63: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 63 ANNESS DG B 1B MT

Il-lista ta’ ingredjenti msemmija fil-punti (b) u (ba) tal-ewwel subparagrafu għandha

tinkludi indikazzjoni tal-perċentwal totali ta’ ingredjenti organiċi bħala proporzjon tal-

kwantità totali ta’ ingredjenti agrikoli.

It-termini msemmija fil-paragrafu 1 użati fil-lista ta' ingredjenti msemmija fil-punti (a), (b),

u (ba) tal-ewwel subparagrafu kif ukoll l-indikazzjoni tal-perċentwali msemmija fil-punti

(b) u (ba) tal-ewwel subparagrafu għandhom jidhru bl-istess kulur, daqs u stil ta' kitba

identiċi bħall-indikazzjonijiet l-oħra fil-lista ta' ingredjenti.

3a. Fir-rigward ta' għalf ipproċessat, it-termini msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw fid-

deskrizzjoni ta' bejgħ u fil-lista ta' ingredjenti dment li:

(a) l-għalf ipproċessat ikun konformi mar-regoli ta' produzzjoni li jinsabu fil-Partijiet

II, III u IV tal-Anness II u mar-regoli speċifiċi stabbiliti f'konformità mal-Artikolu

13(2b);

(b) l-ingredjenti kollha ta' oriġini agrikola li jinsabu fl-għalf ipproċessat ikunu organiċi;

(c) tal-anqas 95% tal-materjal niexef tal-prodott ikun organiku.

4. Biex kollox ikun ċar għall-konsumaturi u biex ikun żgurat li dawn jingħataw informazzjoni

adatta, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati f'konformità mal-

Artikolu 36 dwar l-adattament tal-lista tat-termini li jinsabu fl-Anness IV b’kont meħud

tal-iżviluppi lingwistiċi fl-Istati Membri.

4a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiġu stabbiliti regoli

speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 2a. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom

jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

Page 64: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 64 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 22

Indikazzjonijiet obbligatorji

1. Fejn prodotti jkollhom termini kif imsemmija fl-Artikolu 21(1) jew huma ttikkettati bħala

fi proċess ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 21(2a):

(a) in-numru tal-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li għalihom hu

suġġett l-operatur li wettaq l-aħħar produzzjoni jew preparazzjoni, għandu jidher

ukoll fuq it-tikketta;

(b) il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 23 fir-

rigward tal-ikel ippreparat minn qabel kif iddefinit fil-punt (e) tal-Artikolu 2(2) tar-

Regolament (UE) Nru 1169/2011 għandu jidher ukoll fuq il-pakkett ħlief fil-każijiet

imsemmija fl-Artikolu 21(2a), (3)(b) u (ba).

2. Fejn jintuża l-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea, fl-istess qasam viżwali

tiegħu għandha tidher ukoll indikazzjoni tal-post fejn tkabbret il-materja prima agrikola li

minnha huwa kompost il-prodott , u għandu jkollha waħda mill-forom li ġejjin, kif adatt:

(a) ‘Agrikoltura tal-UE’, meta l-materja prima agrikola tkun tkabbret fl-Unjoni;

(b) ‘Agrikoltura mhux tal-UE’, meta l-materja prima agrikola tkun tkabbret f’pajjiżi

terzi;

(c) ‘Agrikoltura tal-UE/mhux tal-UE’, meta parti mill-materja prima agrikola tkun ġiet

imkabbra fl-Unjoni u parti oħra tkun tkabbret f’pajjiż terz.

Il-kelma ‘Agrikoltura’ tista’ tiġi sostitwita bil-kelma ‘Akkwakultura’ fejn adatt.

Page 65: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 65 ANNESS DG B 1B MT

L-indikazzjoni ‘UE’ jew ‘mhux tal-UE’ tista’ tiġi sostitwita jew issupplimentata bl-isem

ta’ pajjiż jekk il-materja prima agrikola kollha li minnha huwa kompost il-prodott tkun

tkabbret f’dak il-pajjiż.

Għall-indikazzjoni ‘UE’ jew ‘mhux tal-UE’ jew tal-isem tal-pajjiż kif imsemmi fis-

subparagrafu 3, kwantitajiet ta' ingredjenti ta' piż baxx jistgħu ma jiġux ikkunsidrati

sakemm il-kwantità totali tal-ingredjenti mhux ikkunsidrati ma taqbiżx it-2% tal-kwantità

totali fil-piż tal-materja prima agrikola.

L-indikazzjoni ‘UE’ u mhux tal-UE ma għandhiex tidher b’kulur, daqs u stil ta' kitba aktar

prominenti mill-isem tal-prodott.

3. L-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 23(3)

għandhom ikunu mmarkati f'post kospikwu b'tali mod li jkunu faċilment viżibbli, ċari,

leġġibbli u indelibbli.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli speċifiċi

dwar:

(a) modalitajiet prattiċi fir-rigward l-użu tal-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni u d-daqs

tal-indikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 ta’ dan

l-Artikolu u fl-Artikolu 23(3);

(b) l-assenjar tan-numri tal-kodiċi għall-awtoritajiet ta’ kontroll u għall-korpi ta’

kontroll;

(c) l-indikazzjoni tal-post fejn tkabbret il-materja prima agrikola, f'konformità mal-

paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 23(3).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Page 66: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 66 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 23

Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea

1. Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea jista’ jintuża fit-tikkettar, fil-

preżentazzjoni u fir-reklamar ta’ prodotti li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea m'għandux jintuża għal ikel

ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 21(3)(b) u (ba) jew għal prodotti fi proċess ta'

konverżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 21(2a).

2. Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea huwa attestazzjoni uffiċjali

f'konformità mal-Artikoli 85 u 90 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX [ir-Regolament

dwar il-Kontrolli Uffiċjali].

3. L-użu tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea għandu jkun fakultattiv għall-

prodotti importati minn pajjiżi terzi. Barra minn hekk, meta l-logo jidher fuq it-tikketta, l-

indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2) għandha tidher ukoll fuq it-tikketta.

4. Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea għandu jsegwi l-mudell stabbilit fl-

Anness V u għandu jikkonforma mar-regoli li jinsabu f’dak l-Anness.

5. Jistgħu jintużaw logos nazzjonali u privati fit-tikkettar, fil-preżentazzjoni u fir-reklamar ta'

prodotti li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

6. Biex l-affarijiet ikunu ċari għall-konsumaturi u biex ikun żgurat li dawn qed jingħataw

informazzjoni korretta, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati

f'konformità mal-Artikolu 36 li jemendaw il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni

Ewropea u r-regoli relatati miegħu li jinsabu fl-Anness V.

Page 67: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 67 ANNESS DG B 1B MT

Kapitolu V

Ċertifikazzjoni

Artikolu 24

Sistema ta' ċertifikazzjoni organika

1. Operaturi jew gruppi ta’ operaturi li jipproduċu, jippreparaw, jiddistribwixxu jew jaħżnu

prodotti organiċi, u li jimportaw tali prodotti minn pajjiż terz jew jesportaw tali prodotti lil

pajjiż terz jew li jqiegħdu fis-suq tali prodotti, għandhom, qabel ma jqiegħduhom fis-suq

bħala prodotti organiċi, jew qabel il-perijodu ta' konverżjoni, jinnotifikaw l-attività

tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i fejn titwettaq l-attività u

jissottomettu l-azjenda agrikola tagħhom għas-sistema ta' ċertifikazzjoni u kontroll

organiċi.

Fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonferixxu r-responsabbiltajiet tagħhom jew

ikunu ddelegaw kompiti ta' kontroll uffiċjali speċifiċi jew attivitajiet uffiċjali oħra lil aktar

minn awtorità ta' kontroll waħda jew korp ta' kontroll wieħed, l-operaturi jew il-grupp ta'

operaturi għandhom jindikaw fin-notifika msemmija fis-subparagrafu 1 l-awtorità ta'

kontroll jew il-korp ta' kontroll li jivverifika l-konformità tal-attività ma' dan ir-

Regolament u jipprovdu ċ-ċertifikat organiku msemmi fl-Artikolu 25(0a).

1a. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-obbligu ta' notifika msemmi fil-paragrafu 1 lil

operaturi li jbiegħu prodotti direttament lill-konsumatur jew utent finali dment li huma ma

jipproduċux, ma jippreparawx, ma jaħżnux ħlief inkonnessjoni mal-punt ta' bejgħ, prodotti

organiċi jew ma jimportawx, tali prodotti minn pajjiż terz jew ma jkunux ikkontrattaw tali

attivitajiet lil parti terza.

Page 68: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 68 ANNESS DG B 1B MT

2. Fejn operaturi jew gruppi ta' operaturi jissottokuntrattaw kwalunkwe mill-attivitajiet

tagħhom lil partijiet terzi, kemm l-operaturi jew gruppi ta' operaturi kif ukoll il-partijiet

terzi li lilhom ikunu ġew sottokuntrattati l-attivitajiet, għandhom jikkonformaw mal-

paragrafu 1, ħlief fejn l-operatur jew gruppi ta' operaturi jiddikjaraw fin-notifika msemmija

fil-paragrafu 1 li r-responsabbiltà fir-rigward tal-produzzjoni organika tibqa' tal-operatur

jew gruppi ta' operaturi u ma tiġix trasferita fuq is-sottokuntrattur sabiex il-konformità tal-

attivitajiet sottokuntrattati ma' dan ir-Regolament tiġi verifikata mill-awtoritajiet

kompetenti.

3. L-operaturi, il-gruppi ta’ operaturi u s-sottokuntratturi għandhom iżommu rekords dwar

attivitajiet differenti li jwettqu, f'konformità ma' dan ir-Regolament.

4. L-Istati Membri għandhom iżommu listi aġġornati miżmuma b'mod adatt li jkun fihom l-

ismijiet u l-indirizzi ta’ operaturi jew ta' gruppi ta’ operaturi li jkunu nnotifikaw l-

attivitajiet tagħhom f'konformità mal-paragrafu 1 u għandhom jippubblikaw dawk il-listi,

flimkien mal-informazzjoni relatata maċ-ċertifikati organiċi tagħhom kif imsemmija fl-

Artikolu 25(1). L-Istati Membri għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data

personali skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi li jistgħu jinġabru mill-awtoritajiet

kompetenti, mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew mill-korpi ta’ kontroll skont l-Artikolu 76 tar-

Regolament (UE) Nru XX/XXXX (ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali), jiġu

ppubblikati.

7. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jipprovdu dettalji u

speċifikazzjonijiet rigward:

- ir-rekwiżiti, il-kontenut, il-forma u l-mod tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1;

- iż-żamma ta' rekords imsemmija fil-paragrafu 3,

- il-pubblikazzjoni tal-lista msemmija fil-paragrafu 4;

41 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-

protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p.31).

Page 69: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 69 ANNESS DG B 1B MT

- ir-rekwiżiti u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati għall-pubblikazzjoni, inkluża l-

forma tagħha, tat-tariffi msemmija fil-paragrafu 5, u għas-superviżjoni mill-

awtoritajiet kompetenti tal-applikazzjoni ta' dawk it-tariffi.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 25

Ċertifikat organiku

0a. L-awtoritajiet kompetenti jew, fejn adatt, l-awtoritajiet ta' kontroll jew il-korpi ta' kontroll

għandhom jipprovdu ċertifikat organiku lil kwalunkwe operatur jew grupp ta' operaturi li

jkunu nnotifikaw l-attività tagħhom f'konformità mal-Artikolu 24(1) u jikkonformaw ma'

dan ir-Regolament. Iċ-ċertifikat organiku għandu jiċċertifika li l-attività notifikata tkun

f'konformità ma' dan ir-Regolament.

0b. L-operaturi u l-grupp ta' operaturi għandu jkollhom ċertifikat organiku kif imsemmi fil-

paragrafu 0a qabel ma l-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) jitqiegħdu fis-suq.

0c. Iċ-ċertifikat organiku huwa ċertifikazzjoni uffiċjali skont it-tifsira tal-Artikoli 85 u 86 tar-

Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar Kontrolli Uffiċjali).

0d. Iċ-ċertifikat organiku, maħruġ f’forma elettronika fejn hu possibbli, għandu tal-anqas

jippermetti l-identifikazzjoni tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi, inkluża l-lista tal-

membri, il-kategorija ta’ prodotti koperti miċ-ċertifikat organiku u l-perijodu ta’ validità

tiegħu.

3. L-operaturi u l-gruppi ta’ operaturi ma għandhomx ikunu intitolati li jingħataw ċertifikat

organiku minn korpi ta’ kontroll differenti għal attivitajiet imwettqa fi Stat Membru

wieħed, fir-rigward tal-istess kategorija ta’ prodotti, inkluż meta dawk l-operaturi u l-

gruppi ta’ operaturi jkunu attivi fi stadji differenti ta’ produzzjoni, tħejjija u distribuzzjoni.

4. Il-membri ta’ grupp ta’ operaturi ma għandhomx ikunu intitolati li jingħataw ċertifikat

organiku individwali għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet koperti miċ-ċertifikazzjoni

tal-grupp.

Page 70: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 70 ANNESS DG B 1B MT

5. L-operaturi għandhom jivverifikaw iċ-ċertifikat organiku tal-operaturi li huma l-fornituri

tagħhom.

5a. Il-kategoriji tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 0d u 3 huma dawn li ġejjin:

- pjanti u prodotti mill-pjanti;

- bhejjem u prodotti mill-bhejjem;

- alga u annimali tal-akkwakultura;

- ikel u għalf ipproċessati, inkluża l-ħmira;

- inbid;

- prodotti oħra elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew mhux koperti minn

kategoriji preċedenti.

6a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiġu pprovduti dettalji u

speċifikazzjonijiet rigward il-kontenut u l-forma taċ-ċertifikat organiku msemmi fil-

paragrafu 0a.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 26

Grupp ta’ operaturi

1. Kull grupp ta' operaturi għandu:

- jiġi stabbilit fi Stat Membru jew pajjiż terz;

- ikollu entità legali;

- jistabbilixxi sistema ta' kummerċjalizzazzjoni konġunta;

Page 71: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 71 ANNESS DG B 1B MT

- jistabbilixxi sistema għall-kontrolli interni. Din is-sistema għandha tikkonsisti f’sett

iddokumentat ta’ attivitajiet u proċeduri tal-kontroll, li skontu persuna jew korp

identifikat huwa responsabbli għall-verifika tal-konformità ma’ dan ir-Regolament

ta’ kull membru tal-grupp.

2. In-nuqqasijiet fl-organizzazzjoni jew fil-funzjonament tas-sistema ta' kontrolli interni

msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari rigward nuqqasijiet fl-identifikazzjoni jew fl-

indirizzar tan-nonkonformità, minn membri individwali tal-grupp ta’ operaturi li

jaffettwaw l-integrità tal-prodotti organiċi, jista’ jirriżulta fl-irtirar taċ-ċertifikat organiku

msemmi fl-Artikolu 25 għall-grupp kollu.

2a. Il-membri tal-grupp ta' operaturi għandhom ikunu jinsabu fi prossimità ġeografika.

2b. L-Istati Membri għandhom ikollhom għażla li japplikaw kriterju wieħed jew

kombinazzjoni ta' kriterji (fatturat, rendiment standard, żona f'ha) imsemmija fl-Artikolu

3(7).

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli speċifiċi

rigward:

- il-kompożizzjoni u d-dimensjoni ta' grupp ta' operaturi kif ukoll il-kriterji biex tiġi

ddeterminata l-prossimità ġeografika tal-membri tal-grupp;

- il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi grupp ta' operaturi, inkluż rigward il-

kategoriji ta' prodotti li huma jipproduċu;

- l-istabbiliment u l-funzjonament tas-sistema tal-grupp għal kontrolli interni, inkluż

l-ambitu, il-kontenut u l-frekwenza tal-kontrolli, id-dokumentazzjoni u s-sistemi

taż-żamma ta' rekords, is-sistema għat-traċċabbiltà interna u l-lista ta' operaturi;

- ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-membri individwali ta' grupp ta' operaturi u

Page 72: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 72 ANNESS DG B 1B MT

- l-iskambju ta’ informazzjoni bejn grupp ta’ operaturi u l-awtorità jew l-awtoritajiet,

l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll kompetenti u bejn l-Istati Membri

u l-Kummissjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’

eżami msemmija fl-Artikolu 37 (2).

Page 73: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 73 ANNESS DG B 1B MT

Kapitolu Va

Kontrolli

Artikolu 26a

Dispożizzjonijiet ġenerali

Minbarra d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru XX/XXXX (ir-Regolament dwar

Kontrolli Uffiċjali), ir-regoli speċifiċi previsti f'dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-kontrolli

uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa fir-rigward ta' produzzjoni organika u tikkettar ta'

prodotti organiċi.

Artikolu 26b

Kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' produzzjoni organika u tikkettar ta' prodotti organiċi

1. Kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' produzzjoni organika u tikkettar ta' prodotti organiċi

għandhom jitwettqu għall-verifika tal- konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-

Regolament u għandhom jinkludu, b'mod partikolari, il-verifika tal-applikazzjoni ta' miżuri

preventivi, kif definit fl-Artikolu 3(4), tal-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-obbligu ta'

notifika msemmi fl-Artikolu 24(1a), u tas-separazzjoni effettiva bejn il-produzzjoni u l-

prodotti organiċi u mhux organiċi, imsemmija fl-Artikoli 7 u 8, inkluż permezz tal-kontroll

tal-unitajiet jew siti ta' produzzjoni mhux organiċi.

2. In-natura u l-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-

probabbiltà ta' nonkonformità, b'kont meħud b'mod partikolari ta' dan li ġej:

- it-tip, id-daqs u l-istruttura tal-operaturi u l-gruppi ta' operaturi;

- it-tul ta' żmien li matulu l-operaturi u l-gruppi ta' operaturi kienu involuti fil-

produzzjoni, il-preparazzjoni u d-distribuzzjoni organiċi;

Page 74: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 74 ANNESS DG B 1B MT

- il-kategoriji tal-prodotti;

- it-tip, il-kwantità u l-valur tal-prodotti u l-iżvilupp tagħhom matul iż-żmien;

- il-possibbiltà ta' taħlit bejn il-prodotti;

- l-applikazzjoni ta' derogi jew eċċezzjonijiet għar-regoli mill-operaturi u l-gruppi ta'

operaturi;

- il-punti kritiċi għan-nonkonformità u l-probabbiltà ta' nonkonformità fi kwalunkwe

stadju tal-produzzjoni, il-preparazzjoni u d-distribuzzjoni, kif definit fl-Artikolu

3(27).

Fi kwalunkwe każ, l-operaturi u l-gruppi ta' operaturi kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk

imsemmija fl-Artikolu 24(1a) għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-konformità tal-

anqas darba fis-sena. Il-verifika tal-konformità għandha timplika spezzjoni fiżika fuq il-

post, ħlief fejn l-Istati Membri jiddeċiedu, f'każijiet debitament ġustifikati b'kont meħud

tal-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu, li l-operaturi u l-grupp ta' operaturi

konċernati jippreżentaw profil bi prova ta' riskju baxx u jissodisfaw il-kriterji ta' rekord

tajjeb ta' konformità ta' mhux inqas minn tliet snin. F'dawk il-każijiet debitament

ġustifikati, madankollu, il-perijodu bejn iż-żewġ spezzjonijiet fiżiċi fuq il-post m'għandux

jaqbeż tletin xahar.

3. Għall-fini tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX (ir-

Regolament dwar Kontrolli Uffiċjali), ir-rekords bil-miktub dwar il-kontrolli uffiċjali

mwettqa għall-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament

għandhom jiġu ffirmati wkoll mill-operatur jew grupp ta' operaturi konċernati jew mir-

rappreżentant tagħhom.

Page 75: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 75 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 26c

Delega ta' kompiti lill-korpi ta' kontroll

1. Kompiti ta' kontroll uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra jistgħu jiġi delegati biss lill-

awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Kapitoli III tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX

(ir-Regolament dwar Kontrolli Uffiċjali) jekk jintlaħqu wkoll il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-korpi ta' kontroll għandhom jiġu akkreditati skont l-istandard internazzjonali

armonizzat għall-‘Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti għall-korpi li

jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi’, li r-referenza għalih ġiet

ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(b) id-delega tal-awtoritajiet kompetenti jkun fiha deskrizzjoni dettaljata tal-kompiti ta'

kontroll delegati u attivitajiet uffiċjali oħra, tal-obbligi ta' rapportar u obbligi

speċifiċi oħra;

(c) il-korpi ta' kontroll jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti, għal approvazzjoni

minn qabel:

(i) il-proċeduri ta' valutazzjoni tar-riskji tagħhom li jiddeterminaw b'mod

partikolari l-bażi għall-intensità u l-frekwenza tal-verifika tal-konformità tal-

operaturi u l-grupp ta' operaturi;

(ii) il-proċedura ta' kontroll standard li għandha tiġi segwita, li tinkludi

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta' kontroll u l-prekawzjonijiet li l-korp

jimpenja ruħu li jimponi fuq operaturi u gruppi ta' operaturi soġġetti għall-

kontroll tiegħu;

(iii) il-miżuri li l-korp ta' kontroll ikun biħsiebu japplika fejn jinstabu nuqqasijiet

ta' konformità;

Page 76: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 76 ANNESS DG B 1B MT

(d) l-awtoritajiet kompetenti jkollhom proċeduri u arranġamenti attwati biex tiġi

żgurata s-superviżjoni tal-korpi ta' kontroll, inkluża l-verifika tal-effettività, l-

indipendenza u l-oġġettività tal-mod li bih iwettqu l-kompiti delegati, b'mod

partikolari l-intensità u l-frekwenza tal-verifika tal-konformità.

2. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jiddelegaw lil korpi ta’ kontroll il-kompetenza li

jagħtu eċċezzjonijiet ħlief għall-użu ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti mhux miksub minn

produzzjoni organika.

3. Għall-fini tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX (ir-Regolament dwar

Kontrolli Uffiċjali), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar

kwalunkwe nonkonformità u l-probabbiltà ta' nonkonformità identifikati mill-korpi ta'

kontroll u dwar il-miżuri applikati tinġabar u tintuża għas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-

korpi ta' kontroll.

4. Fil-każijiet fejn ikun hemm evidenza li korp ta' kontroll ma jkunx wettaq il-kompiti ta'

kontroll uffiċjali delegati lilu kif suppost, l-awtoritajiet kompetenti, jistgħu, qabel ma

jirtiraw id-delega f'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX (ir-

Regolament dwar Kontrolli Uffiċjali), jissospenduha totalment jew parzjalment.

Artikolu 26d

Miżuri f'każ ta' nonkonformità

1. Fil-każ ta’ nonkonformità li taffettwa l-integrità ta’ prodotti organiċi fi kwalunkwe stadju

ta’ produzzjoni, preparazzjoni u distribuzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, jew fejn adatt, l-

awtoritajiet ta' kontroll jew il-korpi ta' kontroll għandhom jiżguraw li ma ssir ebda

referenza għall-produzzjoni organika fit-tikkettar u r-reklamar tal-lott jew tat-tiratura sħaħ

ikkonċernati.

Page 77: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 77 ANNESS DG B 1B MT

2. Fil-każ ta' nonkonformità serja, ripetittiva jew kontinwa, l-awtoritajiet kompetenti, jew fejn

adatt, l-awtoritajiet ta' kontroll jew il-korpi ta' kontroll għandhom jiżguraw li l-operaturi

jew il-grupp ta' operaturi kkonċernati, flimkien mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u

kwalunkwe miżura adatta meħuda b'mod partikolari f'konformità mal-Artikolu 135 tar-

Regolament (UE) Nru XX/XXXX (ir-Regolament dwar Kontrolli Uffiċjali), ma jitħallewx

jikkummerċjalizzaw prodotti li jirreferu għal produzzjoni organika għal perijodu

determinat, u li ċ-ċertifikat organiku tagħhom jiġi sospiż jew irtirat kif meħtieġ.

3. Barra mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 104(1) tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX (ir-

Regolament dwar Kontrolli Uffiċjali), l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u

l-korpi ta' kontroll għandhom jikkondividu minnufih l-informazzjoni ma' awtoritajiet

kompetenti, awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll oħra kif adatt dwar kwalunkwe

nonkonformità jew il-probabbiltà ta' nonkonformità li taffettwa l-istatus organiku tal-

prodotti.

Artikolu 26e

Il-preżenza ta’ prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati

1. Fejn awtorità kompetenti, jew fejn adatt, awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll jirċievi

informazzjoni affidabbli u sostanzjata jew isib l-preżenza ta' prodotti jew sustanzi li ma

ġewx awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 19 għall-finijiet elenkati fl-Artikolu 19, dan

għandu jwettaq, mingħajr dewmien, investigazzjoni sabiex jiġu ddeterminati s-sors u l-

kawża tal-kontaminazzjoni bil-għan li tiġi vverifikata l-konformità mal-Artikolu 7(1)(b).

Abbażi tar-riżultati ta’ din l-investigazzjoni, l-awtorità kompetenti jew, fejn adatt, l-

awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandu jiżgura li dawn il-prodotti ma jiġux

kummerċjalizzati bħala organiċi, jekk il-preżenza tkun dovuta għall-użu intenzjonat mill-

operatur jew għall-kontaminazzjoni li setgħet tiġi evitata fil-proċess tal-produzzjoni.

Page 78: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 78 ANNESS DG B 1B MT

1a. Kontaminazzjoni għandha titqies li setgħet tiġi evitata meta l-operatur:

- ma jkunx ħa jew baqa' jieħu miżuri xierqa u proporzjonati biex jidentifika u jevita

r-riskju li prodotti organiċi jiġu kontaminati minn prodotti u sustanzi mhux

awtorizzati jew;

- ma jkunx irreveda u aġġusta regolarment miżuri xierqa bħal dawn, filwaqt li r-

riskju ta' kontaminazzjoni seta' jiġi pperċepit b'mod ċar jew;

- ma jkunx ħa miżuri xierqa skont talbiet preċedenti mingħand l-awtoritajiet

kompetenti jew, fejn xieraq, mill-awtorità ta' kontroll jew il-korp ta' kontroll biex

jieħu passi biex jevita l-kontaminazzjoni jew;

- ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament jew ikun naqas

b'mod ieħor milli jieħu l-passi meħtieġa fil-proċess tal-produzzjoni biex jevita l-

kontaminazzjoni.

1b. Abbażi tar-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti

jew, fejn adatt, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandhom jidentifikaw in-

nuqqasijiet u l-każijiet ta' nonkonformità possibbli li jikkawżaw il-preżenza ta’ prodotti

jew sustanzi mhux awtorizzati. L-operatur ikkonċernat għandu jieħu l-miżuri korrettivi

meħtieġa biex fil-futur tiġi evitata l-kontaminazzjoni.

1c. B'deroga mil-paragrafi 1, 1a u 1b, l-Istati Membri li, fil-31 ta' Diċembru 2015, ikollhom

regoli fis-seħħ li jipprevedu li prodotti li fihom prodotti u sustanzi mhux awtorizzati ’l fuq

minn ċertu livell ma jistgħux jiġu kummerċjalizzati bħala organiċi, jistgħu jibqgħu

japplikaw dawn ir-regoli sal-31 ta’ Diċembru 2020] dment li dawn ir-regoli ma

jipprojbixxux, ma jirrestrinġux jew ma jimpedixxux it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bħala

prodott organiku fi Stati Membri oħra f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri li japplikaw din id-dispożizzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni

mingħajr dewmien.

Page 79: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 79 ANNESS DG B 1B MT

2. L-awtorità ta' kontroll jew il-korp ta' kontroll għandhom iżommu rekords tal-

investigazzjoni mwettqa.

Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-

informazzjoni rilevanti, inkluż informazzjoni miġbura fil-postijiet ta' kontroll fuq il-

fruntiera relatata mas-sena preċedenti rigward in-natura tal-kontaminazzjoni misjuba, u

b'mod partikolari l-kawża, is-sors, il-livell ta' kontaminazzjoni u l-volum u n-natura tal-

prodotti kontaminati.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta

rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatus ta' implimentazzjoni ta' dan l-

artikolu u dwar il-preżenza ta' prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati f'konformità mal-

Artikolu 19 li jkunu nstabu fi prodotti organiċi. Dan ir-rapport jista' jkun akkumpanjat,

jekk adatt, minn proposta leġislattiva.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati

dwar:

- il-metodoloġija li għandha tintuża sabiex tinstab u tiġi evalwata l-preżenza ta'

prodotti jew sustanzi li ma ġewx awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 19;

- il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'każ li tinstab il-preżenza ta' prodotti jew

sustanzi li ma ġewx awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 19;

- id-dettalji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u l-format li fih ser

tintbagħat.

- il-miżuri biex jiġu evitati r-riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ prodotti organiċi minn

prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati kif imsemmi fil-paragrafu 1a.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’

eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

Page 80: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 80 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 26f

Setgħat ta' implimentazzjoni rigward il-kontrolli uffiċjali għal produzzjoni organika

u tikkettar ta' prodotti organiċi

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli li jistabbilixxu

modalitajiet uniformi u rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali

oħra mwettqa b'rabta ma' produzzjoni organika u tikkettar ta' prodotti organiċi, rigward:

(a) il-kompiti speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti;

(b) il-metodi u t-tekniki għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali;

(c) il-firxa ta' kampjuni u l-istadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni fejn il-

kampjun għandu jittieħed skont il-metodi li għandhom jintużaw għat-teħid ta' kampjuni u

analiżi tal-laboratorju;

(d) il-modalitajiet għall-istabbiliment tal-probabbiltà ta' nonkonformità u l-frekwenza tat-teħid

ta' kampjuni;

(e) l-obbligi ta' rapportar speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-

korpi ta' kontroll;

(f) l-obbligi, l-arranġamenti u l-impenji speċifiċi mill-operaturi;

(g) il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rabta ma' suspett speċifiku ta' nonkonformità u

nonkonformità stabbilita għandhom jieħdu waħda jew aktar mill-azzjonijiet u l-miżuri

msemmija fl-Artikolu 26d (1) u (2);

Page 81: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 81 ANNESS DG B 1B MT

(h) l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-

korpi ta' kontroll dwar każijiet ta' nonkonformità jew ta' probabbiltà ta' nonkonformità

inkluż l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti dwar ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom fuq

talba debitament ġustifikata mill-bżonn li jiġi ggarantit li prodott ġie magħmul f'konformità

ma' dan ir-Regolament.

(i) l-elementi msemmija fis-subparagrafu 1 tal-Artikolu 26b(2) li jiddeterminaw il-profil tar-

riskju msemmi fis-subparagrafu 2 tal-Artikolu 26b(2) għal dawk l-Istati Membri li

jiddeċiedu li jeżentaw lill-operaturi u l-gruppi ta’ operaturi minn spezzjoni fiżika annwali

fuq il-post f’konformità mas-subparagrafu 2 tal- Artikolu 26b(2).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-

Artikolu 37(2).

Page 82: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 82 ANNESS DG B 1B MT

Kapitolu VI

Kummerċ ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 27

Esportazzjoni ta’ prodotti organiċi

1. Prodott jista’ jiġi esportat mill-Unjoni bħala organiku u jkollu fuqu l-logo tal-produzzjoni

organika tal-Unjoni Ewropea jekk jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dettalji speċifiċi

rigward dokumenti maħsuba għall-awtoritajiet doganali f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari

rigward ċertifikat ta' esportazzjoni organika maħruġ f'forma elettronika kulfejn ikun

possibbli u li jipprovdi assigurazzjoni li l-prodotti organiċi esportati jikkonformaw ma' dan

ir-Regolament.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 37(2).

Page 83: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 83 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 28

Importazzjoni ta’ prodotti organiċi

1. Prodott jista’ jiġi importat minn pajjiż terz sabiex jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni bħala

organiku jew fi proċess ta' konverżjoni jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-prodott huwa prodott kif imsemmi fl-Artikolu 2(1);

(b) il-prodott

(i) jikkonforma mal-Kapitoli II, III u IV u l-operaturi kollha, u l-grupp ta'

operaturi inklużi l-esportaturi fil-pajjiż terz konċernat, kienu soġġetti għall-

kontroll tal-awtoritajiet ta' kontroll jew il-korpi ta' kontroll rikonoxxuti

f'konformità mal-Artikolu 29 u dawn l-awtoritajiet jew korpi pprovdewlhom

ċertifikat li jikkonferma li l-operaturi kollha jew il-gruppi ta' operaturi huma

f'konformità ma' dan ir-Regolament; jew

(ii) joriġina minn pajjiż terz li hu rikonoxxut f'konformità mal-Artikolu 31 u

jikkonforma mal-produzzjoni u r-regoli ta' kontroll ekwivalenti ta' dak il-

pajjiż terz u jiġi importat b'ċertifikat ta' spezzjoni maħruġ mill-awtoritajiet

kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll jew il-korpi ta' kontroll ta' dak il-pajjiż

terz li jikkonferma din il-konformità; jew

(iia) joriġina minn pajjiż terz li hu rikonoxxut f'konformità mal-Artikolu 30 u

jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim kummerċjali rilevanti;

(c) l-operaturi f’pajjiżi terzi jistgħu jipprovdu fi kwalunkwe ħin, lill-importaturi jew

lill-awtoritajiet nazzjonali, informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-

operatur li wettaq l-aħħar operazzjoni u l-awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll

tiegħu bl-għan li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott organiku. Din l-informazzjoni

għandha ssir disponibbli wkoll għall-korpi ta' kontroll jew l-awtoritajiet ta' kontroll

tal-importaturi.

Page 84: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 84 ANNESS DG B 1B MT

2. It-traċċabbiltà tal-prodotti importati maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni bħala

organiċi u l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu żgurati. Il-

Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli speċifiċi

rigward il-kontenut taċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 u l-proċedura li għandha tiġi

segwita għall-ħruġ u l-verifika tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tar-rwol tal-

awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll, u l-possibbiltà li

jittieħed kont tad-differenzi reġjonali fil-bilanċ ekoloġiku, il-klima u l-kondizzjonijiet

lokali, kif ukoll il-prattiki ta' produzzjoni speċifiċi.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’

eżami msemmija fl-Artikolu 37 (2).

3. L-osservanza tal-kondizzjonijiet u l-miżuri għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-

Unjoni għandha tkun żgurata fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, f'konformità mal-

Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar Kontrolli

Uffiċjali). Il-kontrolli fiżiċi msemmija fl-Artikolu 47(3) ta’ dak ir-Regolament għandhom

jitwettqu bi frekwenza skont il-probabbiltà ta’ nonkonformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 29

Rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll

1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrikonoxxu, jew li jirtiraw ir-

rikonoxximent ta’ awtoritajiet ta' kontroll jew ta' korpi ta' kontroll kompetenti li jwettqu l-

kontrolli u biex joħorġu ċertifikat organiku f’pajjiżi terzi, u tistabbilixxi lista ta’ dawk l-

awtoritajiet ta' kontroll jew il-korpi ta' kontroll. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni

għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

1a. L-awtoritajiet ta' kontroll jew il-korpi ta' kontroll għandhom ikunu rikonoxxuti għall-

importazzjoni tal-kategoriji ta' prodotti kif elenkati fl-Artikolu 25(5a).

Page 85: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 85 ANNESS DG B 1B MT

1b. Sabiex ikunu rikonoxxuti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom jilħqu l-

kriterji li ġejjin:

(a) l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom jiġu stabbiliti legalment fi

Stat Membru wieħed jew pajjiż terz;

(b) l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom ikollhom il-kapaċità li

jwettqu kontrolli biex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 28(1)(a),

(b)(i) u (c) u f'dan l-Artikolu jintlaħqu għal prodotti organiċi maħsuba għall-

importazzjoni ġewwa l-Unjoni;

(c) l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom jagħtu garanziji adegwati

ta' oġġettività u imparzjalità u ma jkollhom ebda konflitt ta' interess fir-rigward tal-

eżerċizzju ta' kompiti ta' kontroll;

(d) il-korpi ta' kontroll għandhom jiġu akkreditati għall-istandard armonizzat rilevanti

għall-‘Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw il-

prodotti, il-proċessi u s-servizzi’, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal

Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(e) l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom ikollhom l-għarfien espert,

it-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettqu l-kompiti ta' kontroll u numru

suffiċjenti ta' persunal bi kwalifiki u esperjenza adatti;

(f) kriterji addizzjonali li jistgħu jiġu stabbiliti f'att delegat, adottat skont il-paragrafu

7.

3. L-akkreditazzjoni msemmija fil-paragrafu 1b(d) tista’ tingħata biss minn:

(a) korp ta’ akkreditazzjoni nazzjonali fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru

765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42; jew

42 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-

9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

Page 86: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 86 ANNESS DG B 1B MT

(b) korp ta’ akkreditazzjoni barra l-Unjoni li jkun firmatarju ta’ ftehim multilaterali ta’

rikonoxximent taħt il-patroċinju tal-Forum Internazzjonali tal-Akkreditazzjoni.

4. L-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni

talba għal rikonoxximent li tikkonsisti minn dossier tekniku li fih l-informazzjoni kollha

meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kriterji li jinsabu fil-paragrafu 1b jintlaħqu. Meta teżamina

talbiet għar-rikonoxximent, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtorità ta' kontroll jew

lill-korp ta' kontroll biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Il-korpi ta' kontroll jew l-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jipprovdu ċ-ċertifikat ta'

akkreditazzjoni maħruġ mill-korp ta’ akkreditazzjoni jew, rispettivament, l-aħħar rapport

ta' valutazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti, u, kif adatt, l-aħħar rapporti dwar l-

evalwazzjoni għal għarrieda regolari, is-sorveljanza u l-valutazzjoni mill-ġdid pluriennali

tal-attivitajiet tagħhom.

5. Abbażi tal-informazzjoni msemmija skont il-paragrafu 4 u dwar kwalunkwe informazzjoni

rilevanti oħra relatata mal-awtorità ta' kontroll jew il-korp ta' kontroll, il-Kummissjoni

għandha tiżgura superviżjoni adatta tal-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll

rikonoxxuti billi kontinwament tirrevedi l-prestazzjoni u r-rikonoxximent tagħhom. Għall-

finijiet ta’ dik is-superviżjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali

mingħand il-korpi ta’ akkreditazzjoni jew, skont ir-rilevanza, l-awtoritajiet kompetenti.

6. In-natura tas-superviżjoni għandha tkun iddeterminata abbażi ta' valutazzjoni tal-

probabbiltà ta' nonkonformità, b'kont meħud, b'mod partikolari, tal-attività tal-awtorità ta'

kontroll jew tal-korp ta' kontroll, it-tip ta' prodotti u l-operaturi fil-kontroll tiegħu u l-

bidliet fl-istandard tal-produzzjoni u l-miżuri ta' kontroll.

7. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċeduri ta’ rikonoxximent u superviżjoni, il-

Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati f'konformità mal-Artikolu

36 li jissuplimentaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1b li għandhom jiġu applikati għar-

rikonoxximent, jew l-irtirar tar-rikonoxximent, tal-awtoritajiet ta' kontroll jew tal-korpi ta'

kontroll imsemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-

eżerċizzju tas-superviżjoni mill-Kummissjoni, inkluż permezz ta' eżami fuq il-post.

Page 87: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 87 ANNESS DG B 1B MT

7a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli speċifiċi

rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta' kontroll

u l-korpi ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż il-kontenut tad-dossier tekniku li

għandu jiġi preżentat, kif ukoll il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-irtirar tar-

rikonoxximent. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura

ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

7b. Sabiex ikunu żgurati l-effettività, l-effiċjenza u t-trasparenza tal-kontrolli ta' prodotti

importati, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità

mal-Artikolu 36 rigward il-kontrolli u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn

awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll rikonoxxuti mill-Kummissjoni għall-fini ta' dan

l-Artikolu.

8. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiżgura l-applikazzjoni tal-

miżuri b’rabta mal-każijiet ta’ nonkonformità li jaffettwaw l-integrità ta’ prodotti organiċi

impurtati skont ir-rikonoxximent previst f’dan l-Artikolu jew fejn hemm suspett ta' tali

każijiet. Tali miżuri jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari fil-verifika tal-integrità tal-

prodotti organiċi qabel ma l-prodotti jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni u, fejn xieraq, is-

sospensjoni tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ tali prodotti bħala

organiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’

eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

9. Għal raġunijiet debitament ġustifikati u ferm importanti ta’ urġenza relatati mal-

protezzjoni kontra prattiki inġusti jew prattiki li huma inkompatibbli mal-prinċipji u r-

regoli dwar il-produzzjoni organika, il-protezzjoni tal-fiduċja tal-konsumaturi jew il-

protezzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta

immedjatament l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-

Artikolu 37(3) sabiex tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu jew sabiex

tiddeċiedi dwar l-irtirar tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta' kontroll jew tal-korpi ta'

kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Page 88: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 88 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 30

Ekwivalenza skont ftehim kummerċjali

Pajjiż terz rikonoxxut imsemmi l-Artikolu 28(1)(b)(iia) huwa pajjiż terz li l-Unjoni rrikonoxxiet

skont ftehim kummerċjali, li għandu sistema ta’ produzzjoni li tilħaq l-istess objettivi u prinċipji bl-

applikazzjoni tar-regoli li jiżguraw l-istess livell ta’ garanzija ta’ konformità bħal dawk tal-Unjoni.

Artikolu 31

Ekwivalenza skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007

1. Pajjiż terz rikonoxxut imsemmi Artikolu 28(1)(b)(ii) huwa pajjiż terz li ġie rikonoxxut

għall-fini tal-ekwivalenza skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007,

inklużi dawk rikonoxxuti skont il-miżuri transitorji previsti fl-Artikolu 42.

Ir-rikonoxximent tal-pajjiżi terzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jiskadi fil-31 ta'

Diċembru 2022.

2. Abbażi ta’ rapporti annwali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu ta’

kull sena mill-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1 rigward l-implimentazzjoni u l-

infurzar tal-miżuri ta’ kontroll stabbiliti minnhom, u fid-dawl ta' kwalunkwe informazzjoni

oħra riċevuta, il-Kummissjoni għandha tiżgura superviżjoni adatta tal-pajjiżi terzi

rikonoxxuti billi tirrevedi kontinwament ir-rikonoxximent tagħhom. In-natura tas-

superviżjoni għandha tkun iddeterminata abbażi ta' valutazzjoni tal-probabbiltà ta'

nonkonformità, b'kont meħud, b'mod partikolari, tal-volum ta' esportazzjonijiet lejn l-

Unjoni minn dak il-pajjiż terz, ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-attivitajiet superviżorji

mwettqa mill-awtorità kompetenti u r-riżultati ta' kontrolli preċedenti.

Page 89: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 89 ANNESS DG B 1B MT

3. Il-korpi ta’ kontroll li jwettqu l-kontrolli fil-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1,

għandhom jiġu akkreditati għall-istandard armonizzat rilevanti għall-‘Valutazzjoni tal-

konformità – Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi’, li r-

referenza għalih ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnata Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi

terzi msemmija fil-paragrafu 1 u tista’ temenda dik il-lista permezz ta’ atti ta’

implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-

proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

5. Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-lista ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 4, il-

Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36 dwar

l-informazzjoni li għandha tintbagħat minn dawk il-pajjiżi terzi, li hija neċessarja għas-

superviżjoni tar-rikonoxximent tagħhom mill-Kummissjoni, kif ukoll l-eżerċizzju ta’ dik

is-superviżjoni mill-Kummissjoni, inkluż permezz ta’ eżami fuq il-post.

6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiżguraw l-applikazzjoni ta’ miżuri

b’rabta mal-każijiet ta’ nonkonformità li jaffettwaw l-integrità ta’ prodotti organiċi

impurtati minn pajjiżi terzi msemmija f’dan l-Artikolu jew fejn hemm suspett ta' tali

każijiet. Tali miżuri jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari fil-verifika tal-integrità tal-

prodotti organiċi qabel ma l-prodotti jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni u, fejn xieraq, is-

sospensjoni tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ tali prodotti bħala

organiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’

eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 31a

Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 30 u 31

Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u

lill-Kunsill dwar l-istat attwali tal-applikazzjoni tal-Artikoli 30 u 31, b’mod partikolari fir-rigward

tar-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ ekwivalenza.

Page 90: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 90 ANNESS DG B 1B MT

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet ġenerali

TAQSIMA 1

MOVIMENT LIBERU TA' PRODOTTI ORGANIĊI

Artikolu 32

Nonprojbizzjoni u nonrestrizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti organiċi

1. L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll ma jistgħux, għal

raġunijiet relatati mal-produzzjoni, mat-tikkettar jew mal-preżentazzjoni tal-prodotti,

jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti organiċi kkontrollati minn

awtorità kompetenti oħra, minn awtorità ta' kontroll jew minn korp ta' kontroll li jinsabu fi

Stat Membru ieħor, jekk dawk il-prodotti jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. B’mod

partikolari, ma jista' jitwettaq ebda kontroll uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn minbarra

dawk skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar Kontrolli Uffiċjali)

u ma tista’ tinġabar ebda tariffa għal kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn

minbarra dawk previsti fil-Kapitolu VI ta' dak ir-Regolament.

Page 91: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 91 ANNESS DG B 1B MT

TAQSIMA 2

INFORMAZZJONI U RAPPORTAR

Artikolu 33

Informazzjoni relatata mas-settur organiku u l-kummerċ

1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa

għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża d-

data statistika rilevanti li għandha tiġi definita fil-kuntest tal-programm tal-Istatistika

Ewropea. L-informazzjoni għandha tkun relatata mal-produzzjoni organika tal-Istati

Membri, b'mod partikolari fir-rigward tan-numri ta' operaturi u gruppi ta' operaturi

organiċi, in-numri ta' azjendi organiċi inklużi azjendi mħallta, il-volumi ta' produzzjoni ta'

prodotti tar-raba' organiċi għal kull tip ta' prodott tar-raba', iż-żona tar-raba' fi proċess ta'

konverżjoni u fi proċess ta' produzzjoni organika, in-numri ta' bhejjem organiċi u l-volumi

ta' prodotti minn annimali organiċi, il-volumi ta' produzzjoni industrijali għal kull tip ta'

attività, in-numru ta' siti ta' produzzjoni minn annimali tal-akkwakultura organiċi, il-volum

ta' produzzjoni ta' akkwakultura organika, in-numru ta' siti ta' produzzjoni ta' alga organika,

il-volum ta' produzzjoni ta' alga organika.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tas-sistema li

għandha tintuża għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, id-dettalji

tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa, u sa liema data għandha tintbagħat dik l-

informazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura

ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

Page 92: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 92 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 34

Informazzjoni relatata mal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta'

kontroll

1. L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata regolarment li jkun fiha:

(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti;

(b) l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet ta' kontroll u tal-korpi ta' kontroll, u n-numri

tal-kodiċi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu dawn il-listi, u kwalunkwe bidla li fihom, lill-

Kummissjoni.

2. Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment fuq l-internet lista aġġornata

tal-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

Artikolu 35

Rapport

Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u

lill-Kunsill dwar id-disponibbiltà ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti, u l-annimali għal skopijiet ta’

tgħammir u stokk żagħżugħ ta' annimali tal-akkwakultura. Dan ir-rapport għandu jkun

akkumpanjat, jekk adatt, minn proposta leġislattiva.

Page 93: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 93 ANNESS DG B 1B MT

Kapitolu VIII

Dispożizzjonijiet proċedurali, transitorji u finali

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 36

L-eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-

kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1a. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli [……….] għandha tingħata lill-Kummissjoni

għal perijodu ta’ 5 snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni

għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur

qabel tmiem il-perijodu ta' 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament

għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill

joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull

perijodu.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fil-[……….] tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-

Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-

setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Hija jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni

tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha.

Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ.

3. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-

Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Page 94: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 94 ANNESS DG B 1B MT

4. Att delegat adottat skont [….] għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm ebda

oġġezzjoni espressa kemm mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn

min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza

ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-

Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-

inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 37

Proċedura tal-kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat imsejjaħ ‘Il-Kumitat għall-Produzzjoni

Organika’. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE)

Nru 182/2011.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament

(UE) Nru 182/2011.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament

(UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

3a. Fil-każ ta' atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan ir-Regolament fejn il-Kumitat ma

jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta'

implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament

(UE) Nru 182/2011.

Page 95: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 95 ANNESS DG B 1B MT

TAQSIMA 2

REVOKA, EMENDI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 38

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 huwa rrevokat.

Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu jibqa’ japplika għall-finijiet tat-tlestija tal-

analiżi tal-applikazzjonijiet pendenti minn pajjiżi terzi, kif stipulat fl-Artikolu 42 ta’ dan ir-

Regolament.

Artikolu 41

Miżuri transitorji relatati mal-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll rikonoxxuti skont

l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007

1. Ir-rikonoxximent ta’ awtoritajiet ta' kontroll u ta' korpi ta' kontroll mogħti skont l-Artikolu

33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu jiskadi mhux iktar tard mill-[31 ta’

Diċembru 2019].

2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi lista tal-

awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) tar-

Regolament (KE) Nru 834/2007 u tista’ temenda dik il-lista permezz ta’ atti ta’

implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-

proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

Page 96: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 96 ANNESS DG B 1B MT

3. Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-lista tal-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll

imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti

delegati skont l-Artikolu 36 dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat minn dawk l-

awtoritajiet ta'kontroll u l-korpi ta' kontroll li hija neċessarja għas-superviżjoni tar-

rikonoxximent tagħhom mill-Kummissjoni, kif ukoll għall-eżerċizzju ta’ dik is-

superviżjoni mill-Kummissjoni, inkluża analiżi fuq il-post.

Artikolu 42

Miżuri transitorji relatati mal-applikazzjonijiet minn pajjiżi terzi sottomessi skont l-

Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007

1. Il-Kummissjoni għandha tlesti l-analiżi tal-applikazzjonijiet minn pajjiżi terzi ppreżentati

skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament Nru 834/2007, li jkunu pendenti fid-data tad-dħul

fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu japplika għall-

analiżi ta' dawn l-applikazzjonijiet.

2. Sabiex tkun iffaċilitata t-tlestija tal-analiżi tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1,

il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 36 dwar

ir-regoli ta’ proċedura neċessarji għall-analiżi, inkluż dwar l-informazzjoni li għandha

titressaq mill-pajjiżi terzi.

Artikolu 43

Miżuri transitorji għall-ħażniet ta’ prodotti organiċi magħmula skont ir-Regolament (KE)

Nru 834/2007

Prodotti magħmula skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 qabel l-1 ta' Jannar 2018 [data ta'

applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] jistgħu jitqiegħdu fis-suq wara dik id-data sakemm jispiċċaw

il-ħażniet.

Page 97: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 97 ANNESS DG B 1B MT

Artikolu 45

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal

Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 201843.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] [...]

43 Tal-inqas 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ.

Page 98: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 98 ANNESS DG B 1B MT

ANNESS I

PRODOTTI OĦRAJN IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

– il-ħmira użata bħala ikel jew għalf,

– matè, qamħirrum ħelu, weraq tad-dwieli, qlub tal-palm, hop shoots u partijiet simili

oħra tal-pjanti tajbin għall-ikel u prodotti magħmula minnhom;

– melħ tal-baħar u mluħa oħrajn għall-ikel u l-għalf,

– fosdqa tad-dud tal-ħarir għar-rukkelli tal-ħajt

– gomma u reżina naturali,

– xama’ tan-naħal,

– żjut essenzjali,

– tappijiet tas-sufra minn sufra naturali, mhux agglomerata u mingħajr ebda sustanza li

tgħaqqad,

– qoton, mhux mimxut jew imqardex,

– suf, mhux mimxut jew imqardex,

– ġilda mhux maħduma u ġilda mhux trattata.

Page 99: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 99 ANNESS DG B 1B MT

ANNESS II

IR-REGOLI SPEĊIFIĊI TAL-PRODUZZJONI MSEMMIJIN FIL-KAPITOLU III

Parti I: Regoli għall-produzzjoni tal-pjanti

Minbarra r-regoli tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 10, ir-regoli stabbiliti f'din il-Parti

għandhom japplikaw għall-produzzjoni organika tal-pjanti.

1. Rekwiżiti ġenerali

1.1. Il-produzzjoni idroponika, li hija metodu ta' tkabbir tal-pjanti, li ma jikbrux b'mod naturali

fl-ilma, bl-għeruq tagħhom f'soluzzjoni ta' nutrijenti waħedha jew f'midjum inert li miegħu

tinżdied soluzzjoni ta' nutrijenti, hija pprojbita.

1.2. It-teknika kollha tal-produzzjoni tal-pjanti użata għandha tevita jew timminimizza kull

kontribuzzjoni għal kontaminazzjoni tal-ambjent.

1.3. Konverżjoni

1.3.1. Biex il-pjanti u l-prodotti mill-pjanti jkunu kkunsidrati organiċi, ir-regoli tal-produzzjoni

stabbiliti f'dan ir-Regolament iridu jkunu ntużaw fuq biċċiet agrikoli matul perijodu ta'

konverżjoni ta' mill-inqas sentejn qabel iż-żrigħ, jew, fil-każ ta' art miżrugħa bil-ħaxix jew

għalf perenni, mill-inqas sentejn qabel dan jintuża bħala għalf minn produzzjoni organika,

jew, fil-każ ta' għelejjel perenni li mhumiex għalf, mill-inqas tliet snin qabel l-ewwel ħsad

ta' prodotti organiċi.

1.3.1a B'deroga mill-Artikolu 7.1a.(ii), għall-għan ta' konverżjoni ta' għelejjel perenni, li jeħtieġu

perijodu ta' kultivazzjoni ta' mill-inqas tliet snin, jistgħu jkunu involuti l-varjetajiet li ma

jistgħux jiġu differenzjati faċilment sakemm il-produzzjoni inkwistjoni tkun tagħmel parti

minn pjan ta' konverżjoni u l-konverżjoni għall-produzzjoni organika tal-aħħar parti taż-

żona kkonċernata tibda fl-iqsar żmien possibbli u, fi kwalunkwe każ, ma taqbiżx massimu

ta' ħames snin.

Page 100: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 100 ANNESS DG B 1B MT

F'każijiet bħal dawn:

(i) ikunu ttieħdu miżuri xierqa sabiex tkun żgurata s-separazzjoni permanenti tal-

prodotti li ttieħdu minn kull unità kkonċernata;

(ii) l-awtorità ta' kontroll jew il-korp ta' kontroll jiġi notifikat dwar il-ħsad ta' kull

wieħed mill-prodotti kkonċernati ta' mill-inqas 48 siegħa qabel;

(iii) malli jitlesta l-ħsad, il-produttur jinforma lill-awtorità ta' kontroll jew il-korp ta'

kontroll dwar il-kwantitajiet maħsuda eżatti fl-unitajiet ikkonċernati u dwar il-

miżuri applikati biex jiġu separati l-prodotti;

(iv) il-pjan ta' konverżjoni u l-miżuri biex tkun żgurata s-separazzjoni permanenti

jkunu ġew approvati mill-awtorità kompetenti; din l-approvazzjoni għandha tkun

ikkonfermata kull sena wara l-bidu tal-pjan ta' konverżjoni.

1.3.2. L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi, f'xi każijiet, meta l-art tkun ġiet ikkontaminata bi

prodotti mhux awtorizzati għal produzzjoni organika, li testendi l-perijodu ta' konverżjoni

lil hinn mill-perijodu msemmi fil-punt 1.3.1.

1.3.3. Fil-każ ta' trattament bi prodott li ma jkunx awtorizzat għall-produzzjoni organika, l-

awtorità kompetenti tkun teħtieġ perijodu ta' konverżjoni ġdid, b'konformità mal-

punt 1.3.1.

Dan il-perijodu jista' jitqassar fiż-żewġ każijiet li ġejjin:

(a) it-trattament bi prodott li ma jkunx awtorizzat għall-produzzjoni organika bħala

parti minn miżura obbligatorja ta' kontroll ta' pesti jew ħaxix ħażin, fosthom

organiżmi li jeħtieġu kwarantina jew speċijiet invażivi, imposta mill-awtorità

kompetenti tal-Istat Membru;

(b) trattament bi prodott mhux awtorizzat għal produzzjoni organika bħala parti minn

testijiet xjentifiċi approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Page 101: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 101 ANNESS DG B 1B MT

1.3.4. Fil-każijiet imsemmijin fil-punti 1.3.2. u 1.3.3., it-tul tal-perijodu ta' konverżjoni għandu

jkun iffissat filwaqt li jitqiesu l-fatturi li ġejjin:

(a) il-proċess ta' degradazzjoni tal-prodott ikkonċernat għandu jiggarantixxi, fl-aħħar

tal-perijodu ta' konverżjoni, livell insinifikanti ta' residwi fil-ħamrija u, fil-każ ta'

għelejjel perenni, fil-pjanta;

(b) l-għelejjel li jinħasdu wara t-trattament ma jistgħux jinbiegħu bħala prodotti

organiċi.

1.3.5. Ir-regoli speċifiċi tal-konverżjoni ta' art assoċjata mat-trobbija ta' bhejjem organiċi

għandhom ikunu kif jidher hawn taħt:

1.3.5.1. Ir-regoli tal-konverżjoni għandhom japplikaw għaż-żona kollha tal-unità tal-

produzzjoni li fiha jiġi prodott l-għalf tal-annimali.

1.3.5.2. Minkejja l-punt 1.3.5.1., il-perijodu ta' konverżjoni jista' jitnaqqas għal sena fil-

mergħat u fl-ispazji fil-miftuħ użati minn speċijiet mhux erbivori.

1.4. L-oriġini tal-pjanti, inkluż il-materjal riproduttiv tal-pjanti

1.4.1. Għall-produzzjoni ta' pjanti u prodotti mill-pjanti minbarra l-materjal riproduttiv tal-pjanti,

għandu jintuża biss materjal riproduttiv tal-pjanti li jkun prodott b'mod organiku.

Għaldaqstant, il-pjanta li tkun maħsuba għall-produzzjoni ta' materjal riproduttiv tal-pjanti,

u fejn hu rilevanti, il-pjanta omm tkun ġiet prodotta b'konformità ma' dan ir-Regolament

għal mill-inqas ġenerazzjoni waħda, jew, fil-każ tal-għelejjel perenni, għal mill-inqas

ġenerazzjoni waħda matul żewġ staġunijiet ta' trobbija.

1.4.2. L-użu ta' materjal riproduttiv tal-pjanti li ma jkunx riżultat ta' produzzjoni organika

Permezz tad-deroga mill-punt 1.4.1., għal perijodu ta' żmien limitat, fejn il-materjal

riproduttiv tal-pjanti ma jkunx disponibbli fis-suq f'forma organika,

(a) jista' jintuża materjal riproduttiv tal-pjanti minn unità tal-produzzjoni

f'konverżjoni għal biedja organika.

(b) Fejn il-punt (a) ma jkunx applikabbli, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-

użu ta' materjal riproduttiv tal-pjanti mhux organiku, minbarra n-nebbieta.

Madankollu, għall-użu ta' tali materjal mhux organiku, japplikaw il-punti

1.4.2.1 sa 1.4.2.7.

Page 102: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 102 ANNESS DG B 1B MT

1.4.2.1. Il-materjal riproduttiv tal-pjanti mhux organiku jista' jintuża, sakemm il-materjal

riproduttiv tal-pjanti ma jkunx trattat bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ħlief

dawk awtorizzati għat-trattament taż-żerriegħa f'konformità mal-punt 1.6.2.,

sakemm ma jkunx preskritt trattament kimiku f'konformità mar-Regolament (UE)

Nru XX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (miżuri protettivi kontra l-

pesti tal-pjanti) għal finijiet fitosanitarji mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru

għall-varjetajiet kollha ta' speċijiet partikolari fiż-żona fejn għandu jintuża l-

materjal riproduttiv tal-pjanti.

1.4.2.2. L-Istati Membri jistgħu jikkonferixxu r-responsabbiltà għall-għoti tal-

awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 1.4.2.(b) lill-awtoritajiet ta' kontroll jew

jiddelegawha lil amministrazzjoni pubblika oħra taħt is-superviżjoni tagħhom jew

lill-korpi ta' kontroll.

1.4.2.3. L-awtorizzazzjoni biex jintuża materjal riproduttiv tal-pjanti mhux miksub mill-

metodu ta' produzzjoni organika tista' tingħata biss fil-każijiet ġejjin:

(i) fejn l-ebda varjetà tal-ispeċijiet li l-utent ikun irid jikseb tkun irreġistrata fil-

bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 10;

(ii) meta ebda fornitur, li jfisser operatur li jikkummerċjalizza materjal riproduttiv

tal-pjanti għal operaturi oħrajn, ma jkun jista’ jikkonsenja l-materjal

riproduttiv tal-pjanti qabel iż-żrigħ jew it-tħawwil f'sitwazzjonijiet fejn l-utent

ikun ordna l-materjal riproduttiv tal-pjanti fi żmien raġonevoli;

(iii) meta l-varjetà li l-utent irid jikseb ma tkunx irreġistrata fil-bażi tad-data

msemmija fl-Artikolu 10, u l-utent ikun jista’ juri li ebda waħda mill-

alternattivi rreġistrati tal-istess speċi ma hi adattata u li l-awtorizzazzjoni

għaldaqstant tkun sinifikanti għall-produzzjoni tiegħu;

(iv) meta tkun iġġustifikata għall-użu fir-riċerka, f’testijiet ta' skala żgħira bħala

prova fuq il-post jew għal skopijiet ta’ konservazzjoni tal-varjetà miftiehma

mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

1.4.2.4. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata qabel ma jinżergħu l-għelejjel.

1.4.2.5. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss lil utenti individwali għal staġun wieħed

kull darba u l-awtorità jew il-korp responsabbli għall-awtorizzazzjonijiet għandu

jirreġistra l-kwantitajiet ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti awtorizzati.

Page 103: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 103 ANNESS DG B 1B MT

1.4.2.6. B'deroga mill-punt 1.4.2.5., l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ tagħti

awtorizzazzjoni ġenerali lill-utenti kollha:

(i) għal speċi partikolari meta u sa fejn tkun sodisfatta l-kundizzjoni stabbilita

fil-punt 1.4.2.3.(i);

(ii) għal varjetà partikolari meta u sa fejn ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet

stabbiliti fil-punt 1.4.2.3.(iii).

L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu indikati

b'mod ċar fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 10.

1.4.2.7. L-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss matul perijodi li fihom tiġi aġġornata l-bażi

tad-data.

1.5. Il-ġestjoni tal-ħamrija u l-fertilizzazzjoni

1.5.1. Il-produzzjoni ta' pjanti organiċi għandha tuża prattiki ta' tħaddim tar-raba' u ta'

kultivazzjoni li jżommu jew iżidu l-massa organika fil-ħamrija, itejbu l-istabbiltà u l-

bijodiversità tal-ħamrija, u jevitaw it-trassis u l-erożjoni tal-ħamrija.

1.5.2. L-attività ta' fertilità u dik bijoloġika tal-ħamrija għandha tinżamm u tiżdied permezz ta'

newba pluriennali tal-għelejjel li tinkludi legumi u għelejjel ħodor oħrajn użati biex

idemmlu, u bl-applikazzjoni tad-demel tal-bhejjem jew materjal organiku, it-tnejn

preferibbilment ikkompostjati, minn produzzjoni organika.

1.5.2a. L-użu ta' preparati bijodinamiċi huwa permess.

1.5.3. Fejn ma jistgħux jintlaħqu l-bżonnijiet nutrittivi tal-pjanti bil-miżuri previsti fil-punti 1.5.1.

u 1.5.2., jistgħu jintużaw biss fertilizzanti u tejjieba tal-ħamrija awtorizzati biex jintużaw

fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19, u dan biss sa fejn ikun jeħtieġ. L-operaturi

għandhom iżommu r-rekords tal-użu ta' dawn il-prodotti.

Page 104: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 104 ANNESS DG B 1B MT

1.5.4. L-ammont totali ta’ demel tal-bhejjem, kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE44,

applikat fl-azjenda agrikola, ma għandux jaqbeż il-170 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru taż-

żona agrikola użata, fis-sena. Dan il-limitu għandu japplika biss għall-użu ta' demel tal-

irziezet, demel tal-irziezet imnixxef u demel tat-tjur diżidrati, ħmieġ ikkompostjat tal-

annimali, inkluż id-demel tat-tjur, id-demel tal-irziezet ikkompostjat u l-eskrementi likwidi

tal-annimali.

1.5.5. L-azjendi agrikoli tal-produzzjoni organika jistgħu jistabbilixxu ftehimiet ta' kooperazzjoni

bil-miktub esklużivament ma' azjendi u impriżi agrikoli oħrajn li jikkonformaw mar-regoli

tal-produzzjoni organika, bl-intenzjoni li jixxerred id-demel żejjed mill-produzzjoni

organika. Il-limitu massimu kif imsemmi fil-punt 1.5.4., għandu jiġi ikkalkulat abbażi tal-

unitajiet kollha tal-produzzjoni organika involuti f'din il-kooperazzjoni.

1.5.6. Jistgħu jintużaw preparati xierqa ta' mikroorganiżmi biex itejbu l-kundizzjoni ġenerali tal-

art jew iżidu n-nutrijenti fl-art jew fl-għelejjel.

1.5.7. Għall-attivazzjoni tal-kompost jistgħu jintużaw preparati addattati bbażati fuq il-pjanti, jew

preparati ta' mikroorganiżmi.

1.5.8. Ma għandhomx jintużaw fertilizzanti nitroġeni minerali.

1.6. Il-ġestjoni ta' pesti u ħaxix ħażin

1.6.1. Il-prevenzjoni tal-ħsara li jikkawżaw il-pesti u l-ħaxix ħażin ser tkun ibbażata

primarjament fuq il-protezzjoni permezz ta':

- għedewwa naturali,

- l-għażla ta' speċijiet, varjetajiet u popolazzjonijiet,

- newba tal-għelejjel,

44 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma

kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

Page 105: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 105 ANNESS DG B 1B MT

- tekniki tal-kultivazzjoni bħall-fumigazzjoni bijoloġika, metodi mekkaniċi u fiżiċi, u

- proċessi termali bħas-solarizzazzjoni u t-trattament tal-wiċċ tal-ħamrija bil-fwar (sa

fond massimu ta' 10 cm).

1.6.2. Fejn il-pjanti ma jkunux jistgħu jiġu protetti b'mod adegwat mill-pesti bil-miżuri previsti

fil-punt 1.6.1., jew f'każ ta' periklu stabbilit għall-għelejjel, jistgħu jintużaw biss prodotti

awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19, u dawn biss kemm ikun

hemm bżonn. L-operaturi għandhom iżommu r-rekords tal-użu ta' dawn il-prodotti.

1.6.3. In-nases u d-distributuri awtomatiċi ta' prodotti mhux feromoni, għandhom iżommu s-

sustanzi milli jiġu rilaxxati fl-ambjent u jipprevjenu l-kuntatt bejn is-sustanzi u l-għelejjel

li jkunu qegħdin jiġu kkultivati. In-nases għandhom jinġabru wara li jintużaw u jintremew

b'mod sigur.

1.7. Il-prodotti għat-tindif u għad-diżinfezzjoni

Rigward it-tindif u d-diżinfezzjoni, għandhom jintużaw biss il-prodotti għat-tindif u d-

diżinfezzjoni fil-produzzjoni tal-pjanti awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont

l-Artikolu 19.

Page 106: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 106 ANNESS DG B 1B MT

Parti II: Regoli tal-produzzjoni tal-bhejjem

Minbarra r-regoli tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 9 u 11, ir-regoli stabbiliti f'din il-Parti

għandhom japplikaw għall-produzzjoni tal-bhejjem.

1. Rekwiżiti ġenerali

1.1. Fejn il-bidwi li jrabbi l-bhejjem organiċi ma għandux art agrikola x'jieħu ħsieb, u ma

għandux ftehim ta' kooperazzjoni bil-miktub ma' bidwi organiku ieħor, it-trobbija ta'

bhejjem mingħajr art għandha tkun ipprojbita.

1.2. Konverżjoni

1.2.2. Il-perijodi ta' konverżjoni għall-ispeċijiet tal-annimali msemmija fl-Artikolu 11(3) minn (a)

sa (e) huma:

(a) 12-il xahar fil-każ ta' annimali bovini u ekwini għall-produzzjoni tal-laħam, u

f'kull każ għal mill-inqas tliet kwarti minn ħajjithom;

(b) sitt xhur fil-każ ta' annimali ovini, kaprini u porċini u annimali għall-produzzjoni

tal-ħalib;

(c) 10 ġimgħat għal tjur għall-produzzjoni tal-laħam, ħlief għall-papri ta' Peking, li

jkunu ddaħħlu qabel ma kellhom tlett ijiem;

(d) 7 ġimgħat għall-papri ta' Peking, li jkunu ddaħħlu qabel ma kellhom tlett ijiem;

(e) sitt ġimgħat fil-każ ta' tjur għall-produzzjoni tal-bajd, li jkunu ddaħħlu qabel ma

kellhom tlett ijiem;

Page 107: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 107 ANNESS DG B 1B MT

(f) 12-il xahar għan-naħal. Matul il-perijodu ta' konverżjoni ix-xama' għandu jkun

sostitwit b'xama' li jkun ġej minn trobbija tan-naħal organika. Madankollu, xama'

mhux organiku tista' tintuża:

(i) fejn ix-xama' minn trobbija tan-naħal organika ma jkunx disponibbli fis-suq;

(ii) fejn ikun pruvat li huwa ħieles mill-kontaminazzjoni ta' prodotti jew sustanzi

mhux awtorizzati għall-produzzjoni organika; u

(iii) dment li jkun ġej mis-suq.

1.2.3. L-annimali u l-prodotti tal-annimali magħmula waqt il-perijodu ta' konverżjoni ma

għandhomx jiġu kkummerċjalizzati bħala organiċi.

1.2.4. L-annimali u l-prodotti tal-annimali jistgħu jitqiesu li huma organiċi fit-tmiem tal-perijodu

ta' konverżjoni jekk ikun hemm konverżjoni simultanja tal-unità tal-produzzjoni kollha, u

dan jinkludi l-bhejjem, il-mergħat, u kull art li tintuża għat-tagħlif tal-annimali.

1.3. L-oriġini tal-annimali

1.3.1. Il-bhejjem organiċi għandhom jitwieldu u jitrabbew f'azjendi agrikoli organiċi.

1.3.2. L-annimali eżistenti fl-azjenda agrikola fil-bidu tal-perijodu ta' konverżjoni u l-prodotti

tagħhom jistgħu jitqiesu li jkunu organiċi wara li jkun hemm konformità mal-perijodu ta'

konverżjoni applikabbli msemmi fil-punt 1.2.2 u d-dispożizzjoni tal-punt 1.2.4.

1.3.3. Rigward it-tnissil tal-annimali organiċi:

(a) ir-riproduzzjoni għandha tuża metodi naturali; madankollu, l-inseminazzjoni

artifiċjali għandha tkun permessa;

(b) iċ-ċikli ta' riproduzzjoni ma għandhomx jitħaffu jew ikunu mfixkla bi trattament

b'ormoni jew sustanzi simili, jekk mhux bħala forma ta' trattament veterinarju

terapewtiku fil-każ ta' annimal individwali;

Page 108: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 108 ANNESS DG B 1B MT

(c) ma għandhomx jintużaw forom oħra ta' riproduzzjoni artifiċjali, bħall-ikklonjar u

t-trasferimenti tal-embrijuni;

(d) l-għażla tar-razez għandha tkun xierqa u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta'

kwalunkwe tbatija u biex tkun evitata l-ħtieġa għall-mutilazzjoni tal-annimali.

1.3.4. Fl-għażla tal-insla jew razez, għandha titqies il-kapaċità tal-annimali li jadattaw għall-

kundizzjonijiet lokali, mingħajr ħsara għat-trattament xieraq tagħhom, għall-vitalità

tagħhom u għar-reżistenza tagħhom għall-mard. Barra minn hekk, għandhom jintgħażlu

insla jew razez ta' annimali biex jiġi evitat mard speċifiku jew problemi tas-saħħa assoċjati

ma' xi insla jew razez li jintużaw fil-produzzjoni intensiva, bħas-sindrome tal-istress tal-

qżieqeż, is-Sindrome PSE (laħam pallidu, artab, inixxi), mewt f'daqqa, abort spontanju u

twelid diffiċli li jkun jeħtieġ operazzjoni ċesarja. Għandha tingħata preferenza lil insla u

razez indiġeni.

1.3.5. B'deroga mill-punt 1.3.1, annimali mhux organiċi jistgħu jiddaħħlu f’azjenda għal skopijiet

ta’ tnissil biss meta ma jkunx hemm numru suffiċjenti ta' annimali organiċi disponibbli u

soġġett għall-kondizzjonijiet previsti fil-punti 1.3.5.1 sa 1.3.5.5.

1.3.5.1. Annimali żgħar mhux organiċi, meta merħla jew qatgħa tkun ikkostitwita għall-

ewwel darba, għandhom jitrabbew skont ir-regoli ta' produzzjoni organika

minnufih hekk kif ma jibqgħux jerdgħu. Barra min hekk, ir-restrizzjonijiet li

ġejjin għandhom japplikaw fid-data li fiha l-annimali jidħlu fil-merħla:

(a) annimali bovini u ekwini għandu jkollhom inqas minn sitt xhur;

(b) annimali ovini u kaprini għandu jkollhom inqas minn 60 jum;

(c) annimali porċini għandhom jiżnu inqas minn 35 kg.

1.3.5.2 Annimali adulti maskili u annimali femminili nulliparużi mhux organiċi, għat-

tiġdid ta' merħla jew qatgħa, għandhom jitrabbew sussegwentement skont ir-regoli

tal-produzzjoni organika. Barra minn hekk, in-numru ta' mammiferi femminili

huwa soġġett għar-restrizzjonijiet li ġejjin kull sena:

(a) sa massimu ta' 10 % ta' annimali ekwini jew bovini adulti u 20 % tal-annimali

porċini, ovini u kaprini adulti;

Page 109: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 109 ANNESS DG B 1B MT

(b) għall-unitajiet b'inqas minn għaxar annimali ekwini jew bovini, jew b'inqas

minn ħames annimali porċini, ovini jew kaprini kwalunkwe tiġdid kif

imsemmi hawn fuq għandu jkun limitat għal massimu ta' annimal wieħed fis-

sena.

1.3.5.3. Il-perċentwali msemmi fil-punt 1.3.5.2 jista' jiżdied għal 40 %, soġġett għal

awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, fil-każijiet speċjali li ġejjin:

(a) meta ssir estensjoni kbira mar-razzett;

(b) meta tinbidel razza;

(c) meta tinbeda speċjalizzazzjoni ġdida ta' bhima;

(d) meta r-razez ikunu fil-periklu li jintilfu minħabba l-biedja kif definit mill-

Istati Membri f'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE)

Nru 807/201445 u f'dak il-każ l-annimali ta' dawk ir-razez ma għandhomx

neċessarjament ikunu nulliparużi.

1.3.5.4. Għar-rinnovazzjoni tal-ġarer tan-naħal, 20% fis-sena tal-irġejjen tan-naħal u tal-

frieħ tan-naħal jistgħu jiġu sostitwiti bi rġejjen tan-naħal u frieħ tan-naħal li

mhumiex organiċi fl-unità tal-produzzjoni organika sakemm l-irġejjen tan-naħal u

l-frieħ tan-naħal jitqiegħdu f'doqqajs fejn ix-xehda jew il-folji tax-xehda jkunu

ġejjin minn unitajiet ta' produzzjoni organika.

1.3.5.5. Meta qatgħa għasafar tiġi kkostitwita għall-ewwel darba, imġedda jew

rikostitwita, it-tjur imrobbija b'mod mhux organiku jistgħu jinġiebu fl-unità tal-

produzzjoni tat-tjur organiċi, sakemm it-tiġieġ għall-produzzjoni tal-bajd u t-tjur

għall-produzzjoni tal-laħam ikollhom inqas minn tlett ijiem.

45 Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li

jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet transitorji (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 1)

Page 110: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 110 ANNESS DG B 1B MT

1.4. Nutrizzjoni

1.4.1. Rekwiżiti ġenerali tan-nutrizzjoni

Rigward in-nutrizzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) l-għalf tal-bhejjem għandu jinkiseb primarjament mill-azjenda agrikola fejn

jinżammu l-annimali jew minn azjendi organiċi oħrajn fl-istess reġjun;

(b) il-bhejjem għandhom jintgħalfu b'għalf organiku jew f'konverżjoni kif imsemmi

fil-punt 1.4.3, li jissodisfa l-ħtiġijiet nutrittivi tal-annimali fl-istadji varji tal-

iżvilupp. It-tagħlif ristrett mhuwiex permess fil-produzzjoni tal-bhejjem;

(c) huwa pprojbit li l-bhejjem jinżammu f'kundizzjonijiet jew fuq dieta, li jistgħu

jinkoraġġixxu l-anemija;

(d) il-prattiki tat-tismin għandhom ikunu reversibbli f'kull stadju tal-proċess tat-

trobbija. It-tagħlif sfurzat huwa pprojbit;

(e) bl-eċċezzjoni tan-naħal, il-bhejjem għandu jkollhom aċċess permanenti għall-

mergħa jew għall-għalf oħxon;

(f) ma għandhomx jintużaw promoturi tat-tkabbir u aċidi amminiċi sintetiċi;

(g) l-annimali mhux miftumin għandhom preferibbilment jingħataw il-ħalib tal-omm

għal perijodu minimu;

(h) il-materjali tal-għalf ta' oriġini minerali, l-addittivi tal-għalf, ċerti prodotti li

jintużaw fin-nutrizzjoni tal-annimali u għajnuniet għall-ipproċessar għandhom

jintużaw biss jekk ikunu ġew awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont

l-Artikolu 19.

Page 111: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 111 ANNESS DG B 1B MT

1.4.1a. Ragħa fuq art organika

L-annimali organiċi għandhom jirgħu fuq art organika. Madankollu, annimali mhux

organiċi jistgħu jużaw mergħa organika għal perijodu ta' żmien limitat kull sena, sakemm

tali annimali jkunu ġejjin minn sistema ta' biedja ekwivalenti għal waħda minn dawk

stipulati fl-Artikoli 23, 25, 28, 30, 31 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u li l-

annimali organiċi ma jkunux preżenti fl-istess ħin fuq dik il-mergħa.

1.4.2. Il-mergħa fuq art komuni u t-transumanza

1.4.2.1. L-annimali organiċi jistgħu jimirħu fuq art komuni, sakemm:

(a) l-art komuni ma tkunx ġiet trattata bi prodotti mhux awtorizzati għall-

produzzjoni organika għal mill-inqas tliet snin;

(b) kull annimal mhux organiku li juża din l-art ikun ġej minn sistema ta'

produzzjoni li tkun ekwivalenti għal waħda minn dawk stipulati fl-

Artikoli 23, 25, 28, 30, 31 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/201346;

(c) kull prodott tal-bhejjem minn annimali organiċi, waqt li jkunu qed jużaw din

l-art, ma jitqiesx bħala prodott minn produzzjoni organika, sakemm ma tkunx

tista' tiġi ppruvata segregazzjoni adegwata minn annimali mhux organiċi.

1.4.2.2. Matul il-perijodu ta' transumanza, l-annimali jistgħu jimirħu fuq art mhux

organika meta jkunu qed jitmexxew, bil-pass, minn mergħa għal oħra. Huwa

permess li l-annimali jieklu għalf mhux organiku fl-għamla ta' ħxejjex tal-mergħa,

għal massimu ta' 35 jum li jkopru kemm il-vjaġġ 'il barra kif ukoll il-vjaġġ tar-

ritorn. Matul dan il-perijodu, bhejjem organiċi għandhom jinżammu separati minn

bhejjem oħra.

46 Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-

17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

Page 112: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 112 ANNESS DG B 1B MT

1.4.3. It-tagħlif waqt il-konverżjoni

1.4.3.1. Fl-azjendi agrikoli fi stat ta' konverżjoni, sa 20 % tal-ammont medju totali ta’

prodotti tal-għalf mogħtija lill-bhejjem jista’ jkun ġej mill-imrieħ jew mill-ħsad

ta’ mergħat permanenti, minn biċċiet agrikoli perenni tal-għalf jew mill-għelejjel

tal-proteini, miżrugħin skont ġestjoni organika f’artijiet li jkunu fl-ewwel sena tal-

konverżjoni tagħhom, dejjem jekk dawn ikunu parti mill-istess azjenda. F’każ li

prodotti tal-għalf minn biċċiet agrikoli li jkunu kemm fl-ewwel sena kif ukoll fit-

tieni sena tal-konverżjoni tagħhom ikunu qed jintużaw għat-tagħlif, il-perċentwali

tal-ammont totali ta' dan l-għalf ma għandux jaqbeż il-perċentwali massimu

stabbiliti fil-punt 1.4.3.2. L-għalf prodott fl-ewwel sena tal-konverżjoni ma jistax

jintuża għall-produzzjoni ta' għalf ipproċessat organiku.

1.4.3.2. Fl-azjendi agrikoli organiċi, sa 30 % tar-razzjon tal-formola tal-għalf bħala medja

jista' jkun magħmul minn għalf prodott waqt il-konverżjoni, jiġifieri għalf mit-

tieni sena tal-konverżjoni. Għall-azjendi agrikoli fil-konverżjoni, jekk l-għalf mit-

tieni sena tal-konverżjoni jkun mill-istess azjenda, dan il-perċentwali jista' jiżdied

sa 100%.

1.4.3.3. Iċ-ċifri fil-punti 1.4.3.1. u 1.4.3.2. għandhom jiġu kkalkulati kull sena bħala

perċentwali tal-materja niexfa ta' prodotti tal-għalf ta' oriġini mill-pjanti.

1.4.4. L-użu ta’ ċerti materjali tal-għalf u sustanzi fl-għalf

Il-materjali tal-għalf organiku biss, kif ukoll materjali tal-għalf u addittivi tal-għalf

awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19 u l-punt 3 tal-parti IV

tal-Anness II jistgħu jintużaw fl-ipproċessar tal-għalf organiku u fit-tagħlif tal-annimali

organiċi.

1.5. Il-kura tas-saħħa

1.5.1. Il-prevenzjoni tal-mard

1.5.1.1. Il-prevenzjoni tal-mard għandha tkun ibbażata fuq l-għażla tal-insla u tar-razez,

fuq il-prattiki ta' ġestjoni tat-trobbija, fuq l-għalf ta' kwalità tajba u fuq l-

eżerċizzju, id-densitajiet ta' stokkijiet xierqa u l-kennijiet adegwati u xierqa

miżmuma f'kundizzjonijiet iġjeniċi.

Page 113: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 113 ANNESS DG B 1B MT

1.5.1.2. Għandu jkun permess l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi.

1.5.1.3. L-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament jew ta'

antibijotiċi għal trattament ta' prevenzjoni huwa pprojbit.

1.5.1.4. L-użu ta' sustanzi li jippromwovu t-tkabbir jew il-produzzjoni (inklużi l-

antibijotiċi, il-koċċidijostatiċi, u għajnuniet artifiċjali oħra għall-iskop tal-

promozzjoni tat-tkabbir) u l-użu ta' ormoni jew sustanzi simili għall-kontroll tar-

riproduzzjoni jew għal għanijiet oħra (eż. l-induzzjoni jew is-sinkronizzazzjoni

tal-estru), huwa pprojbit.

1.5.1.5. Meta l-bhejjem jinkisbu minn unitajiet ta' produzzjoni li mhumiex organiċi,

jistgħu japplikaw miżuri speċjali bħal testijiet ta' skrinjar jew perijodi ta'

kwarantina, skont iċ-ċirkostanzi lokali.

1.5.1.6. Rigward it-tindif u d-diżinfezzjoni, għandhom jintużaw biss il-prodotti għat-tindif

u d-diżinfezzjoni f'binjiet u installazzjonijiet għall-bhejjem awtorizzati għall-użu

fil-produzzjoni organika, skont l-Artikolu 19.

1.5.1.7. Il-kennijiet, l-imqawel, it-tagħmir u l-aċċessorji għandhom jitnaddfu u jkunu

diżinfettati tajjeb biex jiġu evitati infezzjonijiet minn wieħed għall-ieħor u ż-żieda

tal-organiżmi li jġorru l-mard. Il-ħmieġ tal-annimali, l-awrina u l-għalf li ma

jkunx ittiekel jew li jkun waqa' għandhom jitneħħew kemm-il darba jkun hemm

bżonn biex tonqos kemm jista' jkun ir-riħa u ma jiġux attratti insetti jew ġrieden.

Il-veleni tal-ġrieden (li għandhom jintużaw biss fin-nases), u l-prodotti awtorizzati

għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19, jistgħu jintużaw għall-

eliminazzjoni ta' insetti u pesti oħra fi strutturi u f'installazzjonijiet oħra fejn

jinżammu l-bhejjem.

1.5.2. It-trattament veterinarju

1.5.2.1. F'każ li minkejja li jitwettqu miżuri preventivi biex jiżguraw li l-annimali jibqgħu

f'saħħithom, dawn jimirdu jew iweġġgħu, għandhom jingħataw kura minnufih.

Page 114: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 114 ANNESS DG B 1B MT

1.5.2.2. Il-mard għandu jiġi trattat immedjatament sabiex tiġi evitata t-tbatija tal-annimal;

prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament, inklużi l-

antibijotiċi jistgħu jintużaw fejn jeħtieġ u f'kundizzjonijiet stretti u taħt ir-

responsabbiltà ta' veterinarju, fejn ma jkunx addattat l-użu ta' prodotti

fitoterapewtiċi, omeopatiċi u oħrajn. B'mod partikolari għandhom jiġu ddefiniti r-

restrizzjonijiet rigward korsijiet ta' trattament u perijodi ta' rtirar.

1.5.2.3. Materjali tal-għalf ta' oriġini minerali u addittivi nutrittivi awtorizzati għall-użu

fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19, u l-prodotti fitoterapewtiċi u

omeopatiċi għandhom jintużaw bi preferenza għal trattamenti veterinarji allopatiċi

sintetizzati kimikament, inklużi l-antibijotiċi, dejjem jekk l-effett terapewtiku

tagħhom ikun effettiv għall-ispeċi ta' annimal, u għall-kundizzjoni li għaliha huwa

maħsub it-trattament.

1.5.2.4. Bl-eċċezzjoni tat-tilqim, ta' trattamenti għall-parassiti u skemi obbligatorji ta'

eradikazzjoni fejn annimal jew grupp ta' annimali jirċievu iktar minn tliet korsijiet

ta' trattamenti bi prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament,

fosthom l-antibijotiċi, fi żmien 12-il xahar, jew iktar minn kors wieħed ta'

trattament jekk iċ-ċiklu produttiv tal-ħajja tagħhom huwa ta' inqas minn sena, il-

bhejjem ikkonċernati, jew il-prodotti dderivati minnhom, ma jistgħux jinbiegħu

bħala prodotti organiċi, u l-bhejjem għandhom joqogħdu għall-perijodi ta'

konverżjoni stabbiliti fil-punt 1.2.

1.5.2.5. Il-perijodu tal-irtirar bejn l-aħħar amministrazzjoni tal-prodott mediċinali

veterinarju allopatiku lil annimal f'kundizzjonijiet ta' użu normali, u l-produzzjoni

ta' prodotti tal-għalf iffabbrikati b'mod organiku minn dawn l-annimali, għandu

jkun darbtejn il-perijodu tal-irtirar imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva

2001/82/KE jew, f'każ fejn dan il-perijodu ma jkunx speċifikat, 48 siegħa.

1.5.2.6. Għandhom ikunu permessi t-trattamenti marbutin mal-protezzjoni tas-saħħa tal-

bniedem u tal-annimali, imposti abbażi tal-leġislazzjoni tal-Unjoni.

Page 115: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 115 ANNESS DG B 1B MT

1.6. Il-kundizzjonijiet tal-istrutturi tal-kenn tal-bhejjem u l-prattiki tat-trobbija

1.6.1. L-insulazzjoni, it-tisħin u l-ventilazzjoni tal-bini għandhom jassiguraw li ċ-ċirkolazzjoni

tal-arja, il-livell tat-trab, it-temperatura, l-umdità relattiva tal-arja u l-konċentrazzjoni

gassuża, jinżammu f'limiti li ma jkunux ta' ħsara għall-benessri tal-annimali. Il-bini għandu

jkun jippermetti li jidħol ħafna dawl naturali.

1.6.2. L-istrutturi tal-kenn tal-bhejjem m'għandhomx ikunu obbligatorji f'żoni b'kundizzjonijiet

klimatiċi xierqa li jippermettu li l-annimali jgħixu barra. L-annimali għandu jkollhom

aċċess għal strutturi ta' kenn jew postijiet fid-dell li jipproteġuhom minn kundizzjonijiet

tat-temp ħżiena.

1.6.3. Id-densità tal-istokkijiet fil-binjiet għandha tipprovdi għall-kumdità, il-benessri u l-ħtiġijiet

speċifiċi għall-ispeċi tal-annimali li, b'mod partikolari, għandhom ikunu jiddependu fuq l-

ispeċi, ir-razza u l-età tal-annimali. Għandhom jitqiesu wkoll il-ħtiġijiet tal-imġiba tal-

annimali li jiddependu b'mod partikolari fuq id-daqs tal-grupp u fuq is-sess tal-annimali.

Id-densità għandha tiżgura t-trattament xieraq tal-annimali billi dawn ikollhom biżżejjed

spazju biex joqogħdu bilwieqfa b'mod naturali, jiċċaqilqu, jimteddu faċilment, iduru,

jitnaddfu, joqogħdu f'kull pożizzjoni naturali u jagħmlu l-movimenti naturali kollha, bħal

jitmattru u jfarfru ġwinħajhom.

1.6.5. L-ispazji fil-miftuħ jistgħu jkunu parzjalment imsaqqfa. Il-verandi ma jitqisux bħala spazji

fil-miftuħ.

1.6.6. Id-densità totali tal-istokkijiet ma għandhiex taqbeż il-limitu ta' 170 kg ta' nitroġenu

organiku tal-ispazju agrikolu kull ettaru fis-sena.

1.6.7. Biex tiġi ddeterminata d-densità tal-bhejjem xierqa msemmija fil-punt 1.6.6., l-awtorità

kompetenti għandha tistabbilixxi l-unitajiet ta' bhejjem ekwivalenti għal-limitu msemmi

fil-punt 1.6.6., skont iċ-ċifri stabbiliti f'kull wieħed mir-rekwiżiti speċifiċi għall-

produzzjoni tal-annimali.

Page 116: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 116 ANNESS DG B 1B MT

1.7. It-trattament xieraq tal-annimali

1.7.1. Kull persuna li żżomm l-annimali għandu jkollha l-għarfien bażiku u l-kapaċitajiet

meħtieġa fir-rigward tas-saħħa u l-ħtiġijiet tat-trattament xieraq tal-annimali.

1.7.2. Il-prattiki tat-trobbija, inkluż id-densitajiet tal-istokkijiet, u l-kundizzjonijiet tal-

akkomodazzjoni għandhom jiżguraw li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta' żvilupp, fiżjoloġiċi u

etoloġiċi tal-annimali.

1.7.3. Il-bhejjem għandu jkollhom aċċess permanenti għal spazji fil-miftuħ, preferibbilment fil-

mergħa, kull meta jippermettu l-kundizzjonijiet tat-temp u l-istat tal-art, sakemm ma jkunx

hemm imposti restrizzjonijiet u l-obbligi relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin u

tal-annimali, abbażi tal-leġislazzjoni tal-Unjoni.

1.7.4. L-għadd ta' bhejjem għandu jkun limitat biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm wisq

bhejjem jirgħu, tgħaffiġ tal-ħamrija, erożjoni, jew tniġġis ikkawżat mill-annimali jew mit-

tixrid tad-demel tagħhom.

1.7.6. L-irbit jew l-iżolament tal-bhejjem għandu jkun ipprojbit, jekk mhux għal annimali

individwali għal perijodu limitat ta' żmien sakemm dan ikun minħabba raġunijiet

veterinarji. L-iżolazzjoni tal-bhejjem tista' tkun awtorizzata biss, għal perijodu ta' żmien

limitat, meta s-sigurtà tal-ħaddiema tkun fil-periklu u għal raġunijiet ta' trattament xieraq

tal-annimali. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw li l-bhejjem fl-irziezet

b'massimu ta' 50 annimal (b'eċċezzjoni ta' ġidd ta' età żgħira) jintrabtu jekk ma jkunx

possibbli li jinżammu fi gruppi addattati għall-ħtiġijiet tal-imġiba tagħhom, dejjem jekk

dawn ikollhom aċċess għall-mergħat matul il-perijodu tar-ragħa, u għall-inqas darbtejn fil-

ġimgħa jkollhom aċċess għal spazji fil-miftuħ meta r-ragħa ma jkunx possibbli.

1.7.7. It-tul taż-żmien tat-trasportazzjoni tal-bhejjem għandu jiġi minimizzat.

1.7.8. Għandha tinżamm għall-minimu kull tbatija tul il-ħajja kollha tal-annimal, anki fil-ħin tal-

qatla.

1.7.9. Il-mutilazzjoni tal-annimali hija pprojbita.

Page 117: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 117 ANNESS DG B 1B MT

1.7.9a. Il-qtugħ tad-denb, l-illimar tal-munqar u t-tneħħija tal-qrejjen, inkluż il-qrejjen ta' annimali

li jkollhom inqas minn xahrejn huma permessi biss skont il-każ, meta dawn ikunu jtejbu s-

saħħa, it-trattament xieraq jew l-iġjene tal-bhejjem jew meta s-sigurtà tal-ħaddiema tkun

fil-periklu. Dawn l-operazzjonijiet għandhom ikunu awtorizzati minn awtorità kompetenti

u jsiru minn persunal ikkwalifikat.

1.7.10. Kull tbatija tal-annimali għandha titnaqqas kemm jista' jkun billi jintuża l-loppju

(anesteżija) u/jew l-analġeżija adegwati u billi operazzjoni ssir biss fl-iktar età addattata

minn persunal ikkwalifikat.

1.7.11 Il-kastrazzjoni fiżika għandha tkun permessa biex tinżamm il-kwalità tal-prodotti u tal-

prattiki tradizzjonali tal-produzzjoni iżda skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 1.7.10

biss.

1.7.12. It-tagħbija u l-ħatt tal-annimali għandhom isiru mingħajr l-użu ta' ebda tip ta' stimolazzjoni

elettrika jew stimolazzjoni oħra bl-uġigħ li tisforza lill-annimali jiċċaqilqu. L-użu ta'

kalmanti allopatiċi, qabel jew matul it-trasport, huwa pprojbit.

Page 118: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 118 ANNESS DG B 1B MT

Parti III: Ir-regoli tal-produzzjoni għall-alga u l-annimali tal-akkwakultura

2. Rekwiżiti ġenerali

2.1. Il-ħidmiet għandhom iseħħu f’postijiet li mhumiex soġġetti għat-tniġġis minn prodotti jew

sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-produzzjoni organika, jew minn pollutanti li

jipperikolaw in-natura organika tal-prodotti.

2.2. L-unitajiet tal-produzzjoni organika u mhux organika għandhom ikunu separati sew u

f'konformità mad-distanzi minimi tas-separazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri fejn dawn

id-distanzi minimi ta' separazzjoni huma stabbiliti. It-tali miżuri ta’ separazzjoni għandhom

jissejsu fuq il-qagħda naturali, fuq sistemi separati tat-tixrid tal-ilma, fuq id-distanzi, il-

flussi tal-marea u l-post tal-unità organika tal-produzzjoni jkunx favur jew kontra l-kurrent.

Il-produzzjoni tal-alga u l-akkwakultura ma għandhiex titqies bħala organika meta ssir

f'postijiet jew f'żoni identifikati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala postijiet jew żoni

li mhumiex addattati għal tali attivitajiet.

2.3. Għall-ħidmiet il-ġodda kollha li jkunu qed japplikaw għall-produzzjoni organika u li jkunu

qed jipproduċu iktar minn 20 tunnellata ta’ prodotti tal-akkwakultura fis-sena, għandha

tkun meħtieġa valutazzjoni ambjentali li tkun proporzjonata mal-unità tal-produzzjoni biex

jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tal-unità tal-produzzjoni u tal-ambjent immedjat tagħha

u l-effetti li probabbli jkollha meta tibda titħaddem. L-operatur għandu jipprovdi l-

valutazzjoni ambjentali lill-korp jew lill-awtorità ta’ kontroll. Il-kontenut tal-valutazzjoni

ambjentali għandu jkun ibbażat fuq l-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill47. Jekk l-unità tal-produzzjoni tkun diġà soġġetta għal valutazzjoni

ekwivalenti, allura l-użu tagħha għandu jkun permess għal dan il-għan.

2.4. L-operatur għandu jipprovdi pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ħsad tal-akkwakultura u

tal-alga li jkun proporzjonat mal-unità tal-produzzjoni.

47 Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

Page 119: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 119 ANNESS DG B 1B MT

2.5. Il-pjan għandu jkun aġġornat kull sena u għandu jagħti dettalji dwar l-effetti ambjentali tal-

ħidma u dwar il-monitoraġġ ambjentali li għandu jsir, u jelenka l-miżuri li għandhom

jitwettqu biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti negattivi fuq l-ambjenti akkwatiċi u

terrestri tal-madwar, inkluż, fejn applikabbli, it-tnixxija ta’ nutrijenti fl-ambjent għal kull

ċiklu tal-produzzjoni jew fis-sena. Il-pjan għandu jirreġistra s-sorveljanza u t-tiswija tat-

tagħmir tekniku.

2.5a. Il-miżuri difensivi u preventivi li jittieħdu kontra predaturi skont id-Direttiva tal-Kunsill

92/43/KEE u r-regoli nazzjonali għandhom jiġu rreġistrati fil-pjan għall-ġestjoni

sostenibbli.

2.5b. Fejn applikabbli, għandha ssir il-koordinazzjoni mal-operaturi fil-viċinanza sabiex jitfassal

il-pjan għall-ġestjoni.

2.6. Bħala parti mill-pjan għall-ġestjoni sostenibbli, l-operaturi tan-negozji tal-akkwakultura u

tal-alga għandhom ifasslu skeda għat-tnaqqis tal-iskart li għandha tkun implimentata meta

jinbdew il-ħidmiet. Fejn ikun possibbli, l-użu tas-sħana residwa għandu jkun limitat għall-

enerġija minn sorsi rinnovabbli.

3. Rekwiżiti għall-alga

Minbarra r-regoli ġenerali tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 9 u 12, u fejn ikun

rilevanti, fit-Taqsima 2, ir-regoli stabbiliti f'din it-Taqsima 3 għandhom japplikaw għall-

ġbir u l-produzzjoni tal-alga. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-

produzzjoni tal-fitoplankton.

3.1. Konverżjoni

3.1.1. Għal sit għall-ħsad tal-alga, il-perijodu ta' konverżjoni għandu jkun ta’ sitt xhur.

3.1.2. Għal unità tal-produzzjoni tal-alga, il-perijodu ta' konverżjoni għandu jkun jew ta’ sitt xhur

jew ċiklu wieħed sħiħ tal-produzzjoni, skont liema minnhom ikun l-itwal.

Page 120: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 120 ANNESS DG B 1B MT

3.2. Ir-regoli tal-produzzjoni għall-alga

3.2.1. Il-ġbir tal-alga salvaġġa li tikber fil-baħar b'mod naturali, u ta' partijiet minnha, huwa

kkunsidrat metodu ta' produzzjoni organika dment li:

(a) iż-żoni fejn din tikber ikunu ta' status ekoloġiku għoli kif iddefinit fid-Direttiva

2000/60/KE, u ma jkunux meqjusa mhux addattati mil-lat tas-saħħa.

(b) il-ġbir ma jaffettwax b'mod sinifikanti l-istabbiltà tal-ekosistema naturali jew il-

manteniment tal-ispeċijiet fiż-żona tal-ġabra.

3.2.2. Il-kultivazzjoni tal-alga għandha ssir f'żoni mal-kosta b'karatteristiċi ambjentali u tas-saħħa

tal-anqas ekwivalenti għal dawk deskritti fil-punt 3.2.1(a) biex tkun meqjusa bħala

organika. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ir-regoli tal-produzzjoni li ġejjin:

(a) għandhom jintużaw prattiki sostenibbli fl-istadji kollha tal-produzzjoni, mill-ġbir

tal-alga żagħżugħa sal-ħsad;

(b) biex ikun żgurat li tinżamm ġabra wiesgħa ta' ġeni, il-ġbir tal-alga żagħżugħa fis-

selvaġġ għandu jsir b'mod regolari biex tiġi ssupplimentata l-ħażna tal-istokkijiet

li jitkabbru ġewwa;

(c) ma għandhomx jintużaw fertilizzanti ħlief f'faċilitajiet ta' ġewwa u għandhom

jintużaw biss jekk dawn ikunu ġew awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika

għal dan il-għan skont l-Artikolu 19.

4. Ir-rekwiżiti għall-annimali tal-akkwakultura

Minbarra r-regoli ġenerali tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 9, 12, u fejn ikun

rilevanti fit-Taqsima 2, ir-regoli stabbiliti f'din it-Taqsima 4 għandhom japplikaw għall-

ispeċijiet tal-ħut, il-krustaċji, l-ekinodermi u l-molluski.

Dawn ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għaż-żooplankton, għall-

mikrokrustaċji, għar-rotiferi, għall-ħniex u għall-annimali akkwatiċi l-oħra tal-għalf.

4.1. Rekwiżiti ġenerali

Page 121: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 121 ANNESS DG B 1B MT

4.1.1. Konverżjoni

Għandhom japplikaw il-perijodi tal-konverżjoni li ġejjin għat-tipi ta’ unitajiet tal-

produzzjoni tal-akkwakultura li ġejjin, inklużi l-annimali tal-akkwakultura li diġà jeżistu:

(a) perijodu ta' konverżjoni ta’ 24 xahar għall-faċilitajiet li ma jistgħux jitbattlu

mill-ilma, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati;

(b) perijodu ta' konverżjoni ta’ 12-il xahar għall-faċilitajiet li jkunu tbattlu mill-

ilma jew li sserrħu;

(c) perijodu ta' konverżjoni ta’ sitt xhur għall-faċilitajiet li tbattlu mill-ilma, li

tnaddfu u li ġew iddiżinfettati;

(d) għall-faċilitajiet fl-ilma miftuħ, anki dawk li jipproduċu l-molluski bivalvi,

perijodu ta' konverżjoni ta' tliet xhur.

4.1.2. L-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura

4.1.2.1. Rigward l-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura għandhom japplikaw ir-regoli li

ġejjin:

(a) l-akkwakultura organika għandha tkun ibbażata fuq it-trobbija ta' ġidd ta' età

żgħira li joriġinaw minn ġidd organiku u minn impriżi organiċi;

(b) għandhom jintużaw speċijiet imkabbrin lokalment u t-trobbija għandha

timmira li toħloq razez li jkunu iktar addattati għall-kundizzjonijiet tal-

produzzjoni, biex ikunu żgurati s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u

użu tajjeb tar-riżorsi tal-għalf. Il-korp jew l-awtorità ta’ kontroll għandhom

jingħataw evidenza dokumentata dwar l-oriġini u t-trattament tagħhom;

(c) għandhom jintgħażlu speċijiet li jistgħu jitrabbew mingħajr ma ssir ħsara

sinifikanti lill-istokkijiet slavaġ;

Page 122: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 122 ANNESS DG B 1B MT

(d) annimali tal-akkwakultura slavaġ maqbudin jew annimali tal-akkwakultura

mhux organika jistgħu jiddaħħlu f'azjenda biex itejbu l-istokkijiet ġenetiċi. It-

tali annimali għandhom jinżammu skont ġestjoni organika għal mill-anqas

tliet xhur qabel ma jkunu jistgħu jintużaw għat-tgħammir;

(da) għall-għanijiet tat-tkabbir il-qbid ta’ ħut żgħir selvaġġ tal-akkwakultura huwa

ristrett b’mod speċifiku għall-każijiet li ġejjin:

(i) l-influss naturali ta’ ħut jew larva tal-krustaċji u ħut żgħir meta jkunu qed

jimtlew il-vaski, is-sistemi taż-żamma u l-ispazji magħluqin;

(ii) is-sallura Ewropea ta’ inqas minn sena, dejjem jekk ikun hemm fis-seħħ

pjan għall-ġestjoni tas-sallur approvat għal dak il-post u r-riproduzzjoni

artifiċjali tas-sallur tibqa’ ma tissolviex;

(iii) ripopolazzjoni tal-ħut żgħir salvaġġ ta’ speċi minbarra s-sallura Ewropea

fl-akkwakultura estensiva f’artijiet mistagħdra, bħal vaski tal-ilma

salmastru, żoni tal-marea u laguni ta’ mal-kosta, sakemm:

− ir-ripopolazzjoni tkun konformi mal-miżuri ta’ ġestjoni approvati

mill-awtoritajiet rilevanti sabiex jiġi żgurat l-isfruttament sostenibbli

tal-ispeċijiet ikkonċernati, u

− il-ħut jingħata biss għalf li jkun disponibbli b'mod naturali fl-ambjent.

(db) għall-għanijiet tat-tkabbir u fejn annimali organiċi tal-akkwakultura żgħar ma

jkunux disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta' annimali

żgħar mhux organiċi, sakemm mill-inqas l-aħħar żewġ terzi taż-żmien taċ-

ċiklu tal-produzzjoni jkun ġestit skont ġestjoni organika.

Page 123: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 123 ANNESS DG B 1B MT

4.1.2.2. Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin rigward it-trobbija:

(a) l-użu tal-ormoni u tad-derivati tal-ormoni għandu jkun ipprojbit;

(b) ma għandhomx jintużaw il-produzzjoni artifiċjali ta' varjetajiet monosesswali

ħlief permezz tal-għażla magħmula bl-idejn, l-induzzjoni tal-poliplojdija, l-

ibridizzazzjoni u l-ikklonjar artifiċjali;

(c) għandhom jintgħażlu varjetajiet addattati;

(d) fejn xieraq, għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi skont l-ispeċi

għall-ġestjoni, it-trobbija u l-produzzjoni żagħżugħa ta' ġidd.

4.1.3. Nutrizzjoni

4.1.3.1. Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin dwar l-għalf għall-ħut u l-krustaċji u l-

ekinodermi:

(a) l-annimali għandhom jintgħalfu b'għalf li jissodisfa l-ħtiġijiet nutrizzjonali

tagħhom fl-istadji varji tal-iżvilupp tagħhom;

(b) ir-reġimi tat-tagħlif għandhom jitfasslu bil-prijoritajiet li ġejjin:

(i) is-saħħa tal-annimali u l-ġid tal-annimali;

(ii) kwalità għolja tal-prodotti, inkluż tal-kompożizzjoni nutrizzjonali, li

għandha tiżgura kwalità għolja tal-prodott aħħari li jista’ jittiekel;

(iii) impatt baxx fuq l-ambjent;

(c) il-frazzjoni tal-għalf mill-pjanti għandha toriġina minn produzzjoni organika

u l-frazzjoni tal-għalf idderivata minn annimali akkwatiċi għandha toriġina

minn sfruttament sostenibbli tas-sajd;

Page 124: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 124 ANNESS DG B 1B MT

(d) fil-każ ta' materjal tal-għalf mhux organiku li joriġina mill-pjanti, materjal tal-

għalf li joriġina minn annimali u minerali, addittivi tal-għalf; ċerti prodotti li

jintużaw fin-nutrizzjoni tal-annimali u għajnuniet għall-ipproċessar

għandhom jintużaw biss jekk ikunu awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni

organika skont dan ir-Regolament;

(e) ma għandhomx jintużaw promoturi tat-tkabbir u aċidi amminiċi sintetiċi;

(f) fl-akkwakultura organika jistgħu jintużaw biss materjali tat-tagħlif ta' oriġini

minerali li jkunu awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-

Artikolu 19;

(g) fl-akkwakultura organika jistgħu jintużaw biss addittivi tal-ikel, ċerti prodotti

li jintużaw għan-nutrizzjoni tal-annimali u l-għajnuniet għall-ipproċessar

imsemmija fil-punt 1.4.4. tal-Parti II.

4.1.4. Il-kura tas-saħħa

4.1.4.1. Il-prevenzjoni tal-mard

Rigward il-prevenzjoni tal-mard għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) il-prevenzjoni tal-mard għandha tkun ibbażata fuq iż-żamma tal-annimali fl-

aqwa kundizzjonijiet permezz ta' ippostjar xieraq, li jqis, fost affarijiet oħra l-

ħtiġijiet tal-ispeċijiet ta' kwalità tajba tal-ilma, tar-rata tal-fluss u l-kambju, l-

aqwa disinn tal-impriżi, l-applikazzjoni ta' prattiki ta' trobbija u ta' ġestjoni

tajbin, inkluż it-tindif u d-diżinfezzjoni regolari tal-postijiet, għalf ta' kwalità

għolja, densità ta' ħażna xierqa, u selezzjoni xierqa tal-insla u r-razez;

(b) l-użu ta' mediċini veterinarji immunoloġiċi huwa permess;

Page 125: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 125 ANNESS DG B 1B MT

(c) il-pjan dwar il-ġestjoni tas-saħħa tal-annimali għandu jagħti d-dettalji dwar il-

prattiki tal-bijosigurtà u tal-prevenzjoni tal-mard, inkluż ftehim bil-miktub

dwar konsulenza dwar is-saħħa li tkun proporzjonata mal-unità tal-

produzzjoni, minn servizzi kkwalifikati fis-saħħa tal-annimali tal-

akkwakultura li għandhom iżuru l-istabbiliment tal-inqas darba fis-sena u

mhux inqas minn darba kull sentejn fil-każ tal-frott tal-baħar bivalvi;

(d) is-sistemi fejn jinżammu l-annimali, it-tagħmir u l-għodod għandhom

jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati sewwa;

(e) l-organiżmi bijoloġiċi li jikbru mat-tagħmir għandhom jitneħħew biss

b’mezzi fiżiċi jew bl-idejn u, fejn ikun xieraq, għandhom jerġgħu jintefgħu

fil-baħar 'il bogħod mill-azjenda agrikola;

(f) jistgħu jintużaw biss sustanzi tat-tindif u tad-diżinfettar tat-tagħmir u tal-

faċilitajiet li jkunu awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-

Artikolu 19.

(g) rigward is-serħan tal-faċilitajiet għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(i) l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi dwar jekk hux meħtieġ is-

serħan, u dwar it-tul ta’ żmien xieraq li għandu jkun applikat u

ddokumentat wara kull ċiklu ta’ produzzjoni fis-sistemi taż-żamma tal-

ilma miftuħin fil-baħar;

(ii) dan ma għandux ikun obbligatorju għat-tkabbir tal-molluski bivalvi;

(iii) matul il-perijodu tas-serħan, il-gaġġa jew l-istruttura l-oħra użata għall-

produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura titbattal, tiġi ddiżinfettata u

titħalla battala qabel ma terġa’ tintuża;

(h) fejn ikun xieraq, l-għalf tal-ħut li ma jkunx ittiekel, il-ħmieġ tal-ħut u l-

annimali mejtin għandhom jitneħħew mill-ewwel biex ikun evitat kull riskju

ta’ ħsara ambjentali sinifikanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tal-ilma,

biex jitnaqqsu r-riskji tal-mard, u biex ma jiġux attratti insetti jew rodituri;

Page 126: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 126 ANNESS DG B 1B MT

(i) id-dawl ultravjola u l-ożonu jistgħu jintużaw biss fil-mafqsiet u fl-għadajjar

tat-trobbija;

(j) għall-kontroll bijoloġiku ta' ektoparasiti għandha tingħata preferenza għall-

użu ta' ħut iktar nadif u għall-użu tal-ilma ħelu, l-ilma baħar u soluzzjonijiet

tal-klorur tas-sodju.

4.1.4.2. It-trattamenti veterinarji

Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin rigward it-trattamenti veterinarji:

(a) il-mard għandu jiġi trattat immedjatament sabiex l-annimal ma jitħalliex ibati;

il-prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament, inklużi l-

antibijotiċi, jistgħu jintużaw fejn meħtieġ u f'kundizzjonijiet stretti taħt ir-

responsabbiltà ta' veterinarju, fejn ma jkunx xieraq l-użu ta' prodotti

fitoterapewtiċi, omeopatiċi u oħrajn. Fejn jixraq għandhom jiġu ddefiniti r-

restrizzjonijiet rigward korsijiet ta' trattament u perijodi ta' rtirar;

(b) għandhom ikunu permessi trattamenti marbutin mal-ħarsien tas-saħħa tal-

bniedem u tal-annimali imposti abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(c) meta titfaċċa problema tas-saħħa minkejja l-miżuri preventivi biex jiżguraw

is-saħħa tal-annimali, skont il-punt 4.1.4.1., jistgħu jintużaw it-trattamenti

veterinarji li ġejjin f’din l-ordni ta’ preferenza:

(i) sustanzi mill-pjanti, mill-annimali jew mill-minerali f’sustanza dilwita

omeopatika;

(ii) pjanti u l-estratti tagħhom li ma għandhomx effetti anestetiċi; u

(iii) sustanzi bħal mikroelementi, metalli, immunostimulanti naturali, jew

probijotiċi awtorizzati;

Page 127: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 127 ANNESS DG B 1B MT

(d) l-użu tat-trattamenti allopatiċi huwa limitat għal żewġ korsijiet ta’ trattament

fis-sena, ħlief għat-tilqim u għall-iskemi obbligatorji ta’ qerda. Madanakollu,

fil-każijiet ta’ ċiklu ta’ produzzjoni ta’ inqas minn sena, japplika limitu ta’

trattament allopatiku wieħed. Jekk jinqabżu l-limiti msemmija għat-

trattamenti allopatiċi, l-annimali tal-akkwakultura kkonċernati ma jistgħux

jinbiegħu bħala prodotti organiċi;

(e) l-użu tat-trattamenti kontra l-parassiti, li ma jinkludix l-iskemi obbligatorji

tal-kontroll imħaddma mill-Istati Membri, għandu jkun limitat għal darbtejn

fis-sena inkella għal darba fis-sena f’każ li ċ-ċiklu tal-produzzjoni jkun ta’

inqas minn 18-il xahar;

(f) il-perijodu ta’ rtirar tat-trattamenti veterinarji allopatiċi u tat-trattamenti

kontra l-parassiti skont il-punt (d), fosthom tat-trattamenti skont l-iskemi

obbligatorji tal-kontroll u ta’ eradikazzjoni, għandu jkun id-doppju tal-

perijodu ta’ rtirar kif imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE, jew,

f’każ li dan il-perijodu ma jkunx speċifikat, ta’ 48 siegħa;

(g) kull meta jintużaw prodotti mediċinali veterinarji, dan l-użu għandu jiġi

ddikjarat lill-korp jew lill-awtorità ta' kontroll qabel ma jiġu

kkummerċjalizzati bħala annimali organiċi. L-istokk li jkun ġie ttrattat

għandu jkun identifikabbli faċilment.

4.1.5. Il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tal-bhejjem u l-prattiki tat-trobbija

4.1.5.1. Il-faċilitajiet magħluqa taċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid tal-produzzjoni tal-annimali

tal-akkwakultura ma għandhomx ikunu permessi, minbarra fil-każijiet ta' mafqsiet

u għadajjar tat-trobbija, u l-produzzjoni ta’ speċijiet użati bħala organiżmi

organiċi tal-għalf.

4.1.5.2. It-tisħin u t-tberrid artifiċjali tal-ilma għandu jkun permess biss fil-mafqsiet u fl-

għadajjar tat-trobbija. Għat-tisħin u t-tberrid tal-ilma fl-istadji kollha tal-

produzzjoni jista’ jintuża ilma naturali mill-ispieri.

Page 128: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 128 ANNESS DG B 1B MT

4.1.5.3. L-ambjent tat-trobbija tal-annimali tal-akkwakultura għandu jitfassal b’tali mod li,

skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-ispeċi tagħhom, l-annimali tal-akkwakultura:

(a) għandu jkollhom biżżejjed spazju għal raġunijiet tal-benessri tagħhom, u fejn

rilevanti densità minima ta' stokkijiet;

(b) għandhom jinżammu f'ilma fejn, fost affarijiet oħra, il-kwalità tkun tajba,

ikun hemm rata ta' ġiri u tibdil tal-ilma xierqa, ikollhom biżżejjed ossiġenu u

jinżamm livell baxx ta' metaboliti;

(c) jinżammu f’temperatura u f’kundizzjonijiet tad-dawl skont ir-rekwiżiti tal-

ispeċi u filwaqt li jitqies il-post ġeografiku.

4.1.5.4. It-tfassil u l-bini tas-sistemi akkwatiċi taż-żamma għandhom jipprovdu rati ta’ ġiri

tal-ilma u parametri fiżjokimiċi li jissalvagwardjaw is-saħħa u t-trattament xieraq

tal-annimali u jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ mġibithom.

4.1.5.5. L-unitajiet tat-trobbija fuq l-art għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għal sistemi bl-ilma dieħel u ħiereġ minnhom, għandu jkun possibbli li

wieħed jimmonitorja u jikkontrolla r-rata ta’ ġiri tal-ilma u l-kwalità kemm

tal-ilma li jkun dieħel fihom kif ukoll tal-ilma li jkun ħiereġ 'il barra

minnhom;

(b) tal-anqas ħamsa fil-mija miż-żona ta’ mad-dawra tal-istabbiliment ("iż-żona

fejn jiltaqgħu l-art u l-ilma") għandu jkollha veġetazzjoni naturali.

4.1.5.6. Is-sistemi taż-żamma fil-baħar għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu jinsabu f’post fejn ir-rata ta’ ġiri tal-ilma, il-fond tal-ilma u t-tibdil tal-

ilma kollu jkunu addattati biex jitnaqqas l-impatt fuq qiegħ il-baħar u fuq l-

ammont tal-ilma tal-madwar;

(b) ikollhom disinn, bini u manteniment tal-gaġeġ li jkunu adegwati f’dak li

għandu x’jaqsam mal-esponiment tagħhom għall-ambjent ta’ ħidma.

Page 129: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 129 ANNESS DG B 1B MT

4.1.5.7. Is-sistemi taż-żamma għandhom jitfasslu, jitqiegħdu u jitħaddmu b'mod li

jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta’ inċidenti li fihom jaħarbu l-annimali.

4.1.5.8. Jekk jaħarbu l-ħut jew il-krustaċji, għandha tittieħed azzjoni xierqa biex jitnaqqas

l-impatt fuq l-ekosistema tal-post, inkluż il-qbid mill-ġdid, fejn ikun xieraq.

Għandha tinżamm evidenza dokumentata.

4.1.5.9. Għall-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura fil-vaski tal-ħut, fit-tankijiet jew

fil-korsi, l-azjendi agrikoli għandhom ikunu mgħammra jew b’tankijiet jew vaski

b’saff naturali li jiffiltraw l-ilma, jew b’vaski fejn joqgħod in-naqal, jew b’filtri

bijoloġiċi jew mekkaniċi li jiġbru n-nutrijenti skartati jew għandhom jużaw l-alga

jew l-annimali (bivalvi u alga) li jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tal-ilma li

jkun ħiereġ 'il barra minnhom. Fejn ikun xieraq, għandu jkun hemm monitoraġġ

tal-ilma li jkun ħiereġ 'il barra minnhom f’perijodi regolari.

4.1.5.10. Id-densità tal-istokkijiet

Filwaqt li jitqiesu l-effetti tad-densità tal-istokkijiet fuq it-trattament xieraq tal-ħut

prodott, għandhom ikunu ssorveljati l-kundizzjoni tal-ħut (bħall-ħsara lill-

ġwienaħ, feriti oħrajn, ir-rata tat-tkabbir, l-imġiba espressa u s-saħħa ġenerali) u l-

kwalità tal-ilma.

4.1.6. It-trattament xieraq tal-annimali

4.1.6.1. Il-persunal kollu li jieħu ħsieb l-annimali tal-akkwakultura għandu jkollu l-

għarfien u l-kapaċitajiet bażiċi meħtieġa fir-rigward tas-saħħa u l-ħtiġijiet ta'

trattament xieraq tal-annimali

4.1.6.2. L-annimali tal-akkwakultura kemm jista' jkun m'għandhomx jintmissu, iżda jekk

dan ikun meħtieġ, għandu jsir bl-ikbar attenzjoni u għandhom jintużaw it-tagħmir

u l-protokolli xierqa sabiex jiġu evitati l-istress u l-ħsara fiżika assoċjati mal-

proċeduri tat-tqandil. L-istokk għar-riproduzzjoni għandu jitqandel b’mod li

jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-ħsara fiżika u l-istress u, fejn ikun xieraq, billi

jingħata l-loppju. Il-ħidmiet tal-gradazzjoni għandhom ikunu llimitati kemm jista’

jkun u għandhom jitwettqu skont il-bżonn biex ikun żgurat it-trattament xieraq

tal-ħut.

Page 130: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 130 ANNESS DG B 1B MT

4.1.6.3. Għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet li ġejjin fuq l-użu tad-dawl artifiċjali:

(a) biex jittawwal il-ħin naturali tal-ġurnata, dan ma għandux jaqbeż massimu li

jirrispetta l-ħtiġijiet etoloġiċi, il-kundizzjonijiet ġeografiċi u s-saħħa ġenerali

tal-annimali fl-istabbiliment, u dan il-massimu ma għandux jaqbeż is-16-il

siegħa kuljum, ħlief għall-għanijiet tar-riproduzzjoni;

(b) għandhom ikunu evitati bidliet f’salt fl-intensità tad-dawl waqt il-ħin tal-

konverżjoni billi jintużaw bozoz li jistgħu jitbaxxew bil-mod il-mod jew dawl

fl-isfond.

4.1.6.4. Għandha titħalla tingħata l-arja sabiex ikunu żgurati t-trattament xieraq u s-saħħa

tal-annimali skont il-kundizzjoni li l-arjaturi mekkaniċi għandhom jitħaddmu

preferibbilment b’sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

4.1.6.5. L-ossiġnu likwidu jista’ jintuża biss għall-użi marbutin mar-rekwiżiti tas-saħħa

tal-annimali u ma’ perijodi kritiċi tal-produzzjoni jew tal-ġarr, fil-każijiet li ġejjin:

(a) f’każ li jkun hemm, b’mod eċċezzjonali, żieda fit-temperatura, tnaqqis fil-

pressjoni tal-arja jew tniġġis bi żball;

(b) fil-każ ta’ proċeduri ta’ darba fil tal-ġestjoni tal-istokk bħat-teħid ta’

kampjuni u l-għażla;

(c) sabiex tkun żgurata s-sopravivenza tal-istokk tal-istabbiliment.

4.1.6.6. It-trasportazzjoni tal-annimali tal-akkwakultura għandu b'mod attiv jinżamm

għall-minimu kemm jista' jkun.

4.1.6.7. Għandha tinżamm għall-minimu kull tbatija tul il-ħajja kollha tal-annimal, anki

fil-ħin tal-qatla.

4.1.6.8. It-tekniki tal-qatla għandhom jitilfu lill-ħut minn sensihom u jneħħulhom il-ħila li

jħossu l-uġigħ mill-ewwel. It-tqandil tal-annimali qabel il-qatla għandu jsir b'mod

li jevita li jweġġagħhom u kemm jista' jkun ma jikkawżalhomx stress u tbatija.

Għandhom jitqiesu d-differenzi fid-daqs tal-qbid, fl-ispeċijiet, u fis-siti tal-

produzzjoni meta jkunu qed jiġu kkunsidrati l-aqwa metodi għall-qatla.

Page 131: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 131 ANNESS DG B 1B MT

Parti IV: Ir-regoli tal-produzzjoni ta' ikel u għalf ipproċessati

Minbarra r-regoli ġenerali tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7, 9 u 13, ir-regoli stabbiliti f'din il-

Parti għandhom japplikaw għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf ipproċessati.

1. Ir-rekwiżiti ġenerali għall-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf ipproċessati

1.1. L-addittivi mal-ikel u mal-għalf, l-għajnuniet għall-ipproċessar, u sustanzi u ingredjenti

oħra użati għall-ipproċessar ta' ikel jew għalf, u kull prattika ta' pproċessar użata, bħall-

iffumigazzjoni, għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' prattika tajba ta' manifattura.

1.2. L-operaturi li jipproduċu għalf jew ikel ipproċessat għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw

proċeduri addattati ibbażati fuq identifikazzjoni sistematika ta' stadji kritiċi tal-ipproċessar.

1.3. L-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1.2 għandha tiggarantixxi f'kull ħin li

l-prodotti pproċessati ffabbrikati jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

1.4. L-operaturi għandhom jikkonformaw mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1.2. u

jimplimentawhom, u b'mod partikolari għandhom:

(a) jieħdu miżuri ta' prekawzjoni biex jevitaw ir-riskju ta' kontaminazzjoni minn

sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati;

(b) jimplimentaw miżuri addattati ta' tindif, jagħmlu monitoraġġ tal-effikaċja

tagħhom u jirreġistraw dawn l-operazzjonijiet;

(c) jiggarantixxu li ma jitqiegħdux prodotti mhux organiċi fis-suq b'indikazzjoni li

tirreferi għall-produzzjoni organika.

Page 132: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 132 ANNESS DG B 1B MT

1.5. Il-preparazzjoni ta' ikel organiku pproċessat għandha tinżamm separata fiż-żmien u fil-post

mill-prodotti li mhumiex organiċi. Meta jkunu ppreparati jew maħżuna prodotti li

mhumiex organiċi fl-unità ta' preparazzjoni kkonċernata, l-operatur irid:

(a) jinforma lill-awtorità jew lill-korp ta' kontroll dwar dan;

(b) jwettaq l-operazzjonijiet b'mod kontinwu sakemm tkun ġiet ittrattata t-tiratura

kollha, f'post jew fi żmien separat minn operazzjonijiet simili mwettqa fuq

prodotti mhux organiċi;

(c) jaħżen il-prodotti organiċi, qabel u wara l-operazzjonijiet, f'post jew fi żmien

separat minn prodotti mhux organiċi;

(d) iżomm reġistru aġġornat tal-operazzjonijiet kollha u tal-kwantitajiet ipproċessati;

(e) iwettaq il-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-identifikazzjoni tal-lottijiet u biex jevita

t-taħlit jew skambji ma' prodotti mhux organiċi;

(f) jwettaq l-operazzjonijiet fuq prodotti organiċi biss wara tindif addattat tat-tagħmir

tal-produzzjoni.

1.6. Ma għandhomx jintużaw prodotti, sustanzi u tekniki li jirrikostitwixxu l-proprjetajiet li

jintilfu fl-ipproċessar u fil-ħżin tal-ikel organiku, li jikkoreġu r-riżultati ta' negliġenza fl-

ipproċessar tal-ikel organiku jew li b'xi mod jistgħu jqarrqu dwar in-natura vera ta' prodotti

li huma maħsubin biex jiġu kkummerċjalizzati bħala organiċi.

2. Ir-rekwiżiti għall-produzzjoni tal-ikel ipproċessat

2.1. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kompożizzjoni ta' ikel organiku

pproċessat:

(a) il-prodott għandu jiġi magħmul prinċipalment minn ingredjenti agrikoli; biex jiġi

ddeterminat jekk prodott ikunx magħmul prinċipalment minn ingredjenti agrikoli

ma għandhomx jitqiesu l-ilma u l-melħ miżjudin;

Page 133: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 133 ANNESS DG B 1B MT

(c) ingredjent organiku ma għandux ikun preżenti flimkien mal-istess ingredjent

f'forma mhux organika jew ingredjent minn konverżjoni;

(d) ikel prodott minn għelejjel ta' waqt il-konverżjoni għandu jkun fih ingredjent tal-

għelejjel wieħed biss ta' oriġini agrikola.

2.2. L-użu ta' ċerti prodotti u sustanzi fl-ipproċessar tal-ikel

2.2.1. Fl-ipproċessar tal-ikel jistgħu jintużaw biss dawk l-addittivi tal-ikel, għajnuniet għall-

ipproċessar u ingredjenti mhux organiċi awtorizzati skont l-Artikolu 19, kif ukoll il-

prodotti u s-sustanzi msemmija fil-punt 2.2.2, bl-eċċezzjoni ta' prodotti u sustanzi mis-

settur tal-inbid, li għalihom għandu japplika l-punt 2 tal-Parti V, u tal-ħmira, li għaliha

għandu japplika l-punt 1.3 tal-Parti VI.

2.2.2. Fl-ipproċessar tal-ikel, għandu jkun permess l-użu tal-prodotti u sustanzi li ġejjin:

(a) il-preparati ta' mikroorganiżmi u enżimi tal-ikel li huma normalment użati fl-

ipproċessar tal-ikel; iżda l-enżimi tal-ikel li jkunu maħsubin biex jintużaw bħala

addittivi tal-ikel iridu jkunu awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-

Artikolu 19;

(b) is-sustanzi u l-prodotti ddefiniti fl-Artikolu 3(2)(c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru

1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48 li huma ttikkettati bħala

sustanzi naturali tat-taħwir jew preparati naturali tat-taħwir, skont l-Artikolu 16(2)

u (4) ta' dak ir-Regolament;.

(c) koloranti biex jiġu ttimbrati l-laħam u l-qxur tal-bajd skont l-Artikolu 17 tar-

Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49;

48 Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’

Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

49 Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

Page 134: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 134 ANNESS DG B 1B MT

(ca) kuluri naturali u sustanzi naturali li jiksu biex jingħata kulur dekorattiv

tradizzjonali lill-qoxra tal-bajd mgħolli bl-intenzjoni li jitqiegħed fis-suq

f'perijodu partikolari tas-sena;

(d) ilma għax-xorb u melħ (bil-klorur tas-sodju jew bil-klorur tal-potassju bħala

komponenti bażiċi) ġeneralment użati fl-ipproċessar tal-ikel;

(e) minerali (mikroelementi inklużi), vitamini, aċidi amminiċi u mikronutrijenti,

awtorizzati biss sa fejn l-użu tagħhom huwa meħtieġ legalment fl-oġġetti tal-ikel

li fihom ikunu inkorporati.

2.2.3. Għall-finijiet tal-kalkolu stipulat fl-Artikolu 21(3), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) ċerti addittivi tal-ikel li huma awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont

l-Artikolu 19 għandhom jiġu kkalkulati bħall-ingredjenti agrikoli;

(b) il-preparati u s-sustanzi msemmijin fil-punt 2.2.2. ma għandhomx jiġu kkalkulati

bħall-ingredjenti agrikoli;

(c) il-ħmira u l-prodotti tal-ħmira għandhom jiġu kkalkulati bħall-ingredjenti agrikoli.

3. Ir-rekwiżiti għall-produzzjoni tal-għalf ipproċessat

3.1. Materjali tal-għalf organiku, jew materjali tal-għalf mill-produzzjoni f'konverżjoni, ma

għandhomx jidħlu fil-kompożizzjoni ta' prodott tal-għalf organiku simultanjament mal-

istess materjali tal-għalf prodotti b'mezzi mhux organiċi.

3.2. Kull materjal tal-għalf użat jew ipproċessat fil-produzzjoni organika ma għandux ikun ġie

pproċessat bl-għajnuna ta' solventi sintetizzati kimikament.

3.2a. Jista' jintuża l-melħ fl-ipproċessar tal-għalf organiku u t-tagħlif tal-annimali organiċi.

Page 135: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 135 ANNESS DG B 1B MT

3.2b. Prodotti minn sajd sostenibbli jistgħu jintużaw fl-ipproċessar tal-għalf organiku u t-tagħlif

tal-annimali organiċi sakemm: (i) dawn ikunu magħmulin jew ippreparati mingħajr

solventi kimiċi; (ii) l-użu tagħhom ikun ristrett għall-annimali mhux erbivori; u (iii) l-użu

tal-idrolisati tal-proteini tal-ħut ikun ristrett biss għall-annimali ż-żgħar.

3.2c. Il-materjal tal-għalf mhux organiku, li joriġina mill-pjanti, l-annimali u l-minerali jista'

jintuża fl-ipproċessar tal-għalf organiku u t-tagħlif tal-annimali organiċi sakemm l-użu

tiegħu jkun awtorizzat skont l-Artikolu 19.

Page 136: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 136 ANNESS DG B 1B MT

Parti V: L-inbid

1. Il-kamp ta' applikazzjoni

1.1. Barra mir-regoli ġenerali tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 9 u 14, ir-regoli

stabbiliti f'din il-Parti għandhom japplikaw għall-produzzjoni organika tal-prodotti tas-

settur tal-inbid kif imsemmi fil-punt (1) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru

1308/2013.

1.2. Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/200950 u (KE) Nru 607/200951 għandhom

japplikaw, sakemm ma jkunx hemm previst espliċitament mod ieħor f'din il-Parti.

2. L-użu ta’ ċerti prodotti u sustanzi

2.1. Il-prodotti tas-settur tal-inbid iridu jsiru minn materja prima organika.

2.2. Il-prodotti u s-sustanzi awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19

biss jistgħu jintużaw għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-inbid, inkluż waqt il-

proċessi u l-prattiki enoloġiċi, soġġett għall-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet stipulati fir-

Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (KE) Nru 606/2009, u partikolarment fl-

Anness IA ta' dak ir-Regolament.

50 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi

regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).

51 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60).

Page 137: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 137 ANNESS DG B 1B MT

Parti VI: Il-ħmira użata bħala ikel jew għalf

Minbarra r-regoli ġenerali tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7, 9 u 15, ir-regoli stabbiliti f'din il-

Parti għandhom japplikaw għall-produzzjoni tal-ħmira organika li tintuża bħala ikel jew għalf.

1. Rekwiżiti ġenerali

1.1. Għall-produzzjoni tal-ħmira organika għandhom jintużaw biss substrati organiċi prodotti

b'mod organiku. Madankollu, sal-31 ta' Diċembru 2020, iż-żieda għal 5 % ta' estratt jew

awtoliżat tal-ħmira mhux organiċi mas-substrat (ikkalkulat bil-materja niexfa) tkun

permessa għall-produzzjoni tal-ħmira organika, fejn l-operaturi ma jkunux jistgħu jiksbu

estratt jew awtoliżat tal-ħmira mill-produzzjoni organika.

1.2. Il-ħmira organika ma għandhiex tkun preżenti fl-ikel jew fl-għalf organiku flimkien ma'

ħmira mhux organika.

1.3. Is-sustanzi li jidhru hawn taħt jistgħu jintużaw fil-produzzjoni, fil-konfezzjoni u fil-

formulazzjoni tal-ħmira organika:

(a) għajnuniet għall-ipproċessar awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont

l-Artikolu 19;

(b) il-prodotti u s-sustanzi msemmijin fil-punt 2. 2.2. (a) u (d) tal-Parti IV.

Page 138: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 138 ANNESS DG B 1B MT

ANNESS III

IL-ĠBIR, L-IMBALLAĠĠ, IT-TRASPORTAZZJONI U L-ĦAŻNA TAL-PRODOTTI

1. Il-ġbir tal-prodotti u t-trasportazzjoni lejn l-unitajiet ta' preparazzjoni

L-operaturi jistgħu jwettqu ġbir simultanju ta' prodotti organiċi u mhux organiċi, biss meta

jkunu twettqu miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' kull taħlit jew skambju possibbli ma'

prodotti mhux organiċi u biex tkun żgurata l-identifikazzjoni tal-prodotti organiċi. L-

operatur għandu jżomm l-informazzjoni marbuta mal-jiem, is-sigħat u ċ-ċirkwit tal-ġbir,

kif ukoll id-data u l-ħin li fihom ikunu waslu l-prodotti, disponibbli għall-awtorità jew

għall-korp ta' kontroll.

2. L-imballaġġ u t-trasportazzjoni ta' prodotti lejn operaturi jew unitajiet oħra

2.1. L-operaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti organiċi jkunu ttrasportati lejn operaturi jew

unitajiet oħrajn, li jinkludu bejjiegħa bl-ingrossa u bejjiegħa bl-imnut, biss f'imballaġġ,

kontenituri jew vetturi addattati u magħluqa b'tali mod li ma tkunx possibbli s-sostituzzjoni

tal-kontenut mingħajr manipulazzjoni jew ħsara lis-siġill u b'tikketta li tkun tiddikjara,

mingħajr ħsara għal kull indikazzjoni oħra meħtieġa bid-dritt tal-Unjoni:

(a) l-isem u l-indirizz tal-operatur u, meta dawn ikunu differenti, tas-sid jew tal-

bejjiegħ tal-prodott;

(b) l-isem tal-prodott jew deskrizzjoni tal-prodott tal-għalf kompost b'referenza

miegħu għall-metodu ta' produzzjoni organika;

(c) l-isem jew in-numru tal-kodiċi tal-awtorità jew tal-korp ta' kontroll li l-operatur

huwa soġġett għalih; u

(d) meta rilevanti, il-marka tal-identifikazzjoni tal-lott skont sistema ta' mmarkar li

tkun jew approvata f'livell nazzjonali jew miftiehma mal-awtorità jew mal-korp ta'

kontroll u li tippermetti li ssir konnessjoni bejn il-lott u r-rekords imsemmija fl-

Artikolu 24.

Page 139: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 139 ANNESS DG B 1B MT

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tista' wkoll tkun ippreżentata fuq dokument

ta' akkumpanjament, jekk dan id-dokument jista' mingħajr ebda dubju jinvoka l-

konnessjoni mal-ippakkjar, mal-kontenitur jew mat-trasportazzjoni bil-vettura, tal-prodott.

Dan id-dokument ta' akkumpanjament għandu jinkludi informazzjoni dwar il-fornitur jew

it-trasportatur.

2.2. Ma għandux ikun meħtieġ li l-imballaġġ, il-kontenituri jew il-vetturi jkunu magħluqa meta:

(a) it-trasportazzjoni tkun diretta bejn operatur u operatur ieħor li huma t-tnejn

suġġetti għas-sistema tal-kontroll organiku;

(b) il-prodotti jkollhom magħhom dokument li jagħti l-informazzjoni meħtieġa skont

il-punt 2.1; u

(c) kemm l-operaturi li jibagħtu kif ukoll dawk li jirċievu għandhom iżommu rekords

dokumentati ta' dawn l-operazzjonijiet ta' trasport disponibbli għall-awtorità jew

il-korp ta' kontroll.

3. Regoli speċjali għat-trasportazzjoni tal-għalf lejn unitajiet oħrajn ta' produzzjoni jew

ta' preparazzjoni jew lejn postijiet tal-ħżin

Meta l-għalf ikun qed jiġi ttrasportat lejn unitajiet oħrajn tal-produzzjoni jew tal-

preparazzjoni jew lejn postijiet tal-ħżin, l-operaturi għandhom jiżguraw li jkunu sodisfatti

l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) matul it-trasportazzjoni, l-għalf prodott b'mod organiku, l-għalf prodott waqt il-

konverżjoni, u l-għalf mhux organiku għandhom ikunu effettivament separati

fiżikament;

(b) il-vetturi jew il-kontejners li jkunu ttrasportaw prodotti mhux organiċi jistgħu

jintużaw biex jittrasportaw il-prodotti organiċi jekk:

(i) ikunu twettqu miżuri addattati ta' tindif, li l-effikaċja tagħhom tkun ġiet

ivverifikata, qabel il-bidu tat-trasportazzjoni tal-prodotti organiċi u dawn l-

operazzjonijiet ikunu ġew irreġistrati mill-operaturi;

Page 140: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 140 ANNESS DG B 1B MT

(ii) ikunu implimentati l-miżuri addattati kollha, skont ir-riskji evalwati bi qbil

mal-arranġamenti tal-kontroll u, fejn jeħtieġ, l-operaturi għandhom

jiggarantixxu li prodotti mhux organiċi ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq

b'indikazzjoni li tkun tirreferi għal produzzjoni organika;

(iii) l-operatur iżomm rekords dokumentati ta' dawn l-operazzjonijiet ta'

trasportazzjoni għad-disponibbiltà tal-awtorità jew tal-korp ta' kontroll;

(c) it-trasportazzjoni ta' għalf organiku li jkun tlesta għandha ssir b'mod separat

fiżikament jew fiż-żmien mit-trasportazzjoni ta' prodotti lesti oħrajn;

(d) matul it-trasportazzjoni, il-kwantità ta' prodotti fil-bidu u kull kwantità individwali

kkonsenjata matul ir-ronda tal-konsenji għandhom ikunu rreġistrati.

4. Il-ġarr tal-ħut ħaj

4.1. Il-ħut ħaj għandu jinġarr f’tankijiet xierqa li jkun fihom ilma nadif li jissodisfa l-ħtiġijiet

fiżjoloġiċi tagħhom f’termini tat-temperatura u tal-ossiġnu maħlul.

4.2. Qabel ma jinġarru l-ħut u l-prodotti tal-ħut organiċi, it-tankijiet għandhom jitnaddfu, jkunu

ddiżinfettati u jitlaħalħu sewwa.

4.3. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jitnaqqas l-istress. Waqt il-ġarr, id-densità ma

għandhiex tilħaq livell li jkun ta’ ħsara għall-ispeċi.

4.4. Għandha tinżamm evidenza dokumentata tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punti 4.1, 4.2 u

4.3.

Page 141: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 141 ANNESS DG B 1B MT

5. Meta jaslu prodotti minn operaturi ta' unitajiet oħrajn

Meta l-operatur jirċievi prodott organiku, huwa għandu jivverifika l-għeluq tal-imballaġġ

jew tal-kontenitur meta dan ikun meħtieġ, u l-preżenza tal-indikazzjonijiet previsti fit-

Taqsima 2.

L-operatur għandu jagħmel kontroverifika tal-informazzjoni fuq it-tikketta msemmija fit-

Taqsima 2 mal-informazzjoni fuq id-dokumenti ta' akkumpanjament. Ir-riżultat ta' dawn il-

verifiki għandu jissemma espliċitament fir-rekords imsemmija fl-Artikolu 24.

6. Regoli speċjali għal meta jaslu prodotti minn pajjiż terz

Meta l-prodotti organiċi jiġu importati minn pajjiż terz, dawn għandhom jitwasslu

f'imballaġġ jew f'kontenituri addattati, magħluqa b'tali mod li jevita s-sostituzzjoni tal-

kontenut, u b'identifikazzjoni tal-esportatur u b'kull marka u numru oħrajn li jservu biex

ikun identifikat il-lott, u biċ-ċertifikat ta' kontroll għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi kif

xieraq.

Malli tirċievi prodott organiku importat minn pajjiż terz, il-persuna fiżika jew ġuridika li

lilha ntbagħtet il-konsenja u li tirċeviha biex tkompli l-preparazzjoni tal-prodott jew biex

tikkummerċjalizzah, għandha tivverifika li l-imballaġġ jew il-kontenitur kienu magħluqin,

u fil-każ ta' prodotti importati skont l-Artikolu 28(1)(b)(ii), għandha tivverifika li ċ-

ċertifikat tal-ispezzjoni msemmi f'dak l-Artikolu jkopri t-tip ta' prodott li hemm fil-

konsenja. Ir-riżultat ta’ din il-verifika għandu jkun espliċitament imsemmi fir-rekords

imsemmija fl-Artikolu 24.

7. Il-ħżin tal-prodotti

7.1. Għall-ħżin tal-prodotti, iż-żoni għandhom ikunu ġestiti b'tali mod li tkun żgurata l-

identifikazzjoni tal-lottijiet u jkun evitat kull taħlit ma' prodotti jew sustanzi li ma jkunux

jikkonformaw mar-regoli tal-produzzjoni organika u kull kontaminazzjoni minnhom. Il-

prodotti organiċi għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar f'kull ħin.

Page 142: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 142 ANNESS DG B 1B MT

7.2. Fil-każ ta' unitajiet ta' produzzjoni ta' pjanti u ta' bhejjem organiċi, il-ħażna ta' prodotti li

jidħlu, minbarra dawk awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19,

hija pprojbita fl-unità tal-produzzjoni.

7.3. Il-ħżin ta' prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi u ta' antibijotiċi hija permessa fl-azjendi

agrikoli u tal-akkwakultura sakemm ikunu ġew preskritti minn veterinarju b'konnessjoni

mat-trattament imsemmi fil-punti 1.5.2.2 tal-Parti II u 4.1.4.2(a) tal-Parti III tal-Anness II,

u li jinħażnu f'post issorveljat u jitniżżlu fir-reġistru tal-bhejjem kif imsemmi fl-Artikolu

24.

7.4. F'każ fejn l-operaturi jittrattaw kemm prodotti mhux organiċi kif ukoll prodotti organiċi u

dawn tal-aħħar jinħażnu f'faċilitajiet tal-ħżin fejn ikun hemm maħżuna wkoll prodotti

agrikoli jew oġġetti tal-ikel:

(a) il-prodotti organiċi għandhom jinżammu separati mill-prodotti agrikoli l-oħrajn u

mill-oġġetti tal-ikel;

(b) għandha tittieħed kull miżura biex tkun żgurata l-identifikazzjoni tal-konsenji u

biex ikunu evitati t-taħlit jew l-iskambji ma' prodotti mhux organiċi;

(c) qabel il-ħżin ta' prodotti organiċi, ikunu twettqu miżuri xierqa ta' tindif li l-

effikaċja tagħhom tkun ġiet ivverifikata, u l-operaturi għandhom jirreġistraw

dawn l-operazzjonijiet.

Page 143: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 143 ANNESS DG B 1B MT

ANNESS IV

TERMINI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 21

BG: биологичен.

ES: ecológico, biológico.

CS: ekologické, biologické.

DA: økologisk.

DE: ökologisch, biologisch.

ET: mahe, ökoloogiline.

EL: βιολογικό.

EN: organic.

FR: biologique.

GA: orgánach.

HR: ekološki.

IT: biologico.

LV: bioloģisks, ekoloģisks.

LT: ekologiškas.

LU: biologesch, ökologesch.

HU: ökológiai.

MT: organiku.

NL: biologisch.

Page 144: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 144 ANNESS DG B 1B MT

PL: ekologiczne.

PT: biológico.

RO: ecologic.

SK: ekologické, biologické.

SL: ekološki.

FI: luonnonmukainen.

SV: ekologisk.

--------------------------------------------------

Page 145: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 145 ANNESS DG B 1B MT

ANNESS V

IL-LOGO U N-NUMRI TAL-KODIĊI TAL-PRODUZZJONI ORGANIKA TAL-UNJONI

EWROPEA

1. Il-logo

1.1. Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea għandu jikkonforma mal-mudell ta'

hawn taħt:

Għandu jiddaħħal il-LOGO

1.2. Il-kulur ta’ referenza fil-Pantone huwa Pantone Aħdar bin-numru 376 u Aħdar (50 %

Cyan + 100 % Isfar), meta jintuża proċess ta’ erba’ kuluri.

1.3. Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea jista' jintuża wkoll bl-abjad u l-iswed

kif muri, iżda biss fejn ma jkunx prattikabbli li jsir bil-kulur:

Għandu jiddaħħal il-LOGO

1.4. Jekk il-kulur tal-isfond tal-imballaġġ jew tat-tikketta jkun skur, is-simboli jistgħu jintużaw

fil-format negattiv, billi jintuża l-kulur tal-isfond tal-imballaġġ jew tat-tikketta.

1.5. Jekk simbolu jintuża bil-kulur fuq sfond bil-kulur, li jagħmlu diffiċli biex jintgħaraf,

għandu jintuża ċirku estern ta’ delinjazzjoni madwar is-simbolu biex jittejjeb il-kuntrast

mal-kuluri tal-isfond.

1.6. F’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi fejn ikun hemm indikazzjonijiet b’kulur wieħed fuq l-

imballaġġ, il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea jista’ jintuża bl-istess

kulur.

1.7. Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea jrid ikun ta' tul ta' mill-inqas 9 mm u

ta' wisa' ta' mill-inqas 13,5 mm; il-proporzjon ta’ tul/wisa’ għandu dejjem ikun 1:1,5.

F'każijiet eċċezzjonali d-daqs minimu jista' jitnaqqas għal tul ta’ 6 mm għal imballaġġi

żgħar ħafna.

Page 146: MT - data.consilium.eu

9750/1/15 REV 1 dg/CD/cca agi/GC 146 ANNESS DG B 1B MT

1.8. Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea jista' jkun assoċjat ma' elementi

grafiċi jew testwali li jirreferu għall-produzzjoni organika, bil-kundizzjoni li dawn ma

jimmodifikawx jew ibiddlu l-karattru tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni

Ewropea, u lanqas ta' ebda waħda mill-indikazzjonijiet iddefiniti skont l-Artikolu 22. Meta

l-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea jkun assoċjat ma’ logos nazzjonali jew

privati li jużaw kulur aħdar differenti mill-kulur ta’ referenza msemmi fil-punt 1.1.2, jista’

jintuża dak il-kulur li mhuwiex ta’ referenza fil-logo.

2. In-numri tal-kodiċi

Il-format ġenerali tan-numri tal-kodiċi huwa kif ġej:

AB-CDE-999

Fejn:

(a) ‘AB’ huwa l-kodiċi tal-ISO għall-pajjiż fejn ikunu qegħdin jitwettqu l-kontrolli;

(b) ‘CDE’ huwa terminu, indikat bi tliet ittri li tiddeċiedi dwarhom il-Kummissjoni

jew kull Stat Membru, bħal "bio" jew “öko” jew “org” jew “eko” li jistabbilixxu

konnessjoni mal-produzzjoni organika; u

(c) ‘999’ huwa n-numru ta' referenza indikat b'massimu ta' tliet ċifri, li ser jiġi

assenjat minn:

(i) l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru lill-awtoritajiet jew lill-korpi ta'

kontroll li lilhom ikunu ddelegaw kompiti ta' kontroll;

(ii) il-Kummissjoni, lil:

l-awtoritajiet u l-korpi ta' kontroll rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-

Artikolu 29;

lill-awtoritajiet u l-korpi ta' kontroll ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-

Kummissjoni skont l-Artikolu 31.